This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1009
Council Regulation (EC) No 1009/2008 of 9 October 2008 amending Regulation (EC) No 1782/2003 establishing common rules for direct support schemes under the common agricultural policy and establishing certain support schemes for farmers
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1009/2008 tad- 9 ta' Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1009/2008 tad- 9 ta' Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa
ĠU L 276, 17.10.2008, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 01/02/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0073
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32003R1782 | Tlestija | artikolu 138 | 01/01/2008 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32009R0073 | 02/02/2009 |
17.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 276/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1009/2008
tad-9 ta' Ottubru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
L-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (2) jipprevedi li, fil-każ ta’ pagamenti għaċ-ċanga u l-vitella, pagamenti addizzjonali magħmula mill-Istati Membri lill-bdiewa għandhom jingħataw taħt il-kondizzjonijiet previsti fil-Kapitolu 12 tat-Titolu IV ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
L-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprevedi li, biex jikkwalifika għall-pagamenti diretti taħt il-Kapitolu 12 tat-Titolu IV ta’ dak ir-Regolament, annimal għandu jiġi identifikat u rreġistrat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem ta’ l-ifrat u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga (3). |
(3) |
It-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 jipprevedi li kull sid ta’ l-annimali għandu jirrapporta lill-awtorità kompetenti l-movimenti kollha lejn u mill-impriża u t-twelid u l-imwiet kollha tal-bhejjem fuq l-impriża, flimkien mad-dati ta’ dawn l-avvenimenti, f’perijodu stabbilit mill-Istat Membru bejn tlieta u sebat ijiem minn meta jkun ġara l-avveniment. |
(4) |
Madankollu, jeħtieġ li jiġi ċċarat l-iskop ta’ l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Il-fatt biss li d-data tat-twelid, tal-mewt jew ta’ kwalunkwe moviment ta’ l-annimal ma tiġix irrappurtata lill-awtorità kompetenti fil-perijodu msemmi fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 m’għandux jiddiskwalifikah awtomatikament minn kwalunkwe pagament. Il-bidu tal-perijodu taż-żamma ta’ l-annimal jista’ wkoll jiġi kkunsidrat bħala l-waqt opportun biex wieħed jivverifika jekk l-annimal ikkonċernat huwiex fil-fatt identifikat u rreġistrat għall-iskop ta’ l-għoti tal-pagamenti taħt il-Kapitolu 12 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. |
(5) |
L-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
(6) |
L-iskop ta’ din l-emenda huwa limitat għall-għan li tiġi stabbilita l-eliġibbiltà għall-pagamenti. Din l-emenda ma tbiddilx it-traċċabbiltà ta’ l-annimali, peress li l-bdiewa jibqgħu obbligati li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni kollha stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000. |
(7) |
L-obbligu stabbilit fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu japplika għall-pagamenti kollha taħt il-Kapitolu 12 tat-Titolu IV ta’ dak ir-Regolament. Billi l-perijodu ta’ referenza stabbilit għall-ġestjoni ta’ dawk il-pagamenti huwa s-sena kalendarja, din l-emenda għandha tkun applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2008 sabiex tapplika għall-pagamenti kollha li jsiru matul is-sena kalendarja 2008 kollha, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“Madankollu, annimal għandu wkoll jitqies eliġibbli għall-pagament meta l-informazzjoni stabbilita fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tkun ġiet irrappurtata lill-awtortià kompetenti fl-ewwel jum tal-perijodu taż-żamma ta’ l-annimal, kif determinat skond l-Artikolu 144(2) ta’ dan ir-Regolament.”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, 9 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. BUSSEREAU
(1) Opinjoni mogħtija fit-8 ta’ Lulju 2008 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.
(3) ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.