Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0152

    2008/152/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Frar 2008 li taħtar membru u żewġ membri supplenti Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 48, 22.2.2008, p. 64–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/152/oj

    22.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 48/64


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-18 ta’ Frar 2008

    li taħtar membru u żewġ membri supplenti Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni

    (2008/152/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

    Billi:

    (1)

    Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

    (2)

    Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur GALLEGO CUESTA sar vakanti post ta’ membru. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur MARTÍN MALLÉN u s-Sur SUÁREZ RODRÍGUEZ saru vakanti żewġ postijiet ta’ membri supplenti,

    IDDEĊIEDA:

    Artikolu 1

    Huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

    (a)

    bħala membru:

    is-Sur Pedro CASTRO VÁZQUEZ, Alcalde de Getafe (Madrid)

    u

    (b)

    bħala membri supplenti:

    is-Sinjura Esther MONTERRUBIO VILLAR, Comisionada para las Relaciones Exteriores del Gobierno de Aragón, Comunidad Autónoma de Aragón,

    is-Sur Francisco DE LA TORRE PRADOS, Alcalde de Málaga.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Frar 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    I. JARC


    (1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


    Top