Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0736

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 tat- 22 ta’ Lulju 2008 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd

    ĠU L 201, 30.7.2008, p. 16–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/736/oj

    30.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 201/16


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 736/2008

    tat-22 ta’ Lulju 2008

    dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea lil ċerti kategoriji ta’ għajnuna Statali orizzontali [għajnuna orizzontali mill-Istat] (1), u partikolarment l-Artikolu 1(1)(a)(i) tiegħu,

    Wara liġie ppubblikat abbozz ta’ dan ir-Regolament (2),

    Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar l-għajnuna mill-Istat,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiddikjara, skond l-Artikolu 87 tat-Trattat, li taħt ċerti kundizzjonijiet, għajnuna lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (“SME”) hija kompatibbli mas-suq komuni u mhux suġġetta għar-rekwiżiti tan-notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna mill-Istat lill-impriżi [impriżi] żgħar u ta’ daqs medju (3) ma japplikax għall-attivitajiet marbuta mal-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakultura koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (4).

    (3)

    Il-Kummissjoni applikat l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat f’għadd kbir ta’ deċiżjonijiet għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u wkoll iddikjarat il-politika tagħha, l-aktar riċenti fil-Linji ta’ Gwida għall-eżaminar ta’ l-għajnuna mill-Istat għas-sajd u għall-akkwakultura (5) (minn issa ’l quddiem “Il-Linji ta’ Gwida dwar is-Sajd”). Fid-dawl ta’ l-esperjenza konsiderevoli li għandha l-Kummissjoni fl-applikazzjoni ta’ dawk l-Artikoli għal impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd, jixraq li, bil-għan li tiġi assigurata s-superviżjoni effiċjenti u li tiġi simplifikata l-amministrazzjoni mingħajr ma ddgħajjef il-monitoraġġ tal-Kummissjoni, li l-Kummissjoni għandha tuża effettivament is-setgħat mogħtija lilha permezz tar-Regolament (KE) Nru 994/98 anki għall-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd, safejn l-Artikolu 89 tat-Trattat ġie ddikjarat li hu applikabbli għal dawn il-prodotti.

    (4)

    Il-kompatibbilità ta’ l-għajnuna mill-Istat fis-settur tas-sajd hija vvalutata mill-Kummissjoni abbażi ta’ l-għanijiet kemm tal-Politika tal-Kompetizzjoni u tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS).

    (5)

    Dan ir-Regolament għandu jkopri t-tipi ta’ għajnuna mogħtija fis-settur tas-sajd li ġew approvati sistematikament mill-Kummissjoni għal ħafna snin. Din l-għajnuna ma tirrikjedix li l-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni każ b’każ dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni, dejjem jekk tikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kusill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (6) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 498/2007 tas-26 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (7) u ma’ ċerti kundizzjonijiet oħra. Minkejja li r-Regolament (KE) Nru 1198/2006 ilu fis-seħħ biss mill-4 ta’ Settembru 2006, il-Kummissjoni, abbażi tal-Linji ta’ Gwida għas-Sajd eżistenti, kisbet biżżejjed esperjenza biex tapplika kundizzjonijiet simili għat-tip ta’ miżuri konċernati sabiex tistabbilixxi li l-kundizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament huma preċiżi biżżejjed biex jiġġustifikaw li m’hemmx bżonn ta’ valutazzjoni għal kull każ.

    (6)

    Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr ħsara għall-possibilità li l-Istati Membri jinnotifikaw għajnuna lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju li jkunu attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd. Tali notifiki għandhom jiġu vvalutati mill-Kummissjoni fid-dawl ta’ dan ir-Regolament u abbażi tal-Linji ta’ Gwida għas-Sajd.

    (7)

    L-għajnuna li Stati Membri għandhom l-intenzjoni jagħtu fis-settur tas-sajd iżda li ma taqax fl-iskop ta’ dan ir-Regolament, jew ta’ Regolamenti oħra adottati in segwitu għall-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 994/98, għandha tibqa’ suġġetta għal ħtieġa ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Dik l-għajnuna se tiġi evalwata fid-dawl ta’ dan ir-Regolament u l-Linji ta’ Gwida dwar is-Sajd.

    (8)

    Dan ir-Regolament għandu jeżenta kull għajnuna li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li jistipula u kwalunwke skema ta’ għajnuna, bil-kundizzjoni li kwalunkwe għajnuna li setgħet tingħata taħt tali skema tissodisfa l-ħtiġijiet rilevanti kollha ta’ dan ir-Regolament. Għotjiet individwali allokati taħt skema ta’ għajnuna u għajnuniet ad hoc għandu jkollhom fihom referenza speċifika għal dan ir-Regolament.

    (9)

    Fl-interessi tal-koerenza ma’ miżuri ta’ appoġġ iffinanzjati mill-Komunità, l-ogħla livelli ta’ għajnuna koperti b’dan ir-Regolament għandhom ikunu ugwali għal dawk iffissati għall-istess tip ta’ għajnuna fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

    (10)

    Huwa essenzjali li ma tingħata l-ebda għajnuna f’ċirkostanzi fejn ta’ nuqqas ta’ konformità mal-liġi tal-Komunità, u b’mod partikolari mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Għalhekk l-għajnuna fis-settur tas-sajd tista’ tingħata biss minn Stat Membru jekk il-miżuri ffinanzjati u l-effetti tagħhom jikkonformaw mal-liġi Komunitarja. Qabel ma jagħtu kwalunkwe għajnuna, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-benefiċarji ta’ l-għajnuna mill-Istat jikkonformaw mar-regoli dwar il-Politika Komuni tas-Sajd.

    (11)

    Bil-għan li jiġi żgurat li l-għajnuna tkun proporzjonata u limitata għall-ammont neċessarju, il-limiti għandhom, kull meta jkun possibbli, jiġu espressi f’termini ta’ intensitajiet ta’ għajnuna b’relazzjoni għal sett ta’ spejjeż eliġibbli. Bil-għan li jiġu kkalkulati l-intensitajiet ta’ l-għajnuna, l-għajnuna pagabbli f’diversi kambjali għandha tiġi skontata għall-valur tagħha meta tingħata. Ir-rata ta’ interessi li trid tintuża għal finijiet ta’ għoti ta’ skont u biex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ għajnuna f’għajnuna li mhix forma ta’ għotja, għandha tkun ir-rata ta’ referenza applikabbli meta tingħata l-għotja, kif stipulat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont (8).

