Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0030

    2008/30/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Diċembru 2007 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

    ĠU L 6, 10.1.2008, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/30(1)/oj

    10.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 6/9


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tat-18 ta' Diċembru 2007

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

    (2008/30/KE)

    Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punt 28 tagħha,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, (2),

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni.,

    Wara li kkunsidra l-Konċiljazzjoni Baġitarja tat-13 ta' Lulju 2007,

    Billi:

    (1)

    L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-“Fond”) biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jsofru mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fil-kummerċ globali u biex jgħinuhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol.

    (2)

    Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 jinkludi d-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond jista' jiġi mmobilizzat.

    (4)

    Il-Ġermanja u l-Finlandja ppreżentaw l-applikazzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, minħabba żewġ każijiet ta' tkeċċijiet ta' ħaddiema fis-settur tat-telefonija ċellulari: BenQ fil-Ġermanja u Perlos Oyj fil-Finlandja,

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jkun immobilizzat għal ammont totali ta' EUR 14 794 688.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    H.-G. PÖTTERING

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. LOBO ANTUNES


    (1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    (2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


    Top