Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0058

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 58/2008 ta’ l- 24 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 712/2007 li jistabbilixxi sejħiet permanenti għal offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri

    ĠU L 22, 25.1.2008, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/58(1)/oj

    25.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 22/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 58/2008

    ta’ l-24 ta’ Jannar 2008

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 712/2007 li jistabbilixxi sejħiet permanenti għal offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 712/2007 (2) fetaħ sejħiet permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta' intervent ta' l-Istati Membri. L-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi jipprovdi li l-offerti mressqa mill-operaturi għandhom ikunu akkumpanjati minn garanzija ta’ EUR 10 kull tunnellata, b'deroga mill-Artikolu 13(4), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2131/93 tat-28 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi l-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-bejgħ taċ-ċereali li jkunu f’idejn l-aġenziji intermedjarji (3).

    (2)

    B'mod ġenerali, mill-bidu tas-sena tas-suq 2007/2008, il-prezzijiet taċ-ċereali fis-suq Komunitarju ġarrbu żieda liema bħalha. Madankollu, din iż-żieda mhix waħda konsistenti u ġew osservati varjazzjonijiet importanti ta’ dawn il-prezzijiet, b'mod li hemm qabżiet kbar, spiss sostanzjali ħafna, bejn il-prezzijiet riveduti 'l isfel fis-suq Komunitarju u bejn il-prezz li bih il-prodotti qed jinbigħu fil-qafas tas-sejħiet għall-ħruġ tal-ħażniet ta’ intervent. Fid-dawl ta’ dawn il-qabżiet, jirriżulta li l-lottijiet awtorizzati ma ġewx irtirati mill-operaturi benefiċjarji mis-sejħiet għall-offerti. Għaldaqstant, il-garanzija applikabbli ta’ EUR 10 għal kull tunnellata mhijiex biżżejjed biex tiggarantixxi l-irtirar ta’ dawn il-lottijiet. Bil-għan li tali sitwazzjoni tiġi evitata u għall-funzjonament effiċjenti tas-sejħa għall-offerti koperta mir-Regolament (KE) Nru 712/2007, jeħtieġ li din il-garanzija tiżdied.

    (3)

    Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 712/2007 jiġi emendat.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni taċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 712/2007 għandu jinbidel b'li ġej:

    “Artikolu 2

    Il-bejgħ imsemmi fl-Artikolu 1 isir skond il-kundizzjonijiet stipulati bir-Regolament (KEE) Nru 2131/93. Madankollu, b'deroga mit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 13(4) ta' l-istess Regolament, il-garanzija fuq l-offerta hija stabbilita għal EUR 25 kull tunnellata.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Jannar 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

    (2)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1227/2007 (ĠU L 277, 20.10.2007, p. 10).

    (3)  ĠU L 191, 31.7.1993, p. 76. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 367/2007 (ĠU L 91, 31.3.2007, p. 14).


    Top