    (12)

    Fid-dawl tal-ħtieġa li jinstab il-bilanċ xieraq bejn il-minimizzar tax-xkiel għall-kompetizzjoni fis-settur megħjun u l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, m’għandux jeżenta għotjiet individwali li jaqbżu ammont massimu stabbilit, kemm jekk magħmula taħt skema ta’ għajnuna enżetata minn dan ir-Regolament u kemm jekk le.

    (13)

    Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal attivitajiet marbuta ma’ l-esportazzjoni jew l-għajnuna li tiffavorixxi prodotti domestiċi fuq prodotti importati. B’mod partikolari, m’għandux japplika għall-għajnuna li tiffinanzja l-istabbiliment u l-operat ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni f’pajjiżi oħra. L-għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ispiża tal-parteċipazzjoni f’fieri kummerċjali, jew għal servizzi ta’ studji jew konsulenza meħtieġa biex tniedi prodott ġdid jew eżistenti f’suq ġdid normalment m’għandhiex tikkostitwixxi għajnuna għall-importazzjoni.

    (14)

    Għajnuna mogħtija lill-impriżi f’diffikultà skond l-ambitu tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-kumpaniji f’diffikultà (9) għandhom jiġu vvalutati taħt dawk il-linji gwida sabiex tiġi evitata ċ-cirkumvenzjoni tagħhom. Għalhekk, għajnuniet lil impriżi ta’ dan it-tip għandhom ikunu esklużi mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-Istati Membri, fl-għoti ta’ għajnuna koperta minn dan ir-Regolament, id-definizzjoni ta’ x’għandu jitqies bħala impriża f’diffikulta għandha tiġi simplifikata meta mqabbla mad-definizzjoni użata f’dawk il-Linji ta’ Gwida. Barra minn hekk, l-SMEs li jkunu ilhom li twaqqfu għal inqas minn tliet snin m’għandhomx jitqiesu li huma f’diffikultà f’dan il-perjodu għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament sakemm ma jissodisfawx il-kriterji taħt il-liġi domestika tagħhom bħala s-suġġett ta’ proċeduri ta’ insolvenza kollettiva. Dawn is-simplifikazzjonijiet m’għandhomx jippreġudikaw il-kwalifikazzjoni ta’ dawn l-SME fil-kuntest ta’ dawk il-Linji ta’ Gwida fir-rigward ta’ għajnuna li ma tkunx koperta minn dan ir-Regolament li tibqa’ soġġetta għad-definizzjoni sħiħa pprovduta f’dawk il-Linji Gwida.

    (15)

    Il-Kummissjoni trid tiżgura li għajnuna awtorizzata ma tbiddilx il-kundizzjonijiet tan-negozju b’mod kuntrarju għall-interess ġenerali. Għalhekk, l-għajnuna lil xi benefiċarju li hi soġġetta għal ordni ta’ rkupru li nħareġ wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq komuni, għandha tiġi eskluża mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Bħala konsegwenza, kwalunkwe għajnuna ad hoc mogħtija lil dan il-benefiċjarju, kwalunkwe skema ta’ għajnuna li ma jkunx fiha dispożizzjoni li speċifikament teskludi dawn il-benefiċjarji tibqa’ soġġetta għar-rekwiżiti tan-notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tolqot l-aspettativi leġittimi ta’ benefiċjarji ta’ skemi ta’ għajnuna li mhumiex suġġetti għal ordnijiet ta’ rkupru pendenti.

    (16)

    Sabiex jiġu eliminati d-differenzi li jistgħu jwasslu għal xkiel fil-kompetizzjoni u tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni bejn l-inizjattivi differenti tal-Komunità u dawk nazzjonali li jikkonċernaw l-SMEs, id-definizzjoni ta’ “impriżi żgħar u ta’ daqs medju” użata f’dan ir-Regolament għandha tkun dik stipulata fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 70/2001.

    (17)

    Għall-finijiet ta’ trasparenza, trattament ugwali u monitoraġġ effettiv, dan ir-Regolament għandu japplika biss għal għajnuna li tkun trasparenti. L-għajnuna trasparenti hija l-għajnuna li għaliha tista’ tiġi kkalkulata b’mod preċiż l-għotja globali ekwivalenti ex ante mingħajr il-ħtieġa ta’ evalwazzjoni tar-riskju. Għajnuna fil-forma ta’ self, b’mod partikolari, għandha titqies bħala trasparenti fejn l-ekwivalenti gross f’għotjiet ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi tar-rata ta’ referenza kif stipulat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont (10). L-għajnuna magħmula minn miżuri fiskali għandha titqies bħala trasparenti meta l-miżuri jipprovdu għall-iffissar ta’ limitu li jassigura limitu applikabbli ma jinqabiżx.

    (18)

    Għajnuna inkluża fi skemi ta’ garanzija għandha titqies bħala trasparenti meta l-metodoloġija għall-kalkoli ta’ l-ekwivalenti gross f’għotjiet tkun ġiet approvata wara notifika ta’ din il-metodoloġija lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni teżamina dawn in-notifiki abbażi tan-Notifika tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (11). Għajnuna inkluża fi skemi ta’ garanzija għandha titqies bħala trasparenti ukoll meta l-benefiċjarju jkun SME u l-ekwivalenti gross f’għotjiet jkun ġie kkalkulati fuq il-bażi tal-primjums fil-limitu ta’ eżenzjoni stipulati fit-Taqsimiet 3.3 u 3.5 ta’ dak l-Avviż.

    (19)

    Minħabba d-diffikultà fil-kalkolu ta’ l-ekwivalenti ta’ l-għotja f’għajnuna fil-forma ta’ self li jitħallas lura, din l-għajnuna m’għandhiex tkun koperta b’dan ir-Regolament, ħlief jekk l-ammont totali tas-self li jitħallas lura ikun inqas mil-limitu ta’ notifikazzjoni individwali applikabbli u l-massimu ta’ l-intensità ta’ l-għajnuna pprovduta skond dan ir-Regolament.

