This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0825
2008/825/EC: Commission Decision of 23 October 2008 amending Decision 2006/241/EC as regards the import of certain species of snails for human consumption from Madagascar (notified under document number C(2008) 6083) (Text with EEA relevance)
2008/825/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ Ottubru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/241/KE dwar l-importazzjoni ta’ ċerti speċijiet ta’ bebbux għall-konsum mill-bniedem mill-Madagaskar (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6083) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2008/825/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ Ottubru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/241/KE dwar l-importazzjoni ta’ ċerti speċijiet ta’ bebbux għall-konsum mill-bniedem mill-Madagaskar (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6083) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 290, 31.10.2008, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 04/07/2011; Impliċitament imħassar minn 32011D0395
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32006D0241 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | DATEFF | |
Modifies | 32006D0241 | Żieda | artikolu 1 BI | DATEFF |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32011D0395 |
31.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 290/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta’ Ottubru 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2006/241/KE dwar l-importazzjoni ta’ ċerti speċijiet ta’ bebbux għall-konsum mill-bniedem mill-Madagaskar
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6083)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/825/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/241/KE tal-24 ta’ Marzu 2006 dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar (2) tipprojbixxi importazzjonijiet ta’ prodotti annimali, għajr għall-prodotti tas-sajd, li joriġinaw mill-Madagaskar. |
(2) |
Twettqet spezzjoni tal-Komunità fil-Madagaskar f’Marzu 2007 sabiex jiġu vvalutati l-kontrolli tas-saħħa pubblika u l-kondizzjonijiet għall-produzzjoni tal-prodotti tas-sajd f’dan il-pajjiż terz. Ir-riżultati ta’ din l-ispezzjoni u t-tagħrif sussegwenti li ntbagħat mill-Madagaskar juru li l-garanziji xierqa huma pprovduti minn dan il-pajjiż biex jitħallew ukoll importazzjonijiet minnu lejn il-Komunità ta’ ċerti speċijiet ta’ bebbux għall-konsum mill-bniedem. |
(3) |
Id-Deċiżjoni 2006/241/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2006/241/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 1 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-prodotti li ġejjin mill-annimali, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd u l-bebbux, li joriġinaw fil-Madagaskar.” |
(2) |
Jiddaħħal l-Artikolu 1a li jmiss: “Artikolu 1a Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni ‘bebbux’ tfisser gastropodi tal-art imkessħin, iffriżati, imsajrin, ippreparati jew ippreżervati tal-ispeċijiet Helix pomatia Linné, Helix aspersa Muller, Helix lucorum u tal-ispeċijiet tal-familja Achatinidae.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 88, 25.3.2006, p. 63.