This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008L0119
Council Directive 2008/119/EC of 18 December 2008 laying down minimum standards for the protection of calves (Codified version)
Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat- 18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni ta’ l-għoġiela (Verżjoni kodifikata)
Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat- 18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni ta’ l-għoġiela (Verżjoni kodifikata)
ĠU L 10, 15.1.2009, p. 7–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 14/12/2019
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31991L0629 | ||||
Implicit repeal | 31997D0182 | 05/02/2009 | |||
Implicit repeal | 31997L0002 | 05/02/2009 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32008L0119R(01) | (NL) | |||
Corrected by | 32008L0119R(02) | (DE) | |||
Corrected by | 32008L0119R(03) | (SV) | |||
Modified by | 32017R0625 | Tħassir | artikolu 7 punt 2 | 14/12/2019 | |
Modified by | 32017R0625 | Tħassir | artikolu 9 | 14/12/2019 | |
Modified by | 32017R0625 | Sostituzzjoni | artikolu 7 punt 3 | 14/12/2019 | |
Modified by | 32017R0625 | Tħassir | artikolu 7 punt 1 | 14/12/2019 | |
Modified by | 32017R0625 | Sostituzzjoni | artikolu 2 punt 2 | 14/12/2019 |
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 10/7 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/119/KE
tat-18 ta’ Diċembru 2008
li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni ta’ l-għoġiela
(Verżjoni kodifikata)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/629/KEE tad-19 ta’ Novembru 1991 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni ta’ l-għoġiela (3) ġiet emendata diversi drabi b’mod sostanzjali (4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. |
(2) |
Il-maġġoranza ta’ l-Istati Membri rratifikaw il-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta’ l-annimali miżmuma għall-iskopijiet ta’ biedja. Il-Komunità approvat ukoll din il-Konvenzjoni, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 78/923/KEE (5). |
(3) |
L-għoġiela, li huma annimali ħajjin, huma inklużi fil-lista tal-prodotti stabbilita fl-Anness I tat-Trattat. |
(4) |
Iż-żamma ta’ l-għoġiela hija parti integrali ta’ l-agrikoltura. Tikkostitwixxi sors ta’ dħul għal parti mill-popolazzjoni agrikola. |
(5) |
Id-differenzi li jistgħu jkollhom l-effett ta' distorsjoni fuq il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni jfixklu l-operat inostakolat ta’ l-organizzazzjoni tas-suq komuni ta’ l-għoġiela u l-prodotti ta’ l-għoġiela. |
(6) |
Għalhekk hemm il-bżonn li jkunu stabbiliti standards minimi komuni għall-protezzjoni tat-trobbija ta’ l-għoġiela jew ta' għoġiela għas-simna sabiex ikun żgurat l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni. |
(7) |
Huwa rikonoxxut xjentifikament li l-għoġiela għandhom jibbenefikaw minn ambjent li jkun jikkorrispondi għall-bżonnijiet tagħhom bħala speċi li tgħix f’merħla. Għal dik ir-raġuni, dawn għandhom jitrabbew fi gruppi. L-għoġiela, kemm dawk li jgħixu fi gruppi kif ukoll dawk li jinżammu għalihom, għandu jkollhom spażju biżżejjed għall-eżerċizzju, għall-kuntatt ma’ bhejjem oħra, u għall-movimenti normali meta dawn ikunu bil-wieqfa jew mimdudin. |
(8) |
Hemm bżonn li s-servizzi uffiċjali, il-produtturi, il-konsumaturi u oħrajn jinżammu aġġornati bl-iżviluppi f’dan il-qasam. Il-Kummissjoni għandha għalhekk, fuq il-bażi ta’ opinjoni mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza ta’ l-Ikel, timxi lejn riċerka xjentifika attiva fis-sistema(i) ta' stock-farming l-iktar effiċjenti f'dak li jirrigwarda l-benessere ta' l-għoġiela. Għandu għalhekk jiġi provdut perijodu ta' żmien provviżorju sabiex il-Kummissjoni tingħata l-opportunita' tlesti dan l-inkarigu b’suċċess. |
(9) |
Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deciżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi konferiti fuq il-Kummissjoni (6). |
(10) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbililti fl-Anness II, Parti B, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Din id-Direttiva tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni ta’ l-għoġiela miżmuma għat-trobbija u għas-simna.