    (20)

    Wara li jitqies l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat, l-għajnuna normalment m’għandhiex ikollha biss l-effett li kontinwament jew perjodikament tnaqqas l-ispejjeż operattivi li l-benefiċjarju s-soltu jkollu jġarrab, u għandha tkun proporzjonata għall-iżvantaġġi li jridu jingħelbu sabiex jitħarsu l-benefiċċji soċjo-ekonomiċi meqjusa bħala fl-interess Komunitarju. Miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li sempliċement jippruvaw itejbu l-qagħda finanzjarja tal-produtturi iżda li bl-ebda mod ma jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-settur, u b’mod partikolari għall-għajnuna li tingħata biss abbażi tal-prezz, kwantità, unità ta’ produzzjoni jew unità tal-mezzi ta’ produzzjoni jitqiesu li jikkostitwixxu l-għajnuna għat-tħaddim li huma inkompatibbli mas-suq komuni. Barra minn hekk, dik l-għajnuna x’aktarx tinterferixxi wkoll mal-mekkaniżmi ta’ l-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq. Għalhekk jixraq li jiġi limitat l-ambitu ta’ dan ir-Regolament għal għajnuna fuq investimenti, kif ukoll għal għajnuna fuq ċerti miżuri soċjo-ekonomiċi.

    (21)

    Sabiex jiġi assigurat li l-għajnuna hi meħtieġa u taġixxi bħala inċentiv biex jiġu żviluppati ċerti attivitajiet, dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-għajnuna għal attivitajiet li fihom ikun diġà involva ruħu waħdu l-benefiċarju taħt kundizzjonijiet tas-suq. Dan l-inċentiv għandu jitqies preżenti meta, qabel jinbdew l-attivitajiet relatati ma’ l-implimentazzjoni tal-proġett jew ta’ l-attivitajiet megħjuna, il-benefiċjarju jkun ippreżenta applikazzjoni lill-Istat Membru.

    (22)

    Sabiex jiġi stabbilit jekk il-limiti ta’ notifika individwali u l-intensitajiet massimi ta’ għajnuna stabbiliti f’dan ir-Regolament ġewx rispettati, l-ammont totali ta’ appoġġ pubbliku għall-attività jew il-proġett assistit għandu jiġi kkunsidrat, mingħajr ma jiġi meqjus jekk dak l-appoġġ ikunx finanzjat minn sorsi lokali, reġjonali, nazzjonali jew tal-Komunità.

    (23)

    Dan ir-Regolament għandu jkopri l-għajnuna li ġejja: għajnuna għal twaqqif permanenti u temporanju ta’ l-attivitajiet tas-sajd, għajnuna għall-finanzjament ta’ miżuri soċjo-ekonomiċi, għajnuna għal investimenti produttivi fl-akkwakultura, għajnuna għal miżuri akkwa-ambjentali, għajnuna għal miżuri dwar is-saħħa pubblika u saħħet l-annimali, għajnuna għal sajd fil-magħluq, għajnuna għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakultura, għajnuna għal miżuri ta’ interess komuni li jiġu implimentati bl-appoġġ attiv ta’ l-operaturi nfushom jew minn organizzazzjonijiet li jaġixxu għan-nom tal-produtturi jew ta’ organizzazzjoni oħra rikonoxxuta mill-Istati Membri, għajnuna għal miżuri ta’ interess komuni maħsuba biex tipproteġi u tiżviluppa l-fawna u l-flora akkwatika filwaqt li ttejjeb l-ambjent akkwatiku, għajnuna għall-investimenti f’portijiet tas-sajd pubbliċi jew privati, postijiet ta’ żbark u kenn għas-sajd, għajnuna għal miżuri ta’ interess komuni intiżi biex tiġi implimentata politika ta’ kwalità u ta’ titjib fil-valur, żvilupp ta’ swieq ġodda jew kampanji promozzjonali għal prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakultura, għajnuna għal proġetti pilota, għajnuna għal modifikazzjoni għal assenjament mill-ġdid tal-bastimenti tas-sajd, u għajnuna għall-assistenza teknika.

    (24)

    Meta l-eżenzjonijiet mit-taxxa pprovduti fl-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (12) jiġu applikat bl-istess mod għas-settur kollu tas-sajd, il-Kummissjoni tqis li jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-settur u jaqdu l-interess komuni. Dawn l-eżenzjonijiet ġew applikati bl-istess mod mill-Istati Membri l-esperjenza fl-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri skond ir-Regolament (KE) Nru 1595/2004 wriet li m’affettwawx il-kundizzjonijiet tan-negozju b’mod negattiv u għenu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd billi jiżguraw kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali sostenibbli. Fid-dawl tat-trasparenza tal-miżura, bl-għajnuna kkalkulata fuq l-ammont reali ta’ fjuwil li jintuża mill-bastiment, u wkoll jekk jitqies il-fatt li dan ir-regolament japplika biss għall-SMEs u li l-maġġoranza l-kbira ta’ l-impriżi tas-sajd fl-Unjoni Ewropea huma SMEs (il-maġġoranza ta’ l-impriżi jibbenefikaw minn dawn l-eżenzjonijiet mit-taxxa huma impriżi żgħar li għandhom biss bastiment wieħed), il-Kummissjoni tqis li miżuri bħal dawn ma jxekkluxwisq il-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kundizzjonijiet ta’ kummerċ b’tali mod li jmorru kontra l-interess komuni. B’konsegwenza, eżenzjonijiet bħal dawn mit-taxxa għandhom, minkejja li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, jkunu dikjarati bħala kompatibbli mas-suq komuni u eżenti mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE bil-kundizzjoni li jaderixxu ma’ dawk id-Direttivi u li jkunu aplikabbli għas-settur kollu tas-sajd. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu wkoll, f’ċerti kundizzjonijiet, jiddikjara bħala kompatibbli mas-suq komuni u eżenti mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, eżenzjonijiet mit-taxxa jew tnaqqis applikabbli għas-sajd fl-ilmijiet interni u xogħlijiet ta’ pixxikultura li l-Istati Membri jistgħu jintroduċuhom skond l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE.

    (25)

    Sabiex tiġi assigurata t-trasparenza u l-monitoraġġ effettiv, skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 994/98, jixraq li jiġi stabbilit format standard li fih l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni mqassra kull meta, skond dan ir-Regolament, tiġi implimentata xi skema ta’ għajnuna jew għajnuna individwali. Il-Kummissjoni trid tagħti numru ta’ identifikazzjoni lil kull miżura ta’ għajnuna li tiġi kkomunikata lilha. Il-fatt li dak in-numru jingħata lil xi miżura ta’ għajnuna ma jfissirx li l-Kummissjoni eżaminat jekk l-għajnuna tissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk hi ma toħloq l-ebda tamiet leġittimi għall-Istati Membri jew għall-benefiċarju fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ għajnuna ma’ dan ir-Regolament.

