Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0672

Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 672/2008 tat- 8 ta’ Lulju 2008 li jadatta l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej

ĠU L 189, 17.7.2008, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/672/oj

17.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 189/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) Nru 672/2008

tat-8 ta’ Lulju 2008

li jadatta l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), b'mod partikolari l-Artikoli 63 u 64, l-Artikolu 65(2), l-Artikolu 82 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Annessi VII, XI u XIII tiegħu, kif ukoll l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 20, l-Artikolu 64 u l-Artikolu 92 tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ impjegati oħra,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi kien hemm żieda sinjifikanti fl-għoli tal-ħajja fil-Bulgarija, fl-Estonja, fil-Latvija, fil-Litwanja u fir-Rumanija matul il-perjodu bejn Ġunju u Diċembru 2007, u billi l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjoni ta’ l-uffiċjali u impjegati oħra għandhom għalhekk jiġu aġġustati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’effett mis-16 ta’ Novembru 2007, il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw, bis-saħħa ta’ l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal, għar-remunerazzjoni ta’ l-uffiċjali u impjegati oħra fil-pajjiżi imsemmija hawn taħt, huma stabbiliti kif ġej:

il-Bulgarija 69.7

il-Litwanja 77.4.

Artikolu 2

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2008, il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw, bis-saħħa ta’ l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal, għar-remunerazzjoni ta’ l-uffiċjali u impjegati oħra fil-pajjiżi imsemmija hawn taħt, huma stabbiliti kif ġej:

l-Estonja 83,6

il-Latvja 83,6

ir-Rumanija 78,8.

Artikolu 3

B’effett mill-ewwel jum tax-xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skond l-Artikolu 17(3) ta’ l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għal trasferimenti minn uffiċjali u impjegati oħra għandhom ikunu kif ġej:

il-Bulgarija 61.4

l-Estonja 80,8

il-Latvja 78,8

il-Litwanja 71,5

ir-Rumanija 72,9.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

C. LAGARDE


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 420/2008 (ĠU L 127, 15.5.2008, p. 1).


Top