Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D1065

    Deċiżjoni Nru 1065/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Ottubru 2008 li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/368/KEE dwar it-tqabbil tal-kwalifiki tat-taħriġ professjonali bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea

    ĠU L 288, 30.10.2008, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/1065/oj

    30.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 288/4


    DEĊIŻJONI Nru 1065/2008/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tat-22 ta' Ottubru 2008

    li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/368/KEE dwar it-tqabbil tal-kwalifiki tat-taħriġ professjonali bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 150(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

    Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

    Billi:

    (1)

    Il-politika Komunitarja dwar regolamentazzjoni aħjar tisħaq fuq l-importanza tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u Komunitarja bħala element kruċjali fit-titjib tal-kompetittività ta’ l-impriżi u għall-ksib ta’ l-għanijiet ta’ l-Aġenda ta’ Liżbona.

    (2)

    L-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/368/KEE (3) ma kinitx effettiva fil-ksib tat-tqabbil tal-kwalifiki professjonali għall-benefiċċju tal-ħaddiema li qed ifittxu impjieg fi Stat Membru ieħor.

    (3)

    Il-metodi u l-approċċ użati għad-deskrizzjoni u t-tqabbil tal-kwalifiki stipulati fid-Deċiżjoni 85/368/KEE huma differenti minn dawk applikati bħalissa fis-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ.

    (4)

    Id-Deċiżjoni 85/368/KEE ġiet issuperata bl-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Parlament u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar it-twaqqif ta’ Qafas Ewropew għall-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (4).

    (5)

    Id-Deċiżjoni 85/368/KEE għandha għalhekk titħassar,

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 85/368/KEE għandha titħassar.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Strasburgu, 22 ta’ Ottubru 2008.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    H.-G. PÖTTERING

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.-P. JOUYET


    (1)  ĠU C 162, 25.6.2008, p. 90.

    (2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-20 ta’ Mejju 2008 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Settembru 2008.

    (3)  ĠU L 199, 31.7.1985, p. 56.

    (4)  ĠU C 111, 6.5.2008, p. 1.


    Top