Artikolu 2
Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“għoġol” ifisser annimal ta’ l-ispeċi bovin li għandu sa sitt xhur; |
(2) |
“l-awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 2(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tikkonċerna l-ispezzjonijiet veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u ta’ prodotti bil-għan li jiġi kkompletat is-suq intern (7). |
Artikolu 3
1. Mill-1 ta' Jannar 1998, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-azjendi mibnijin ġodda jew mibnijin mill-ġdid u għall-dawk li jibdew jitħaddmu wara l-1 ta’ Jannar 1998:
(a) |
l-ebda għoġol m’għandu jinżamm f’maqjel għalih waħdu wara l-età ta’ tmien ġimgħat, sakemm il-veterinarju ma jkunx iċċertifika li s-saħħa jew l-imġiba tiegħu tkun tirrikjedi li jiġi iżolat biex jingħata l-kura. Kull maqjel individwali għal għoġol għandu jkun wiesa’ ta’ l-anqas daqs l-għoli ta’ l-għoġol sal-ħotba tas-sinsla, meta mkejjel bil-wieqfa, u għandu jkun twil ta’ l-anqas daqs it-tul tal-ġisem ta’ l-għoġol, imkejjel mit-tarf ta’ mnieħru sat-tarf tad-denb tat-tuber ischii (il-pin bone), immultiplikat b’1,1. Imqajel individwali għall-għoġiela (ħlief għal dawk fejn jiġu iżolati annimali morda) m’għandux ikollhom ħitan solidi, iżda ħitan imtaqqba li jkunu jippermettu lill-għoġiela li jkollhom kuntatt dirett bil-vista u bil-mess; |
(b) |
fil-każ ta’ l-għoġiela li jinżammu fi gruppi, l-ispazju mingħajr tfixkil li għandu jkollu kull għoġol għandu jkun ta’ l-anqas ekwivalenti għal 1,5 m2 għal kull għoġol b’piż ħaj ta’ anqas minn 150 kilogramm, ta’ l-anqas ekwivalenti għal 1,7 m2 għal kull għoġol b’piż ħaj ta’ 150 kilogramm jew aktar iżda anqas minn 220 kilogramm, u ta’ l-anqas ekwivalenti għal 1,8 m2 għal kull għoġol b’piż ħaj ta’ 220 kilogramm jew aktar. |
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ l-ewwel subparagrafu m’għandhomx japplikaw għal:
(a) |
azjendi b’anqas minn sitt għoġiela; |
(b) |
għoġiela miżmuma ma’ ommhom biex jerdgħu. |
2. Mill-31 ta’ Diċembru 2006, id-disposizzjonijiet previsti f’paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-azjendi kollha.
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet għat-trobbija ta’ l-għoġiela jimxu mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’Anness I.
Artikolu 5
Id-dispożizzjonijiet f’Anness I jistgħu jkunu emendati skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 10(2) sabiex jittiħed kont tal-progress xjentifiku.
Artikolu 6
Sa l-1 ta’ Jannar 2006, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill rapport, imħejji fuq il-bażi ta’ l-opinjoni mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza ta’ l-Ikel, dwar is-sistema(i) tal-biedja intensiva li jimxu mar-rekwiżiti għall-benessere ta’ l-għoġġiela mil-lat patoloġiku, żootekniku, fiżjoloġiku u ta’ l-imġiba, kif ukoll l-implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi tas-sistemi differenti, flimkien mal-proposti rilevanti tal-konklużjonijiet tar-rapport.
Il-Kunsill jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq dawn il-proposti mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jintbagħtu.
Artikolu 7
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet isiru taħt ir-responsabbiltà ta’ l-awtorità kompetenti sabiex jivverifikaw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu mħarsa.
