EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0508
Commission Regulation (EC) No 508/2008 of 6 June 2008 on the definition, applicable to the granting of export refunds, of hulled grains and pearled grains of cereals (Codified version)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 508/2008 tas- 6 ta' Ġunju 2008 dwar id-definizzjoni, applikabli għall-għoti tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni, ta’ qmuħ taċ-ċereali bil-qoxra u qmuħ perlati taċ-ċereali (Verżjoni kodifikata)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 508/2008 tas- 6 ta' Ġunju 2008 dwar id-definizzjoni, applikabli għall-għoti tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni, ta’ qmuħ taċ-ċereali bil-qoxra u qmuħ perlati taċ-ċereali (Verżjoni kodifikata)
ĠU L 149, 7.6.2008, p. 55–58
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 27/12/2023; Imħassar b' 32023R2835
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31968R0821 | ||||
Repeal | 31971R1634 | ||||
Repeal | 32007R0039 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32023R2835 | 28/12/2023 |
7.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 149/55 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 508/2008
tas-6 ta' Ġunju 2008
dwar id-definizzjoni, applikabli għall-għoti tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni, ta’ qmuħ taċ-ċereali bil-qoxra u qmuħ perlati taċ-ċereali
(Verżjoni kodifikata)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;
Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u partikolarment l-Artikolu 170, l-ewwel paragrafu, tiegħu flimkien ma' l-Artikolu 4 tiegħu;
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 821/68 tat-28 ta’ Ġunju 1968 dwar id-definizzjoni, applikabli għall-għoti tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni, ta’ qmuħ taċ-ċereali bil-qoxra u qmuħ perlati taċ-ċereali (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
Ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għandha tikkunsidra l-kwalità tal-prodott ipproċessat miċ-ċereali li jikkwalifika dwarha, biex ma jkunx il-każ li l-fondi pubbliċi jikkontribwixxu għall-esportazzjoni ta’ merkanzija ta’ kwalità inferjuri. Huwa għalhekk meħtieġ li tkun stabbilita definizzjoni preċiża, applikabbli f’kull Stat Membru, ta’ qmuħ taċ-ċereali li jikkwalifikaw għal rifużjoni fuq “qmuħ mingħajr qoxra” u “qmuħ perlati”. |
(3) |
Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN ID-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ qmuħ perlati u qmuħ mingħajr qoxra taċ-ċereali, għandu jkun dwar dawk li jkollhom il-karatteristiċi elenkati fl-Anness I.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KEE) Nru 821/68 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 6 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 361/2008 (ĠU L 121, 7.5.2008, p. 1).
(2) ĠU L 149, 29.6.1968, p. 46. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 39/2007 (ĠU L 11, 18.1.2007, p. 11).
(3) Ara l-Anness II.
ANNESS I
A. DEFINIZZJONI TA’ “QMUĦ MINGĦAJR QOXRA” (MAĦRUĠA MILL-QOXRA JEW MIL-FOSDQA) U “QMUĦ PERLATI”
I. “Qmuħ mingħajr qoxra” tinkludi il-qmuħ maħruġa mill-qoxra jew il-fosdqa:
1. |
Qmuħ maħruġa mill-qoxra: huma qmuħ taċ-ċereali bil-perikarpa mneħħija jew qmuħ taċ-ċereali kif midrusa (ara n-noti esplanatorji tat-tariffa ta' l-intestatura Nru 10.03: qmuħ) bl-iskaldi mneħħija li jeħlu mal-perikarpa (bħal per eżempju max-xgħir bix-xniexel) jew li jkopru l-qmuħ hekk sewwa li l-iskaldi ma jkunux jistgħu jitneħħew bid-dris, eċċ., (bħal fil-każ tal ħafur). |
2. |
Qmuħ maħruġa mill-fosdqa: huma qmuħ (bħal fil-każ ta’ xgħir, bl-iskaldi mneħħija) li jkollhom il-part l-kbira tal perikarpa jew tat-tegument (ir-ras) imneħħija. |
II. “Qmuħ perlati” jinkludu:
1. |
Qmuħ tal-prima klassi:
|
2. |
Qmuħ tat-tieni klassi: qmuħ li jikkorrespondu mad-definizzjoni taħt II(1)(a). |
B. L-ANALIŻI TA’ L-GĦARBIEL
I. Apparat:
1. |
Sett ta’ għeriebel bit-toqba tonda (dijametru 200 mm, dijametru tat-toqob 4 70 sa 1 79 mm, f’intervalli ta’ 0,725 mm); |
2. |
Apparat ta’ l-għarbiel — għandhom ikunu mgħarbla bl-idejn; għajnuniet għall-għarbiel (dadi tal-lastiku ta’ 20 mm fid-daqs); |
3. |
Miżien tal-preċiżjoni. |
II. Metodu
Normalment ix-xgħir ipperlat ikun mgħoddi minn sitt għeriebel differenti; is-sett ta’ l-għeriebel ikun magħluq fin-naħa ta’ fuq u fin-naħa ta’ isfel, b’għarbiel bit-toqob l-aktar kbar imqiegħed fin-naħa ta’ fuq; l-għeriebel ta’ fuq nett u ta’ isfel nett għandhom ikunu vota wara li jkunu magħrbla.
