Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0226

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EU SSR GUINEA-BISSAU/1/2008 ta' 5 ta’ Marzu 2008 dwar il-ħatra tal-Kap ta' Missjoni tal-Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea b'appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea-Bissaw, EU SSR GUINEA-BISSAU

    ĠU L 73, 15.3.2008, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2010; Imħassar b' 32010D0334

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/226/oj

    15.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 73/34


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EU SSR GUINEA-BISSAU/1/2008

    ta' 5 ta’ Marzu 2008

    dwar il-ħatra tal-Kap ta' Missjoni tal-Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea b'appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea-Bissaw, EU SSR GUINEA-BISSAU

    (2008/226/PESK)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 25 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/112/PESK tat-12 ta’ Frar 2008 dwar il-missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea b'appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea-Bissaw, (EU SSR GINEA BISSAW) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skond l-Artikolu 8(2) ta' l-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK*, il-KPS hu awtorizzat, skond l-Artikolu 25 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-eżerċizzju tal-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta' EUSSR GUINEA-BISSAU, inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap ta' Missjoni.

    (2)

    Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona l-ħatra tas-Sur Juan Esteban Verastegui bħala l-Kap ta' EU SSR GUINEA-BISSAU.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Is-Sur Juan Esteban Verastegui huwa b'dan maħtur Kap ta' Missjoni tal-missjoni ta' l-Unjoni Ewropea b'appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea-Bissaw, EU SSR GUINEA-BISSAU.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

    Hija għandha tapplika sakemm l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/112/PESK tiskadi.

    Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Marzu 2008

    Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

    Il-President

    M. IPAVIC


    (1)  ĠU L 40, 14.2.2008, p. 11.


    Top