This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0470
Council Regulation (EC) No 470/2008 of 26 May 2008 amending Regulation (EC) No 1782/2003 as regards the transfer of tobacco aid to the Community Tobacco Fund for the years 2008 and 2009 and Regulation (EC) No 1234/2007 with regard to financing of the Community Tobacco Fund
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 470/2008 tas- 26 ta' Mejju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tat-trasferiment ta’ għajnuna tat-tabakk lill-Fond Komunitarju tat-Tabakk għas-snin 2008 u 2009 u r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward ta’ finanzjament tal-Fond Komunitarju tat-Tabakk
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 470/2008 tas- 26 ta' Mejju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tat-trasferiment ta’ għajnuna tat-tabakk lill-Fond Komunitarju tat-Tabakk għas-snin 2008 u 2009 u r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward ta’ finanzjament tal-Fond Komunitarju tat-Tabakk
ĠU L 140, 30.5.2008, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Impliċitament imħassar minn 32013R1308
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32003R1782 | Sostituzzjoni | artikolu 110 QD | 06/06/2008 | |
Modifies | 32007R1234 | Emenda | artikolu 104.2 | 06/06/2008 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32013R1308 | Revoka parzjali | |||
Implicitly repealed by | 32013R1308 | 01/01/2014 |
30.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 140/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 470/2008
tas-26 ta' Mejju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tat-trasferiment ta’ għajnuna tat-tabakk lill-Fond Komunitarju tat-Tabakk għas-snin 2008 u 2009 u r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward ta’ finanzjament tal-Fond Komunitarju tat-Tabakk
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 37(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummisjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 110 j tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (2) tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda ċerti Regolamenti għajnuna għat-tabakk tingħata lill-produtturi ta’ tabakk mhux irfinat għas-snin ta’ ħsad ta’ l-2006 sa l-2009. |
(2) |
L-Artikolu 104(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (3) jipprovdi għall-finanzjament tal-Fond Komunitarju tat-Tabakk permezz tat-trasferimenti ta’ ċerti ammonti ta’ għajnuna għat-tabakk għas-snin kalendarji 2006 u 2007 skond l-Artikolu 110 m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Il-Fond Komunitarju tat-Tabakk kien dejjem finanzjat minn trasferiment ta’ parti mill-għajnuniet għat-tabakk. Dan it-trasferiment rigward is-snin kalendarji 2006 u 2007 kien inizjalment propost meta l-introduzzjoni tas-settur tat-tabakk fl-iskema ta’ pagament uniku kellha tkun akkumpanjata minn għajnuna tranżitorja għat-tabakk li kellha titħallas fl-istess snin. Finalment ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 864/2004 (4) estenda l-għajnuna għat-tabakk sa l-2008 u l-2009 mingħajr ma estenda rispettivament il-finanzjamant tal-Fond Komunitarju tat-Tabakk bi tnaqqis ta’ l-għajnuna għat-tabakk. |
(3) |
L-azzjonijiet finanzjati mill-Fond Komunitarju tat-Tabakk taw prova li huma ta’ suċċess kbir kif ukoll li huma eżempju pożittiv ta’ koperazzjoni bejn politiki agrikoli u tas-saħħa. Sabiex jiġi żgurat li dawk l-azzjonijiet ikomplu filwaqt li nqisu li l-Fond kien dejjem finanzjat permezz ta’ trasferiment mill-għajnuna għat-tabakk, huwa meħtieġ li jiġi trasferit ammont ugwali għal 5 % ta’ l-għajnuna għat-tabakk mogħtija għas-snin kalendarji 2008 u 2009 lill-Fond Komunitarju tat-Tabakk. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 b’dan jinbidel kif ġej l-Artikolu 110 m għandu jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 110 m
Trasferiment lill-Fond Komunitarju tat-Tabakk
Ammont ugwali għal 4 % għas-sena kalendarja 2006 u għal 5 % għas-snin kalendarji 2007, 2008 u 2009 ta’ l-għajnuna mogħtija skond dan il-Kapitolu għandu jiffinanzja azzjonijiet informattivi taħt il-Fond Komunitarju tat-Tabakk pprovdut fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92.”.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 b’dan jinbidel kif ġej fl-Artikolu 104(2), il-punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:
“(b) |
għas-snin kalendarji 2006 sa 2009, skond l-Artikolu 110 m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.”. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. RUPEL
(1) Opinjoni ta' l-20 Mejju 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 293/2008 (ĠU L 90, 2.4.2008, p. 5).
(3) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 293/2008 (ĠU L 121, 7.5.2008, p. 1).
(4) ĠU L 161, 30.4.2004, p. 48.