Żewġ kampjuni tax-xgħir ipperlat ta’ piż miżgħun ta’ bejn 50 u 100 gramma huma magħrbla bl-idejn għal mill-anqas ħames minuti, bl-għajnuna ta’ dadi tal-lastiku.
L-imgħarbel jikkonsisti billi jittieħed sett ta’-għeriebel bl-idejn u jkunu mċaqilqa, pjuttost orizzontalment, 120 darba kull minuta, kull ċaqlieqa tivvjaġġa madwar 70 mm. Dan il-moviment l’hinn u l’hawn huwa interrot kull minuta b’moviment tripplu ċirkolari. Il-fdalijiet mill-għarbiel huma miżuna lejn l-eqreb 0 71 g u espresi bħala persentaġġ tal-prodott mgħarbel li għandu jkun miżun lejn l-eqreb numru sħiħ, u l-medja kkalkolata.
Il-medja tal-persentaġġi tar-residwi mgħarbla għandha tkun miżjudha progressivament, tibda bil-valur 0 % fir-rigward tar-residwu mill-għarbiel vojt bit-toqob l-aktar kbar. Il-persentaġġi magħduda (%) u fil-qisien tat-toqob fl-għeriebel korresspondenti huma mpinġija fl-assi kkordinati fuq karta millimetrika, il- (%) fl-ordinati u d-dijametri tat-toqob, fi mm, fil abscissae.
Il-valur medjan (dm) huwa l-wisa’ tat-toqba espress f’mijjiet ta’ mm għall- (%) = 50, u jinqara mil-grafika akwistata billi jinġibdu linji dritti bejn il-punti.
(*) dm = il-valur tan-nofs miksub mill-grafika tar-risultati ta’ l-analiżi ta’ l-għarbiel fil-punt li fih 50 % tal-prodotti jkunu għaddew mill-għarbiel.
ANNESS II
Regolament imħassar flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tiegħu
Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 821/68 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1634/71 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 39/2007 |
ANNESS III
Tabella ta’ korrelazzjoni
Regolament (KEE) Nru 821/68 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
— |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Anness, Definizzjoni ta’ “qmuħ mingħajr qoxra” (maħruġa mill-qoxra jew mil-fosdqa) u “qmuħ perlati” |
Anness I(A) |
Anness, punt A |
Anness I(A)(I) |
Anness, punt B(I)(1) |
Anness I(A)(II)(1)(a) |
Anness, punt B(I)(2), l-ewwel paragrafu, punti (a), (b) u (ċ) |
Anness I(A)(II)(1)(b)(i), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż |
Anness, punt B(I)(2), it-tieni paragrafu |
Anness I(A)(II)(1)(b)(ii) |
Anness, punt B(I)(2), it-tielet paragrafu |
Nota (*) |
Anness, punt B(II) |
Anness I(A)(II)(2) |
Anness, L-analiżi ta’ l-għarbiel |
Anness I(B) |
Anness, Apparat, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż |
Anness I(B)(I)(1), (2) u (3) |
Anness, Metodu |
Anness I(B)(II) |
— |
Anness II |
— |
Anness III |