    (26)

    Għall-istess raġunijiet, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tal-forma u l-kontenut tar-rapporti annwali li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni mill-Istati Membri. Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli li jirrigwardaw ir-reġistri li għandhom jinżammu mill-Istati Membri fir-rigward ta’ skemi ta’ għajnuna u għajnuna individwali eżentata minn dan ir-Regolament, f’konformità mar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 569/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (13).

    (27)

    Sabiex timmonitorja l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun ukoll f’pożizzjoni li tiġbor l-informazzjoni kollha neċessarja mill-Istati Membri dwar il-miżuri implimentati taħt il-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament. Jekk l-Istati Membri jonqsu milli jipprovdu l-informazzjoni dwar dawn il-miżuri ta’ għajnuna fi żmien raġonevoli ta’ skadenza, dan jista’ jitqies bħala indikazzjoni li l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament mhumiex jiġu rrispettati. Jekk Stat Membru jonqos milli jipprovdi informazzjoni li tippermetti li jsir monitoraġġ ta’ xi miżuri ta’ għajnuna dan jista’ jwassal lill-Kummissjoni li tiddeċiedi li r-Regolament, jew il-parti relevanti tar-Regolament, għandha tkun irtirata fir-rigward ta’ l-Istat Membru kkonċernat u li l-miżuri sussegwenti kollha ta’ għajnuna, inklużi miżuri individwali ġodda allokati fuq il-bażi ta’ skemi ta’ għajnuna li qabel kienu koperti minn dan ir-Regolament, dan jeħtieġ li jiġi notifikat lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 88 tat-Trattat. Hekk kif l-Istat Membru jipprovdi informazzjoni korretta u sħiħa, il-Kummissjoni għandha tippermetti li r-Regolament jerġa’ jkun kollu kemm hu applikabbli mill-ġdid.

    (28)

    B’referenza għad-data ta’ skadenza tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 u l-fatt li l-kundizzjonijiet biex tingħata l-għajnuna taħt dan ir-Regolament ġew konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti għall-applikazzjoni tal-Fond Ewropew għas-Sajd, jixraq li jiġi limitat il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għad-data li fiha jiskadi r-Regolament (KE) Nru 1198/2006. Jekk dan ir-Regolament jiskadi mingħajr ma jiġi estiż, l-iskemi ta’ għajnuna diġà eżentati b’dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jiġu eżentati għal sitt xhur.

    (29)

    Jixraq li jiġu stipulati dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal notifiki pendenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għall-għajnuna li ngħatat qabel ma daħal fis-seħħ dan ir-Regolament u li ma ġietx innotifikata bħala ksur ta’ l-obbligu fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, kif ukoll għall-għajnuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1595/2004 tat-8 ta’ Settembru 2004 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna ta’ l-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-marketing ta’ prodotti tas-sajd. (14)

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU 1

    DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

    Artikolu 1

    Ambitu

    1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-għajnuna trasparenti mogħtija lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”) li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd.

    2.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

    (a)

    għajnuna, li l-ammont tagħha huwa ffissat abbażi tal-prezz jew tal-kwantità tal-prodotti mqiegħda fis-suq;

    (b)

    għajnuna għall-attivitajiet konnessi ma’ l-esportazzjoni, primarjament għajnuna konnessa direttament mal-kwantitajiet esportati, lill-istabbliliment u l-operat ta’ network ta’ distribuzzjoni jew ta’ nefqa oħra kurrenti konnessa ma’ l-attività ta’ l-esportazzjoni;

    (c)

    għajnuna li tiddependi mill-użu ta’ prodotti nazzjonali fuq dawk importati;

    (d)

    għajnuna mogħtija lill-impriżi f’diffikultà;

    (e)

    skemi ta’ għajnuna li ma jeskludux b’mod espliċitu l-ħlas ta’ għajnuna individwali favur impriża li tkun suġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li ddikjarat għajnuna bħala illegali u inkompatibbli mas-suq komuni, kif ukoll għajnuna individwali ad hoc favur l-istess impriża;

    (f)

    għajnuna ad hoc favur impriża li għadha suġġetta għal ordni ta’ irkupru wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tkun iddikjarat li għajnuna kienet illegali u inkompatibbli mas-suq komuni;

    3.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal għajnuna għal proġetti individwali bi spejjeż eliġibbli ta’ aktar minn EUR 2 miljun, jew fejn l-ammont ta’ l-għajnuna jaqbeż miljun EUR għal kull benefiċjarju għal kull sena.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    “għajnuna” tfisser kwalunkwe miżura li tissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 87(1) tat-Trattat;

    (b)

    “skema ta’ għajnuna” tfisser kull att li abbażi tiegħu, mingħajr ma jkunu meħtieġa miżuri oħra ta’ implimentazzjoni, għotjiet ta’ għajnuna individwali jkunu jistgħu jsiru lil impriżi definiti fl-att b’mod ġenerali u astratt u kwalunkwe att li abbażi tiegħu għajnuna li mhix marbuta ma’ proġett speċifiku tista’ tingħata lil intrapriża waħda jew diversi għal perjodu ta’ żmien indefinit u/jew għal ammont indefinit;

    (c)

    “għajnuna individwali” tfisser għajnuna ad hoc u allokazzjonijiet notifikabbli ta’ għajnuna abbażi ta’ skema ta’ għajnuna;

    (d)

    “għajnuna ad hoc” tfisser għajnuna individwali mhux mogħtija abbażi ta’ skema ta’ għajnuna;

    (e)

    “intensità ta’ l-għajnuna” tfisser l-ammont ta’ l-għajnuna espressa bħala perċentwali ta’ l-ispejjeż eliġibbli;

    (f)

    “prodotti tas-sajd” tfisser kemm prodotti maqbuda mill-baħar jew mill-ilmijiet interni kif ukoll il-prodotti ta’ l-akkwakultura elenkati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000;

    (g)

    “impriżi żgħar u ta’ daqs medju” (“SMEs”) tfisser impriżi żgħar u ta’ daqs medju kif definiti fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru …/2008 tat-2 ta’ Lulju 2008 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat, li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni [titlu mhux uffiċjali] (15);

    (h)

    “għajnuna trasparenti” tfisser għajnuna li fir-rigward tagħha jkun possibbli li jiġi kkalkolat b’mod preċiż l-ekwivalenti gross ta’ l-għotja ex ante mingħajr il-ħtieġa li ssir valutazzjoni tar-riskju;

    (i)

    “impriża f’diffikultà” tfisser impriża li tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet:

    jekk hija kumpanija ta’ responsabbiltà limitata, meta aktar minn nofs il-kapital tagħha jkun sparixxa, b’aktar minn kwart tal-kapital mitluf matul l-aħħar 12-il xahar; jew

    jekk hija kumpanija li fiha għallinqas xi membri għandhom responsabbiltà limitata għad-dejn tal-kumpanija, meta aktar minn nofs il-kapital kif muri fil-kontijiet tal-kumpanija jkun sparixxa u aktar minn kwart tal-kapital mitluf matul l-aħħar 12-il xahar; jew

    għal kull forma ta’ impriża, meta tkun laħqet, skond il-liġi nazzjonali applikabbli, il-kundizzjonijiet ta’ sottomissjoni għal proċedura kollettiva ta’ insolvenza.

