Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1068

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1068/2008 tat- 30 ta' Ottubru 2008 li japprova emendi minuri lill-ispeċifikazzjonijiet ta’ denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Taureau de Camargue (DPO))

    ĠU L 290, 31.10.2008, p. 8–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1068/oj

    31.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 290/8


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1068/2008

    tat-30 ta' Ottubru 2008

    li japprova emendi minuri lill-ispeċifikazzjonijiet ta’ denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Taureau de Camargue (DPO))

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel [traduzzjoni mhux uffiċjali] (1), u b’mod partikolari t-tieni frażi tal-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skond l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u fid-dawl tal-Artikolu 17(2) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ Franza biex jiġu approvati emendi lill-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Taureau de Camargue”, irreġistrata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2001 (2).

    (2)

    It-talba għandha l-għan li tiġi emendata l-ispeċifikazzjoni tal-prodott f’dak li jirrigwarda l-prova tal-oriġini u l-metodu ta’ produzzjoni. Bil-għan li tittejjeb it-traċċabilità u għall-finijiet ta’ kontroll u ta’ titjib tad-denominazzjoni, l-istabbilimenti tat-trobbija għandhom jimlew dikjarazzjoni ta’ kompetenza biex jipproduċu d-denominazzjoni. F’dak li jirrigwarda l-metodu tal-produzzjoni, jirriżulta li għoġġiela tar-razza marbuta mad-denominazzjoni, mrobbija f’konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni, ma jilħqux il-piż ta’ 100 kg, u għalhekk anke jekk il-karkassi jkunu konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u għaldaqstant mogħtija d-denominazzjoni. Deher xieraq li jiġi rikonoxxut li l-piż tal-karakassa tal-għoġġiela ta’ età bejn 18 u 30 xahar jkun ta’ mhux inqas minn 85 kg.

    (3)

    Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġustifikata. Billi din hija emenda minuri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr rikors għall-proċedura stipulata fl-Artikoli 5, 6 u 7 tal-istess Regolament,

    (4)

    F’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 (3) u skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, huwa xieraq li tiġi ppubblikata sinteżi tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Taureau de Camargue” huma b’dan emendati skond l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Is-sinteżi tal-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjonijiet tinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Ottubru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

    (2)  ĠU L 275, 18.10.2001, p. 9.

    (3)  ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1.


    ANNESS I

    B’dan huma approvati l-emendi li ġejjin għall-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Taureau de Camargue”

     

    Provi tal-oriġini

    Il-frażi li ġejja tiddaħħal wara t-tieni frażi:

    “L-istabbilimenti tat-trobbija (merħliet jew irziezet) li fihom għandhom jitwieldu u jitrabbew il-bhejjem li laħamhom huwa maħsub għall-produzzjoni tad-denominazzjoni kkonċernata għandhom jimlew dikjarazzjoni ta’ kompetenza biex jipproduċu d-denominazzjoni”.

     

    Metodu tal-produzzjoni

    Il-frażi li ġejja tiddaħħal wara “Il-karkassi m’għandhomx jiżnu inqas minn 100 kg għal finijiet fiskali”:

    “ħlief għall-għoġġiela ta’ bejn 18 u 30 xahar li għalihom dan il-piż huwa stabbilit għal 85 kilo”


    ANNESS II

    SINTEŻI

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006

    “TAUREAU DE CAMARGUE”

    Nru tal-KE: FR-PDO-105-0041/30.3.2006

    DPO (X) IĠP ( )

    Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b’għan informattiv biss.

    1.   Dipartiment responsabbli fl-istat membru

    Isem

    :

    Institut National des Appellations d’Origine

    Indirizz

    :

    51, rue d’Anjou – F-75008 PARIS

    Tel.

    :

    (33) 1 53 89 80 00

    Feks

    :

    (33) 1 42 25 57 97

    Posta elettronika

    :

    info@inao.gouv.fr

    2.   Grupp

    Isem

    :

    Syndicat de défense et de Promotion de la viande AOC Taureau de Camargue

    Indirizz

    :

    Mas du Pont de Rousty – F-13200 ARLES

    Tel.

    :

    (33) 4 90 97 10 40

    Feks

    :

    (33) 4 90 97 12 07

    Posta elettronika

    :

    Kompożizzjoni

    :

    produtturi/proċessuri (X) Oħrajn ( )

    3.   Tip ta’ prodott

    Klassifikazzjoni 1.1. –

    Laħam (u ġewwieni) frisk.

    4.   Speċifikazzjonijiet [sinteżi tar-rekwiżiti skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006]

    4.1.   Isem

    “Taureau de Camargue”

    4.2.   Deskrizzjoni

    Laħam frisk tal-bhejjem irġiel jew nisa, ta’ razez lokali, mwielda, mrobbija, maqtula u mbiċċra fiż-żona ġeografika. Il-laħam tat-taureau de Camargue huwa kkaratterizzat mill-kulur aħmar skur tiegħu, huwa tari u dgħif.

