This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0890
Council Decision of 27 November 2008 implementing Joint Action 2007/749/CFSP on the European Union Police Mission (EUPM) in Bosnia and Herzegovina (BiH)
Deċizjoni tal-Kunsill tas- 27 ta' Novembru 2008 li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2007/749/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina
Deċizjoni tal-Kunsill tas- 27 ta' Novembru 2008 li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2007/749/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina
ĠU L 318, 28.11.2008, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implementation | 32007E0749 |
28.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 318/14 |
DEĊIZJONI TAL-KUNSILL
tas-27 ta' Novembru 2008
li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2007/749/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina
(2008/890/PESK)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/749/PESK tad-19 ta’ Novembru 2007 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha, flimkien mat-tielet inċiż tal-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fid-19 ta’ Novembru 2007, il-Kunsill addotta l-Azzjoni Konġunta 2007/749/PESK, li tipprevedi li l-EUPM għandha tinżamm sal-31 ta’ Diċembru 2009. Il-baġits għall-2008 u l-2009 għandhom jiġu deċiżi fuq bażi annwali. |
(2) |
Il-mandat tal-EUPM ser ikun eżegwit fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tmur għall-agħar u li tista’ tkun ta’ ħsara għall-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni kif stabbilit fl-Artikolu 11 tat-Trattat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja li għandu jkopri l-ispejjeż marbutin mal-implimentazzjoni tal-Azzjoni Konġunta 2007/749/PESK għandu jkun ta’ EUR 12 400 000 għall-2009.
2. Il-ġestjoni tal-ispejjeż finanzjarji għall-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha ssir skond il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2008.
Ghall-Kunsill
Il-President
M. ALLIOT-MARIE
(1) ĠU L 303, 21.11.2007, p. 40.