Dawn l-ispezzjonijiet, li jistgħu jsiru fl-okkażjoni ta’ l-ispezzjonijiet għal skopijiet oħra, għandhom kull sena jkopru kampjun statistikament rappreżentattiv tas-sistemi differenti tal-biedja użati f’kull Stat Membru.
2. Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 10(2), tħejji kodiċi tar-regoli li għandhom ikunu applikati meta jsiru l-ispezzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
3. Kull sentejn, sa l-aħħar ġurnata xogħol ta’ April u għall-ewwel darba sat-30 ta’April 1996, l-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet li saru matul is-sentejn ta’ qabel skond dan l-Artikolu, inklużi n-numri ta’ l-ispezzjonijiet li saru rigward in-numru ta’ ażjendi fit-territorju tagħhom.
Artikolu 8
Sabiex ikunu importati fil-Komunità, l-annimali li ġejjin minn pajjiż terz jridu jkunu akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti, li jiċċertifika li rċevew trattament mill-inqas ekwivalenti għal dak mogħti lill-annimali li ġejjin mill-Komunità kif previst f’din id-Direttiva.
Artikolu 9
Esperti veterinari mill-Kummissjoni jistgħu, fejn neċessarju għall-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, iwettqu spezzjonijiet fuq il-post bil-koperazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti. Il-persuni li jwettqu dawn l-ispezzjonijiet għandhom jimplimentaw il-miżuri personali speċjali ta’ l-iġjene neċessarji sabiex jeskludu kull riskju li jinfirex il-mard.
L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun qed issir spezzjoni għandu jagħti l-assistenza kollha neċessarja lill-esperti sabiex iwettqu dmirijiethom. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istati Membru konċerant bir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet.
L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat għandha tieħu l-miżuri kollha li jistgħu jkunu neċessarji sabiex jikkunsidraw ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet.
Rigward ir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi, għandhom japplikaw d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi il-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' spezzjonijiet veterinarji fuq annimali deħlin fil-Komunita' minn pajjiżi terzi (8).
Ir-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 10(2).
Artikolu 10
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti tal-Katina ta l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit skond l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (9).
2. Meta jsir riferiment għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perijodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.
Artikolu 11
L-Istati Membri jistgħu, konformement mar-regoli ġenerali tat-Trattat, iżommu jew japplikaw ġewwa t-territorji tagħhom dispożizzjonijiet aktar stretti għall-protezzjoni ta’ l-għoġiela minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva. Huma għandhom javżaw lill-Kummissjoni b’tali miżuri.
Artikolu 12
Id-Direttiva 91/629/KEE, kif emendata mill-Atti elenkati fl-Anness II, Parti A, hi mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 13
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 14
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
(1) Opinjoni tal-11 ta' Diċembru 2007 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 324, 30.12.2006, p. 26.
(3) ĠU L 340, 11.12.1991, p. 28.
(4) Ara l-Anness II, Parti A.
(5) ĠU L 323, 17.11.1978, p. 12.
(6) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(7) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(8) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.