    Artikolu 3

    Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni

    1.   Għajnuna ad hoc li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament, għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni fis-sens ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tiġi eżentata mill-ħtieġa tan-notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat bil-kondizzjoni li l-informazzjoni sommarja skond l-Artikolu 25(1) tkun ġiet mogħtija u li jkun fiha referenza espliċita għal dan ir-Regolament, billi tikkwota t-titlu tiegħu u r-referenza tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    2.   Skemi ta’ l-għajnuna, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu kompatibbli mas-suq komuni fil-kuntest ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandhom ikunu eżenti mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, bil-kundizzjoni li l-informazzjoni fil-qosor li hemm ipprovdut għaliha fl-Artikolu 25(1) tkun tressqet, li l-għajnuna individwali li setgħet tingħata taħt din l-iskema tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament, u li l-iskema jkun fiha referenza speċifika għal dan ir-Regolament, billi jiġi ċitat it-titolu tiegħu u referenza tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    3.   Għajnuna individwali mogħtija taħt l-iskema msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni fil-kuntest ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżenti mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, bil-kundizzjoni li l-għajnuna li tingħata tissodisfa direttament il-kundizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament, li l-informazzjoni fil-qosor li hemm ipprovdut għaliha fl-Artikolu 25(1) tkun tressqet u li l-miżura ta’ għajnuna individwali jkun fiha referenza speċifika għal dan ir-Regolament, billi jiġi ċitat it-titolu tiegħu u referenza tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    4.   Qabel ma tingħata kwalunkwe għajnuna taħt dan ir-Regolament, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-miżuri ffinanzjati u l-effetti tagħhom ikunu konformi mal-liġi Komunitarja.

    5.   Il-miżuri ta’ l-għajnuna għandhom ikunu eżentati biss skond dan ir-Regolament jekk jipprovdu espliċitament li, matul l-ewwel perjodu ta’ għotja, il-benefiċjarji ta’ l-għajnuna għandhom jikkonformaw mar-Regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u li, jekk matul dan il-perjodu jinsab li l-benefiċjarju ma jikkonformax mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-għotja trid titħallas lura skond is-serjetà ta’ l-infrazzjoni.

    Artikolu 4

    Intensità ta’ l-għajnuna u l-ispejjeż eleġibbli

    1.   Għall-finijiet ta’ kalkolu ta’ l-intensità ta’ l-għajnuna, iċ-ċifri kollha għandhom jittieħdu qabel kwalunkwe tnaqqis ta’ taxxa jew ħlas ieħor. Fejn l-għajnuna tingħata f’forma oħra li ma tkunx għotja, l-ammont ta’ l-għajnuna għandu jkun l-ekwivalenti f’għotja ta’ l-għajnuna. Għajnuna pagabbli f’diversi pagamenti għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fil-mument li tingħata. Ir-rata ta’ l-interessi li tintuża għal skopijiet ta’ skont għandha tkun ir-rata ta’ referenza applikabbli fil-mument ta’ l-għotja. F’każijiet fejn l-għajnuna tingħata permezz ta’ eżenzjoni ta’ taxxa jew tnaqqis f’taxxi dovuti fil-futur, suġġett li tkun rispettata ċerta intensità ta’ għajnuna definita fl-ekwivalenti ta’ l-għotja gross, jingħata skont fil-porzjon ta’ l-għajnuna abbażi tar-rati ta’ referenza applikabbli f’diversi żminijiet li jidħlu fis-sehh dawn il-benefiċċji fuq it-taxxa

    2.   L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 55(2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 u l-Artikoli 26 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 u jkunu appoġġati minn provi bil-miktub li għandhom ikunu ċari u mqassma għalihom.

    Artikolu 5

    Trasparenza ta’ l-għajnuna

    1.   Dan ir-Regolament għandu japplika biss għal għajnuna trasparenti. B’mod partikolari, it-tipi ta’ għajnuna li ġejjin għandhom jitqiesu li huma trasparenti:

    (a)

    għotjiet diretti u sussidji fuq ir-rati ta’ interess;

    (b)

    għajnuna mogħtija b’self, fejn l-ekwivalenti gross ta’ l-għotja jkun ġie kkalkolat abbażi tar-rati ta’ referenza fiż-żmien ta’ l-għotja u waqt li tiġi kkunsidrata l-eżistenza ta’ titoli ta’ sigurtà normali u/jew riskju mhux normali assoċjat mas-self;

    (c)

    għajnuna fi skemi ta’ garanzija,

    fejn il-metodoloġija biex tiġi kkalkulata l-għotja globali ekwivalenti tkun ġiet aċċettata wara li ġiet notifikata din il-metodoloġija lill-Kummissjoni u l-metodoloġija approvata tindirizza espliċitament it-tip ta’ garanziji u t-tipi ta’ tranżazzjonijiet ikkonċernati marbuta magħha fil-kuntest ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; jew

    fejn l-ekwivalenti gross ta’ għajnuna jkun ġie kkalkulat abbażi tal-primjum fil-limitu ta’ eżenzjoni stipulat fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji.

    (d)

    l-għajnuna magħmula minn miżuri fiskali għandha titqies bħala trasparenti meta l-miżuri jipprovdu għall-iffissar ta’ limitu li jassigura li l-ogħla livell applikabbli ma jinqabiżx.

    2.   It-tipi ta’ għajnuna li ġejjin m’għandhomx jitqiesu bħala trasparenti:

    (a)

    għajnuna inkluża f’injezzjonijiet ta’ kapital;

    (b)

    għajnuna magħmula minn miżuri ta’ kapital ta’ riskju.

