Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0060

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2008 ta’ l- 24 ta’ Jannar 2008 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 327/98 f’dak li jirrigwarda t-tqassim f’subperjodi għas-sena 2008 ta’ kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni għar-ross mitħun u nofs mitħun.

    ĠU L 22, 25.1.2008, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/60/oj

    25.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 22/6


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 60/2008

    ta’ l-24 ta’ Jannar 2008

    li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 327/98 f’dak li jirrigwarda t-tqassim f’subperjodi għas-sena 2008 ta’ kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni għar-ross mitħun u nofs mitħun.

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross (2), u partikolarment l-Artikolu 13(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta’ fl-10 ta’ Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur (3) jipprovdi li l-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1 tiegħu għandhom jinqasmu f’subperjodi biex l-importazzjonijiet tar-ross jitqassmu matul is-sena kollha.

    (2)

    Minħabba taqtib li seħħ fl-2006 u l-2007 fil-fluss ta’ l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ross li joriġina mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika, b’riżultat tad-dehra fis-suq Amerikan ta’ ross ikkontaminat b’ross ġenetikament modifikat, imsejjaħ “LL RICE 601”, il-kwota ta’ 38 721 tunnellata ross mitħun jew nofs mitħun li joriġina f’dak il-pajjiż, parti mill-kwota komprensiva ta’ l-importazzjoni ta’ 63 000 tunnellata ross mitħun jew nofs mitħun ipprovduta bir-Regolament (KE) Nru 327/98, ma setgħetx tiġi utilizzata għal kollox fl-2007 għall-importazzjonijiet ta’ ross li joriġina mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

    (3)

    Minħabba li l-Istati Uniti ta’ l-Amerika huwa fornitur tradizzjonali ta’ ross għall-Komunità, jeħtieġ li, fl-iqsar żmien possibbli, il-fluss normali ta’ l-importazzjoni tar-ross minn dak il-pajjiż jitħalla jirkupra. Għal dan il-għan, jeħtieġ li għas-sena 2008 jinbidel it-tqassim f’subperjodi tal-kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni komprensiva għar-ross mitħun u nofs mitħun ta’ 63 000 tunnellata, permezz tal-proviżjoni ta’ subperjodu supplimentari fix-xahar ta’ Frar għall-kwota tar-ross li joriġina mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika, u fi ħdan din il-kwota, jeħtieġ li tiġi ttrasferita, mis-subperjodi ta’ April u Lulju 2008 għal dak ta’ Frar 2008, kwantità suffiċjenti biex jintlaħaq l-għan imsemmi hawn fuq, madankollu mingħajr taqlib la għas-suq Komunitarju u lanqas għall-importazzjonijiet minn pajjiżi ta’ oriġini differenti, u dan fil-limitu tal-kwantità totali annwali ta’ 38 721 tunnellata pprovduti għal din il-kwota.

    (4)

    Minħabba t-taqlib imsemmi fl-importazzjoni, ġara li xi liċenzji ta’ l-importazzjoni ma setgħux jintużaw fl-2007. Għaldaqstant jidher li ma jkunx f’loku li ma jitħallewx jintużaw fl-2008.

    (5)

    Jeħtieġ għalhekk li jkun hemm deroga mir-Regolament (KE) Nru 327/98 għas-sena 2008.

    (6)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni taċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Għas-sena 2008, il-kwantità ta’ 38 721 tunnellata ross mitħun jew nofs mitħun tal-kodiċi tan-NM 1006 30, koperta bil-kwota tħat in-numru tas-serje 09.4127, li toriġina mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika u li tidher fil-punt a) ta’ l-Anness IX għa-Regolament (KE) Nru 327/98, għandha titqassam skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

    2.   Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 327/98 maħruġa fl-2007 mill-pajjiżi terzi msemija fl-Artikolu msemmi, jistgħu jintużaw għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa għas-sena tal-kwota 2008.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Jannar 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

    (2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

    (3)  ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1538/2007 (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 49).


    ANNESS

    Tqassim f’subperjodi, għall-2008, tal-kwota tariffarja ta’ 63 000 tunnellata ross mitħun jew nofs mitħun provduta bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

    Pajjiż ta’ oriġini

    Kwantità f’tunnellati

    Numru tas-serje

    Subperjodi (kwantitajiet f’tunellati)

    Jannar

    Frar

    April

    Lulju

    Settembru

    Ottubru

    L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

    38 721

    09.4127

    9 681

    13 813

    10 151

    5 076

     

    It-Tajlandja

    21 455

    09.4128

    10 727

     

    5 364

    5 364

     

    L-Awstralja

    1 019

    09.4129

    0

     

    1 019

     

    Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

    1 805

    09.4130

    0

     

    1 805

     

    Il-pajjiżi kollha

     

    09.4138

     

     

     

     

     

     (1)

    Total

    63 000

    20 408

    13 813

    18 339

    10 440

     


    (1)  Il-bilanċ ta’ kwantitajiet li ma ntużawx fis-subperjodi preċedenti, pubblikati b’Regolament tal-Kummissjoni.

    Il-kwantitajiet mibdula għall-2008 ma jirrigwardawx ħlief l-oriġini mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika u t-totali skond is-subperjodi.


    Top