Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008H0118

    Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat- 12 ta’ Frar 2008 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (id-Disa’ EDF) għas-sena finanzjarja 2006

    ĠU L 41, 15.2.2008, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2008/118/oj

    15.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 41/24


    RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

    tat-12 ta’ Frar 2008

    dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (id-Disa’ EDF) għas-sena finanzjarja 2006

    (2008/118/KE)

    IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1) u emendat fil-Lussemburgu (il-Gran Dukat ta’ Lussemburgu) fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2),

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta’ l-għajnuna Komunitarja taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE (3) li jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, id-Disa’ Fond Ewropew għall-Żvilupp (id-Disa’ EDF), u partikolarment l-Artikolu 32(3) ta’ dak il-Ftehim,

    Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-9 Fond Ewropew għall-Żvilupp (4), u partikolarment l-Artikoli 96 sa 103 tiegħu,

    Wara li eżamina l-kont tad-dħul u ta’ l-infiq u l-balance sheet relatati ma’ l-operazzjonijiet tad-Disa’ EDF kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 2006 u r-rapport tal-Qorti ta’ l-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2006 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (5),

    Billi:

    (1)

    Skond l-Artikolu 32(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tad-Disa’ EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

    (2)

    L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni ta’ l-operazzjonijiet tad-Disa’ EDF matul is-sena finanzjarja 2006 kienet sodisfaċenti,

    B’DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-operazzjonijiet tad-Disa’ EDF għas-sena finanzjarja 2006.

    Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Frar 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. BAJUK


    (1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

    (2)  ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.

    (3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

    (4)  ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

    (5)  ĠU C 259, 31.10.2007, p. 1.


    Top