    3.   Għajnuna fil-forma ta’ self li jitħallas lura għandha titqies bħala trasparenti biss jekk l-ammont totali tas-self li jitħallas lura ma jaqbiżx il-limitu applikabbli skond dan ir-Regolament. Jekk l-ogħla livell applikabbli jiġi espress f’termini ta’ intensità ta’ l-għajnuna, l-ammont totali tal-pagament misluf li għandu jitħallas lura, espress bħala persentaġġ ta’ l-ispejjeż eleġibbli, m’għandux jaqbeż l-intensità ta’ l-għajnuna applikabbli.

    Artikolu 6

    Kumulazzjoni

    1.   Biex jiġi stabbilit jekk il-limiti ta’ notifika individwali kontemplati fl-Artikolu 1(3) u l-intensitajiet massimi ta’ għajnuna kontemplati f’Kapitolu 2 ġewx rispettati, l-ammont totali ta’ miżuri ta’ appoġġ pubbliku għall-attività jew il-proġett assistit għandu jiġi kkunsidrat, mingħajr ma jiġi meqjus jekk dak l-appoġġ ġiex finanzjat minn sorsi lokali, reġjonali, nazzjonali jew tal-Komunità.

    2.   L-għajnuna eżentata taħt dan ir-Regolament tista’ tiġi miżjuda ma’ kwalunkwe għajnuna oħra eżentata taħt dan ir-Regolament dejjem jekk dawk il-miżuri ta’ għajnuna jikkonċernaw spejjeż eliġibbli differenti li jistgħu jiġu identifikati.

    3.   Għajnuna eżentata skond dan ir-Regolament m’għandhiex tiġi akkumulata ma’ xi għajnuna oħra eżentata taħt dan ir-Regolament jew għajnuna de minimis li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 875/2007 (16) jew ma’ finanzjament ieħor tal-Komunità fir-rigward ta’ l-istess spejjeż eliġibbli - li jikkoinċidu parzjalment jew għal kollox - jekk din l-akkumulazzjoni tirriżulta li taqbeż l-ogħla intensità ta’ għajnuna jew ammont ta’ għajnuna applikabbli għal din l-għajnuna skond dan ir-Regolament.

    Artikolu 7

    Effett ta’ Inċentiv

    1.   Dan ir-Regolament għandu jeżenta biss għajnuna li għandha effett ta’ inċentiv.

    2.   Għajnuna għandha tiġi meqjusa li jkollha effett ta’ inċentiv jekk tagħmilha possibbli għall-benefiċjarju li jwettaq attivitajiet jew proġetti li ma kienx iwettaq mingħajr l-għajnuna.

    Din il-kundizzjoni għandha titqies bħala sodisfatta jekk, qabel inkun beda x-xogħol fuq il-proġett jew attività, il-benefiċjarju jkun ippreżenta applikazzjoni għall-għajnuna lill-Istat Membru konċernat.

    3.   Il-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 m’għandhiex tapplika fir-rigward ta’ miżuri fiskali li jistabbilixxu dritt legali għal għajnuna skond il-kriterji oġġettivi u mingħajr ma l-Istat Membru jkompli juża d-diskrezzjoni tiegħu jekk dawk il-miżuri fiskali jkunu adottati qabel ma tkun bdiet il-ħidma fuq il-proġett jew l-attività.

    4.   Jekk skond dan ir-Regolament il-kundizzjonijiet fil-paragrafi 1 sa 3 ma jkunux sodisfatti, il-miżura kollha ta’ l-għajnuna ma għandhiex tkun eżentata.

    KAPITOLU 2

    KATEGORIJI TA’ GĦAJNUNA

    Artikolu 8

    Għajnuna għal waqfien permanenti ta’ l-attivitaijiet tas-sajd

    L-għajnuna għall-waqfien permanenti ta’ l-attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tiġi eżentata mir-rekwiżit tan-notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

    (a)

    l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

    (b)

    l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

    Artikolu 9

    Għajnuna għal waqfien temporanju ta’ l-attivitajiet tas-sajd

    L-għajnuna għal waqfien temporanju ta’ l-attivitajiet tas-sajd għal sajjieda u sidien ta’ bastimenti tas-sajd għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

    (a)

    l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u

    (b)

    l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

    Artikolu 10

    Għajnuna għal kumpens soċjo-ekonomiku għall-ġestjoni tal-flotta

    Għajnuna għall-finanzjament ta’ miżuri soċjo-ekonomiċi għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

    (a)

    l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 26(3) u 27 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

    (b)

    l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

    Artikolu 11

    Għajnuna għal investimenti produttivi fl-akkwakultura

    L-għajnuna għal investimenti produttivi fl-akkwakultura għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

    (a)

    l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

    (b)

    l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

    Artikolu 12

    Għajnuna għal miżuri akkwa-ambjentali

    L-għajnuna għall-kumpens għall-użu ta’ metodi ta’ produzzjoni ta’ l-akkwakultura li jgħinu fil-ħarsien u t-titjib ta’ l-ambjent u fil-konservazzjoni tan-natura għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

    (a)

    l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 28 u 30 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

    (b)

    l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

    Artikolu 13

    Għajnuna għal miżuri tas-saħħa pubblika

    Għajnuna għall-kumpens lill-bdiewa tal-molluski għas-sospensjoni temporanja tal-ħsad ta’ molluski mkabbra għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

    (a)

    l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 28 u 31 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u

    (b)

    l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

    Artikolu 14

    Għajnuna għal miżuri ta’ saħħet l-annimali

    L-għajnuna għal miżuri għal saħħet l-annimali għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

    (a)

    l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 28 u 32 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

    (b)

    l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

    Artikolu 15

    Għajnuna għal sajd fil-magħluq

    L-għajnuna għal sajd fil-magħluq għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

    (a)

    l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

    (b)

    l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

    Artikolu 16

    Għajnuna għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni

    L-għajnuna għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tiġi eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

    (a)

    l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 34 u 35 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

    (b)

    l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

    Artikolu 17

    Għajnuna għal azzjonijiet kollettivi

    L-għajnuna għal miżuri ta’ interess komuni li jiġu implimentati bl-appoġġ attiv ta’ l-operaturi nfushom jew mill-organizzazzjonijiet li jaġixxu f’isem il-produtturi jew ta’ organizzazzjoni oħra rikonoxxuta mill-Istati Membri għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

    (a)

    l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 36 u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