ANNESS I
1. |
Il-materjal użat għall-bini ta’ l-akkomodazzjoni ta’ l-għoġiela u partikolarment il-kaxxi u t-tagħmir li miegħu jistgħu jkollhom kuntatt l-għoġiela m’għandux jagħmel ħsara lill-għoġiela u għandu jkun kapaċi jitnaddaf u jiġi disinfettat. |
2. |
Sakemm jiġu stabbiliti regoli tal-Komunità fuq din il-kwistjoni, iċ-ċirkwiti elettriċi u t-tagħmir għandu ikun istallat skond ir-regoli nazzjonali viġenti biex jiġu evitati xokkijiet elettriċi. |
3. |
Insulazzjoni, tisħin u ventilazzjoni tal-bini għandhom jiżguraw li ċ-ċirkolazzjoni ta’ l-arja, il-livell tat-trab, it-temperatura, l-umdita’ relattiva ta’ l-arja u l-konċentrazzjonijiet tal-gass jinżammu fil-limiti li ma jagħmlux ħsara lill-għoġiela. |
4. |
It-tagħmir kollu awtomatiku jew mekkaniku li hu meħtieġ għas-saħħa ta’ l-għoġiela għandu jkun spezzjonat mill-inqas darba kuljum. Fejn jinstabu difetti, dawn għandhom jiġu rranġati minnufih jew, jekk dan ma jkunx possibbli, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex tiġi mħarsa s-saħħa ta’ l-għoġiela sakemm id-difett jiġi irranġat, l-aktar bl-użu ta’ metodi alternattivi ta’ għalf u li jinżamm ambjent sodisfaċenti. Fejn sistema artifiċjali ta’ ventilazzjoni hija użata, għandha tiġi provduta sistema supplimentari adegwata sabiex tiggarantixxi li l-arja tinbidel biżżejjed biex tippriserva s-saħħa u l-benessere ta’ l-għoġiela fil-każ li ma taħdimx is-sistema prinċipali u għandha tiġi provduta sistema ta’ alarm biex tavża lil dak li jżomm l-għoġiela bil-ħsara. Is-sistema ta’ l-alarm trid tkun eżaminata regolarment. |
5. |
L-għoġiela ma għandhomx jinżammu fid-dlam b'mod permanenti. Biex jitħarsu l-bżonnijiet ta’ l-imġiba u fisjoloġika tagħhom, trid issir dispożizzjoni li tippermetti għall-kondizzjonijiet differenti ta’ klima fl-Istati Membri, għal dawl xieraq naturali jew artifiċjali; fil-każ ta' dan ta’ l-aħħar, irid jaħdem għal perjodu ta’ mill-inqas għall-perijodu tad-dawl naturali normalment disponibbli bejn id-9 a.m. u l-5 p.m. Barra minn hekk, irid ikun disponibbli dawl xieraq (imwaħħal jew jista’ jinġarr) b’saħħtu biżżejjed biex jippermetti li l-għoġiela jkunu spezzjonati f’kull ħin. |
6. |
L-għoġiela li jinżammu ġewwa għandhom jiġu spezzjonati mis-sid jew mill-persuna responsabbli għall-annimali ta’ l-anqas darbtejn kull jum u l-għoġiela li jinżammu barra ta’ l-anqas darba kull jum; Kull għoġol li jkun jidher marid jew korrut għandu jiġi kurat kif imiss mingħajr dewmien u għandu jinkiseb il-parir veterinarju kemm jista’ jkun malajr għal kull għoġol li ma jkunx jirrispondi għall-kura ta’ dak li jkun irabbih. Fejn meħtieġ, l-għoġiela morda jew korruti għandhom jiġu iżolati f’akkommodazzjoni adegwata b’post fejn jimteddu li jkun niexef u komdu. |
7. |
L-akkommodazzjoni għall-għoġġiela għandha tkun mibnija b’tali mod li tkun tippermetti li kull għoġol ikun jista’ jimtedd, jistrieħ, iqum bil-wieqfa u jnaddaf lilu nnifsu mingħajr diffikultà. |
8. |
L-għoġiela m’għandhomx jintrabtu bl-eċċezzjoni ta’ l-għoġġiela li jinżammu fi gruppi li jistgħu jintrabtu għal perjodi ta’ mhux aktar minn siegħa waqt li jinsqew il-ħalib jew is-sostitut tal-ħalib. Meta jintuża l-irbit, dan m’għandux ikorri lill-għoġiela u għandu jiġi spezzjonat regolarment u aġġustat skond kif meħtieġ biex jiġi żgurat li ma jkunx issikkat. Kull irbit għandu jkun magħmul biex jevita r-riskju ta’ strangolazzjoni jew korriment u jkun jippermetti li l-għoġol jiċċaqlaq skond il-punt 7. |
9. |