    4.3.   Żona ġeografika

    Il-Camargue testendi fuq tliet dipartimenti: il-Bouches du Rhône, il-Gard u l’Hérault. Ġewwa din iż-żona ġiet delimitata “art mistgħadra” li l-annimali għandhom jinżammu fiha għallinqas għal 6 xhur.

    4.4.   Prova tal-oriġini

    L-aktar test antik magħruf li fih jissemma t-Taureau de Camargue huwa attribwit lil Quiqueran de Beaujeu, Isqof ta’ Senès, u jmur lura għall-1551 Wara din id-data, ħafna xogħlijiet semmew l-oriġinalità liema bħala ta’ din ir-razza ta’ bhejjem tal-ifrat u tal-mod li bih titrabba, prinċipalment biex tipproduċi l-barrin għall-isport. L-istabbilimenti tat-trobbija (merħliet jew irziezet) fejn għandhom jitwieldu u jitrabbew il-bhejjem li laħamhom huwa maħsub għall-produzzjoni tad-denominazzjoni kkonċernata għandhom jimlew dikjarazzjoni ta’ kompetenza biex jipproduċu d-denominazzjoni. Kull annimal huwa identifikat u rreġistrat fil-ktieb tal-inventarju inkella r-reġistru tal-bhejjem. Il-biċċeriji għandhom l-obbligu li jżommu r-reġistri tad-dħul u tal-ħruġ li jippermettu traċċabilità tal-annimali sakemm jaslu għand il-konsumatur.

    4.5.   Metodu ta’ produzzjoni

    L-annimali tar-razez lokali (raço di biou, tal-ġlied, inkella taħlita tat-tnejn) iridu jkunu mwielda, mrobbija, maqtula u mbiċċra fiż-żona ġeografika. L-annimali jitrabbew ħielsa biex jimirħu għall-beraħ u b’mod estensiv biex jibqgħu selvaġġi. L-alimentazzjoni ewlenija tagħhom jiksbuha billi jirgħu. L-annimali jibqgħu minimu ta’ 6 xhur f’art mistgħadra. Il-qatla sseħħ malli l-bhejjem jitniżżlu mill-mezz tat-trasport. Il-karkasi m’għandhomx jiżnu inqas minn 100 kg għal finijiet fiskali ħlief għall-għoġġiela ta’ bejn 18 u 30 xahar, li għalihom il-piż huwa stabbilit għal 85 kg. Il-laħam għandu jkollu kulur aħmar skur. Il-karkassi jitħallew joqtru ħafif. Il-maturazzjoni tal-karkassi fil-biċċerija ma għandhiex iddum inqas minn 48 siegħa u massimu ta’ 5 ijiem.

    4.6.   Rabta

    It-taureaux de Camargue jitnisslu minn razez lokali tradizzjonali, adattati partikolarment tajjeb għall-ambjent tal-Camargue, żona ta’ altitudni baxxa fejn l-ilma huwa dejjem preżenti. Imrobbija fil-libertà, it-taureaux de Camargue jirgħu fuq il-ħaxix taż-żona u jqattgħu għallinqas sitt xhur f’art mistgħadra, żona karatterizzata minn ekosistema speċifika. Il-karattru nervuż u aggressiv ta’ dawn ir-razez huwa partikolarment adattat għall-għan aħħari u jagħti lil-laħam il-karatteristiċi tiegħu.

    4.7.   Organu ta’ spezzjoni

    Isem

    :

    Institut National des Appellations d’Origine

    Indirizz

    :

    51, rue d’Anjou – F-75008 PARIS

    Tel.

    :

    (33) 1 53 89 80 00

    Feks

    :

    (33) 1 42 25 57 97

    Posta elettronika

    :

    info@inao.gouv.fr

    Isem

    :

    DGCCRF

    Indirizz

    :

    59, Bd V. Auriol, F-75703 PARIS Cedex 13

    Tel.

    :

    (33) 1 44 87 17 17

    Feks

    :

    (33) 1 44 97 30 37

    Id-DGCCRF huwa servizz tal-Ministeru tal-Ekonomija, tal-Finanzi u tal-Industrija.

    4.8.   Tikkettar

    Il-karkassi u l-biċċiet imqatta’ minnhom għandhom ikollhom fuqhom tikketta ta’ identifikazzjoni li tindika: l-isem tad-denominazzjoni; in-numru tal-qatla; l-isem tal-impriża li rabbiethom; l-isem u l-indirizz tal-biċċerija jew tal-istabbiliment fejn inqatlu.


    Top