    (b)

    l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

    Artikolu 18

    Għajnuna għal miżuri intiżi biex iħarsu u jiżviluppaw il-fawna u l-flora akkwatika

    L-għajnuna għal miżuri ta’ interess komuni intiżi biex iħarsu u jiżviluppaw fawna u flora akkwatika filwaqt li jtejbu l-ambjent akkwatiku għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

    (a)

    l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 36 u 38 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

    (b)

    l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

    Artikolu 19

    Għajnuna għal investimenti f’portijiet tas-sajd, postijiet tal-ħatt u postijiet ta’ kenn

    L-għajnuna għal investimenti f’portijiet tas-sajd pubbliċi jew privati, postijiet ta’ ħatt u postijiet ta’ kenn għas-sajd għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

    (a)

    l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 36 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

    (b)

    l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

    Artikolu 20

    Għajnuna għall-iżvilupp ta’ swieq ġodda u kampanji promozzjonali

    L-għajnuna għal miżuri ta’ interess komuni maħsuba biex timplimenta politika ta’ titjib fil-kwalità u fil-valur, tiżviluppa swieq ġodda jew kampanji promozzjonali għal prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakultura għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

    (a)

    l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 36 u 40 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

    (b)

    l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

    Artikolu 21

    Għajnuna għal proġetti pilota

    L-għajnuna għal proġetti pilota għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

    (a)

    l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 36 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

    (b)

    l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

    Artikolu 22

    Għajnuna għall-modifikazzjoni għal assenjament mill-ġdid tal-bastimenti tas-sajd

    L-għajnuna għall-modifikazzjoni għal assenjament mill-ġdid tal-bastimenti tas-sajd, taħt il-bandiera ta’ xi Stat Membru u reġistrata fil-Komunità għal finijiet ta’ taħriġ jew ta’ riċerka fis-settur tas-sajd jew għal attivitajiet oħra barra s-sajd għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

    (a)

    l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 36 u 42 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

    (b)

    l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

    Artikolu 23

    Għajnuna għal assistenza teknika

    L-għajnuna għal assistenza teknika għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

    (a)

    l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 46(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 u

    (b)

    l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

    Artikolu 24

    Eżenzjonijiet mit-taxxa skond id-Direttiva 2003/96/KE

    1.   L-eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għas-settur tas-sajd kollu li l-Istati Membri jintroduċu skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2003/96/KE għandhom, safejn jikkostitwixxu l-għajnuna mill-Istat, ikunu kompatibbli mas-suq komuni u eżentati mir-rekwiżit tan-notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

    2.   Għajnuna ambjentali fil-forma ta’ eżenzjonijiet mit-taxxa jew tnaqqis applikabbli għas-sajd fl-ilmijiet interni u xogħlijiet ta’ pixxikultura li l-Istati Membri jistgħu jintroduċuhom skond l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni u eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, bil-kundizzjoni li ma tingħatax għal perjodi ta’ aktar minn 10 snin. Wara dan il-perjodu ta’ 10 snin, l-Istati Membri għandhom jevalwaw mill-ġdid kemm ikunu għadhom xierqa l-miżuri ta’ għajnuna kkonċernati.

    Il-benefiċjarju tat-tnaqqis tat-taxxa għandu jħallas għallinqas il-livell minimu Komunitarju tat-taxxa stabbilit minn dik id-Direttiva.

    KAPITOLU 3

    DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI U FINALI

    Artikolu 25

    Trasparenza u monitoraġġ

    1.   Mad-dħul fis-seħħ ta’ skema ta’ l-għajnuna jew l-allokazzjoni ta’ għajnuna ad hoc li tkun ġiet eżentata skond dan ir-Regolament, l-Istat Membru għandu jippreżenta sinteżi ta’ informazzjoni dwar dik il-miżura ta’ l-għajnuna lill-Kummissjoni. Din l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta fil-format elettroniku skond l-applikazzjoni stabbilita ta’ l-IT tal-Kummissjoni, fil-forma stabbilita fl-Anness I.

    Il-Kummissjoni għandha tirrikonoxxi li rċeviet is-sintezi msemmija hawn fuq mingħajr dewmien.

    Is-sinteżijiet ipprovduti mill-Istati Membri skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fuq il-websajt tal-Kummissjoni.

    2.   Mad-dħul fis-seħħ ta’ skema ta’ l-għajnuna, inkella l-għoti ta’ għajnuna ad hoc li tkun ġiet eżentata skond dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat gġandu jippubblika fuq l-internet it-test sħiħ ta’ din il-miżura ta’ għajnuna, u jindika l-kriterji u l-kundizzjonijiet li taħthom ingħatat din l-għajnuna u l-identità ta’ l-awtorità li tat l-għajnuna. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li t-test sħiħ tal-miżura ta’ l-għajnuna jkun aċċessibbli fuq l-internet sakem iddum is-seħħ il-miżura ta’ l-għajnuna kkonċernata. L-informazzjoni fil-qosor ipprovduta mill-Istat Membri kkonċernat skond il-paragrafu 1 għandha tispeċifika indirizz ta’ l-internet li jwassal direttament għat-test sħiħ tal-miżura ta’ l-għajnuna. L-indirizz ta’ l-internet għandu jkun inkluż ukoll fir-rapport annwali li jintbagħat skond il-paragrafu 4.

    3.   Fl-għoti ta’ għajnuna individwali eżentata skond dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna fil-forma ta’ miżuri fiskali, l-att dwar l-għoti ta’ l-għajnuna għandu jkun fih referenza espliċità għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dan ir-Regolament ikkonċernat minn dan l-att, għal-liġi nazzjonali li tassigurtà r-rispett tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament u għall-indirizz elettroniku msemmi fil-paragrafu 2.

    4.   Skond Kapitolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (17), l-Istati Membri għandhom jikkompilaw rapport f’forma elettronika dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ kull sena sħiħa jew kull parti tas-sena li matulha japplika dan ir-Regolament.

    5.   L-Istati Membri għandhom iżommu rekords dettaljati dwar kwalunkwe għajnuna ad hoc jew għajnuna individwali mogħtija taħt skema ta’ għajnuna eżentata skond dan ir-Regolament. Dawn ir-rekords għandhom ikollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi stabbilit li jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni dwar l-istatus ta’ kwalunkwe intrapriża li d-dritt tagħha għal għajnuna jew għal bonus jiddependi fuq l-istatus tagħha bħala SME, l-informazzjoni dwar l-effett ta’ inċentiv ta’ l-għajnuna u informazzjoni li tagħmilħa possibbli biex jiġi stabbilit l-ammont preċiż ta’ spejjeż eliġibbli għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    6.   Rekords dwar għajnuna individwali għandhom jinżammu għal 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna. Ir-rekords li jirrigwardaw skema ta’ għajnuna għandhom jinżammu għal 10 snin mid-data li fiha ngħatat l-aħħar għajnuna taħt dik l-iskema.