Akkomodazzjoni, maqjel, tagħmir u għodda użati għall-għoġiela jridu jitnaddfu u jkunu disinfettati sew biex ikunu evitati infezzjonijiet minn wieħed għall-ieħor u ż-żieda ta’ l-organiżmi li jġorru l-mard. Ħmieġ, urina u ikel mhux mittiekel jew maqlub irid jitneħħa kull meta hemm bżonn biex titnaqqas ir-riħa u jkun evitat li jiġbdu l-attenzjoni tad-dubbien u l-gerriema. |
10. |
L-art trid tkun lixxa imma mhux tiżloq biex ikun evitat l-korriment ta’ l-għoġiela u ddisinjata biex ma tkorrix jew tikkawża sofferenza lill-għoġġiela weqfin jew li jimteddu fuqha. Għandha tkun adattata għad-daqs u t-toqol ta’ l-għoġiela u tifforma wiċċ riġidu, indaqs u stabbli. In-naħa fejn jimteddu trid tkun komda, nadifa, u jitneħħa l-ilma b’mod adegwat u ma tridx taffettwa ħażin lill-għoġiela. Sodod xierqa jridu jkunu provduti għall-għoġiela kollha li għandhom inqas minn ħmistax. |
11. |
L-għoġiela kollha għandhom jiġu provduti b’dieta tajba li tkun addattata għall-età, il-piż u l-ħtiġiet tagħhom f’dak li huwa komportament u fiżjoloġija, biex jikbru b’saħħithom u kkurati kif imiss. Għal dan il-għan, l-ikel tagħhom għandu jkun fih ħadid biżżejjed biex jiġi żgurat li l-livell medju ta’ l-emoglobina fid-demm ikun ta’ l-anqas ta’ 4,5 mmol/litru u r-razzjon minimu ta’ l-ikel fibruż ta’ kull jum għandu jiġi provdut għal kull għoġol li jkollu aktar minn ġimgħatejn, filwaqt li l-kwantità tiegħu tiżdied minn 50 g għall-250 g kull jum fil-każ ta’ l-għoġġiela ta’ minn tmienja sa 20 ġimgħa. L-għoġiela m’għandux ikollhom sarima. |
12. |
L-għoġiela kollha jridu jitgħallfu għall-inqas darbtejn kuljum. Fejn l-għoġiela jinżammu fi gruppi u mhux mgħalfa ad libitum, jew b’sistema awtomatika ta’ għalf, kull għoġol irid ikollu aċċess għall-ikel fl-istess ħin bħall-oħrajn tal-grupp. |
13. |
L-għoġiela kollha li għandhom iktar minn ħmistax irid ikollhom aċċess għal kwantità suffiċjenti ta’ ilma frisk jew ikunu jistgħu jaqtgħu l-għatx tagħhom billi jixorbu likwidu oħra. Iżda, f’kondizzjonijiet ta’ temp sħun jew fil-każ ta’ l-għoġiela li jkunu morda, l-ilma tax-xorb għandu jkun disponibbli l-ħin kollu. |
14. |
It-tagħmir ta’ l-għalf u ta’ l-ilma jrid ikun iddisinjat, mibni, impoġġi u miżmum sabiex il-kontaminazzjoni ta’ l-għalf u l-ilma ta’ l-għoġiela jitnaqqas kemm jista’. |
15. |
Kull għoġol għandu jirċievi kolostrum bovin kemm jista’ jkun malajr malli jitwieled u f’kull każ fl-ewwel sitt sigħat tal-ħajja. |
ANNESS II
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tagħha
(imsemmi fl-Artikolu 12)
Direttiva tal-Kunsill 91/629/KEE |
|
Direttiva tal-Kunsill 97/2/KE |
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/182/KE |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003 |
Anness III, punt 25 biss |
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmi fl-Artikolu 12)
Direttivi |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
91/629/KEE |
1 ta’ Jannar 1994 |
97/2/KE |
31 ta’ Diċembru 1997 |
ANNESS III
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Direttiva 91/629/KEE |
Din id-Direttiva |
Artikoli 1 u 2 |
Artikoli 1 u 2 |
Artikolu 3(1) |
— |
Artikolu 3(2) |
— |
Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, kliem introduttorju |
Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu, kliem introduttorju |
Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 3(3), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(4) |
— |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 4 |
Artikoli 5 sa 10 |
Artikoli 5 sa 10 |
Artikolu 11(1) |
— |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 11 |
— |
Artikolu 12 |
— |
Artikolu 13 |
Artikolu 12 |
Artikolu 14 |
Anness |
Anness I |
— |
Anness II |
— |
Anness III |