This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0034
Commission Regulation (EC) No 34/2008 of 17 January 2008 fixing representative prices in the poultrymeat and egg sectors and for egg albumin, and amending Regulation (EC) No 1484/95
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 34/2008 tas- 17 ta’ Jannar 2008 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 34/2008 tas- 17 ta’ Jannar 2008 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95
ĠU L 15, 18.1.2008, pp. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 31995R1484 | Sostituzzjoni | anness 1 | 18/01/2008 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Implicitly repealed by | 32026R0524 | 01/04/2026 |
|
18.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 15/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 34/2008
tas-17 ta’ Jannar 2008
li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (2), u partikolarment l-Artikolu 5(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (3), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (4) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd. |
|
(2) |
Minn kontrolli regolari ta’ l-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skond l-oriġini. Jeħtieġ, għalhekk, li prezzijiet rappreżentattivi jiġu ppublikati. |
|
(3) |
Meta wieħed iqis s-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li tiġi applikata din l-emenda malajr kemm jista’ jkun. |
|
(4) |
Il-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd ma ħariġx opinjoni fiż-żmien stipulat mill-president tiegħu |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 huwa sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Jannar 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2771/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
(2) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).
(3) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 104. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 (ĠU L 305, 19.12.1995, p. 49)
(4) ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1468/2007 (ĠU L 329, 14.12.2007, p. 3).
ANNESS
għar-Regolament tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95
“ANNESS I
|
Kodici NM |
Deskrizzjoni tal-prodott |
Prezz rappreżentattiv (EUR/100 kg) |
Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3) (EUR/100 kg) |
Oriġini (1) |
|
0207 12 10 |
Karkassi tat-tiġieġ 70 %, iffriżati |
103,9 |
0 |
01 |
|
112,4 |
0 |
02 |
||
|
0207 12 90 |
Karkassi tat-tiġieġ 65 %, iffriżati |
110,0 |
2 |
01 |
|
102,3 |
5 |
02 |
||
|
131,6 |
0 |
03 |
||
|
0207 14 10 |
Qatgħat mingħajr għadam ta’ tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus (sriedak u tiġieġ), iffriżati |
228,3 |
22 |
01 |
|
260,3 |
12 |
02 |
||
|
326,6 |
0 |
03 |
||
|
0207 14 50 |
Isdra tat-tiġieġ, friżati |
322,0 |
0 |
01 |
|
283,9 |
0 |
02 |
||
|
0207 14 60 |
Koxxox tat-tiġieġ, iffriżati |
110,8 |
10 |
01 |
|
0207 14 70 |
Partijiet oħra tat-tiġieġ, iffriżati |
211,9 |
22 |
01 |
|
0207 25 10 |
Karkassi tad-dundjani 80 %, iffriżati |
151,3 |
3 |
01 |
|
0207 27 10 |
Qatgħat tad-dundjani, mingħajr għadam, iffriżati |
343,5 |
0 |
01 |
|
363,9 |
0 |
03 |
||
|
0408 11 80 |
Isfra mnixxfa tal-bajd |
318,9 |
0 |
02 |
|
0408 91 80 |
Bajd imnixxef bla qoxra |
374,2 |
0 |
02 |
|
1602 32 11 |
Preparazzjonijiet nejjin ta’ tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus (sriedak u tiġieġ) |
218,2 |
21 |
01 |
|
376,2 |
0 |
04 |
||
|
3502 11 90 |
Albumini mnixxfa tal-bajd |
475,4 |
0 |
02 |
(1) Oriġini ta' l-importazzjonijiet:
|
01 |
Il-Brażil |
|
02 |
L-Arġentina |
|
03 |
Iċ-Ċilì |
|
04 |
It-Tajlandja.” |