    7.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja regolarment il-miżuri ta’ għajnuna li tkun ġiet infurmata dwarhom skond paragrafu 1.

    8.   Fuq talba bil-miktub, l-Istat Membru konċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni fi żmien perjodu fiss stabbilit fit-talba, bl-informazzjoni kollha li l-Kummissjoni tqis neċessarja biex tissorvelja l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    Jekk dik l-informazzjoni ma tingħatax fi żmien dak il-perjodu jew perjodu miftiehem fuq bażi komuni, il-Kummissjoni għandha tibgħat tfakkira li tagħti data ta’ skadenza ġdida sa meta għandha tintbagħat l-informazzjoni. Jekk, minkejja dik it-tfakkira, l-Istat Membru konċernat ma jagħtix l-informazzjoni mitluba, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun tat lill-Istat Membru konċernat il-possibbiltà li jagħti l-opinjoni tiegħu, tadotta deċiżjoni li tgħid li l-miżuri ta’ għajnuna kollha individwali futuri adottati abbażi ta’ l-iskema jiġu notifikati lill-Kummissjoni.

    Artikolu 26

    Dispożizzjonijiet Tranżizzjonali

    1.   Notifiki pendenti fiż-żmien tad-dħul fi-seħħ ta’ dan ir-Regolament ikunu evalwati skond id-dispożizzjonijiet tiegħu. Fejn il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma jiġux sodisfatti, il-Kummissjoni għandha teżamina dawk in-notifikazzjonijiet pendenti taħt il-linji ta’ gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur tas-sajd.

    L-għajnuna notifikata qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew mogħtija qabel dik id-data fin-nuqqas ta’ xi awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni u bi ksur tar-rekwiżit tan-notifika skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni fil-kuntest ta’ l-Artikolu 87(3) tat-Trattat u għandha tiġi eżentata jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, minbarra r-rekwiżit li ssir referenza għar-Regolament u jissemma n-numru ta’ identifikazzjoni tal-Kummissjoni. Kwalunkwe għajnuna li ma tissodisfax dawk il-kundizzjonijiet għandha tiġi evalwata mill-Kummissjoni skond l-istrutturi, il-linji ta’ gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi rilevanti.

    2.   Skemi ta’ għajnuna eżenti taħt dan ir-Regolament għandhom jibqgħu eżenti għal perjodu ta’ aġġustament ta’ sitt xhur wara d-data stipulata fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 27.

    Artikolu 27

    Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan għandu jkun applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Lulju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Joe BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1.

    (2)  ĠU C 248, 23.10.2007, p. 13.

    (3)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1976/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 85).

    (4)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22, Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 1759/2006 (ĠU L 335, 1.12.2006, p. 3.).

    (5)  ĠU C 229, 14.9.2004, p. 5.

    (6)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

    (7)  ĠU L 120, 10.5.2007, p. 1.

    (8)  ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6.

    (9)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

    (10)  ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6.

    (11)  ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10.

    (12)  ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/75/KE (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 100).

    (13)  ĠU L 83, 27.3.1999, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

    (14)  ĠU L 291, 14.9.2004, p. 3. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 183M, 15.7.2006, p. 168.

    (15)  ĠU L …, … 2008, p. …

    (16)  ĠU L 193, 25.7.2007, p. 6.

    (17)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.


    ANNESS I

    Formola ta’ informazzjoni mqassra li trid tiġi pprovduta kull meta xi skema ta’ għajnuna eżentata minn dan ir-Regolament tiġi implimentata u kull meta xi għajnuna ad hoc eżentata minn dan ir-Regolament tingħata barra kwalunkwe skema ta’ għajnuna

    1.

    Stat Membru:

    2.

    Reġjun/Awtorità li tagħti l-għajnuna:

    3.

    Titlu ta’ l-iskema ta’ l-għajnuna/isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna ad hoc:

    4.

    Bażi ġuridika:

    5.

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont ta’ għajnuna ad hoc mogħtija lill-kumpanija:

    6.

    Intensità massima ta’ l-għajnuna:

    7.

    Data tad-dħul fis-seħħ:

    8.

    Tul ta’ l-iskema jew għotja ta’ l-għajnuna individwali (mhux aktar tard mill-30.6.2014); indika:

    taħt l-iskema: sa liema data tista’ tingħata l-għajnuna;

    fil-każ ta’ xi għajnuna ad hoc: id-data mistennija ta’ l-aħħar pagament li jrid jitħallas:

    9.

    Għan ta’ l-għajnuna:

    10.

    Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 jintuża:

    11.

    Attività kkonċernata:

    12.

    Isem u indirizz ta’ l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    13.

    Indirizz elettroniku fejn jista’ jinstab it-test kollu ta’ l-iskema jew il-kriterji u l-kondizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna ad hoc barra xi skema ta’ għajnuna:

    14.

    Motivazzjoni: Indika għaliex ġiet stabbilita skema ta’ għajnuna mill-Istat minflok għajnuna taħt il-Fond Ewropew tas-Sajd:


    ANNESS II

    Formola tar-Rapport Perjodiku li trid tiġi kkompletata u nnotifikata lill-Kummissjoni

    Għall-obbligi tar-rappurtar tagħhom lill-Kummissjoni taħt ir-regolamenti ta’ eżenzjoni tal-grupp adottati abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija hawn taħt li tikkonċerna l-miżuri ta’ għajnuna kollha koperti b’dan ir-Regolament, f’forma kompjuterizzata, fil-format ikkomunikat mill-Kummissjoni lill-Istati Membri.

    1.

    Stat Membru:

    2.

    Titlu:

    3.

    Numru ta’ l-għajnuna:

    4.

    Sena ta’ skadenza:

    5.

    Għan ta’ l-għajnuna:

    6.

    Għadd ta’ benefiċjarji:

    7.

    Kategorija ta’ għajnuna (eż. għotja diretta, self b’rata ta’ imgħax imnaqqsa, eċċ.):

    8.

    Nefqa totali annwali:

    9.

    Rimarki:


    Top