This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1575
Commission Regulation (EC) No 1575/2007 of 21 December 2007 fixing the standard values to be used in calculating the financial compensation and the advance pertaining thereto in respect of fishery products withdrawn from the market during the 2008 fishing year
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1575/2007 tal- 21 ta' Diċembru 2007 li jiffissa l-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u l-ħlas bil-quddiem li għandu x’jaqsam miegħu fir-rigward tal-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq tul is-sena tas-sajd 2008
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1575/2007 tal- 21 ta' Diċembru 2007 li jiffissa l-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u l-ħlas bil-quddiem li għandu x’jaqsam miegħu fir-rigward tal-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq tul is-sena tas-sajd 2008
ĠU L 340, 22.12.2007, p. 86–88
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008
22.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 340/86 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1575/2007
tal-21 ta' Diċembru 2007
li jiffissa l-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u l-ħlas bil-quddiem li għandu x’jaqsam miegħu fir-rigward tal-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq tul is-sena tas-sajd 2008
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(5) u (8) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi biex jitħallas kumpens finanzjarju lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi li jirtiraw taħt ċerti kondizzjonijiet, il-prodotti elenkati fl-Anness I(A) u (B) ta’ dak ir-Regolament. L-ammont ta’ kumpens finanzjarju bħal dan għandu jkun imnaqqas bil-valuri standard fil-każ tal-prodotti maħsuba għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2493/2001 tad-19 ta’ Diċembru 2001 dwar it-tneħħija ta’ ċerti prodotti tas-sajd li jkunu ġew irtirati mis-suq (2) jispeċifika l-modi ta’ tneħħija tal-prodotti rtirati mis-suq. Il-valur ta’ dawn il-prodotti għandu jkun iffissat fuq livell standard għal kull wieħed minn dawn il-modi ta’ tneħħija, billi jitqies id-dħul medju li jista’ jinkiseb minn din it-tneħħija fl-Istati Membri varji. |
(3) |
Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2509/2000 tal-15 ta’ Novembru 2000 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar kumpens finanzjarju għall-irtirar ta’ ċerti prodotti tas-sajd (3), ir-regoli speċjali jipprovdu illi, meta organizzazzjoni ta’ produtturi jew wieħed mill-membri tagħha tqiegħed il-prodotti tagħha għall-bejgħ fi Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż li fih tkun irrikonoxxuta, dak il-korp responsabbli għall-għoti tal-kumpens finanzjarju jrid ikun infurmat. Dan il-korp huwa dak fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni ta’ produtturi tkun irrikonoxxuta. Il-valur standard li jista’ jitnaqqas għandu għalhekk ikun il-valur applikat f’dak l-Istat Membru. |
(4) |
L-istess metodu ta’ kalkolu għandu jkun applikat għall-ħlasijiet bil-quddiem fuq kumpens finanzjarju kif jipprovdi għalih l-Artiklu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2509/2000. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għas-sena tas-sajd 2008, il-valuri standard li jridu jintużaw biex jiġu kkalkulati l-kumpens finanzjarju u l-ħlasijiet bil-quddiem marbuta miegħu fuq il-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq minn organizzazzjonijiet ta’ produtturi u maħsuba għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem, kif jirreferi għalihom l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 huma mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-valur standard li jrid jitnaqqas mill-kumpens finanzjarju u l-ħlasijiet bil-quddiem marbuta miegħu għandu jkun dak applikat fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni ta’ produtturi tkun irrikonoxxuta.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru1759/2006 (ĠU L 335, 1.12.2006, p. 3).
(2) ĠU L 337, 20.12.2001, p. 20.
(3) ĠU L 289, 16.11.2000, p. 11.
ANNESS
Valuri standard
L-użu ta’ prodotti rtirati mis-suq |
(EUR/tunnellata) |
||
|
|
||
|
|
||
|
55 |
||
|
50 |
||
|
17 |
||
|
2 |
||
|
|
||
|
0 |
||
|
10 |
||
|
|
||
|
40 |
||
|
20 |
||
|
28 |
||
|
1 |
||
|
|
||
|
|
||
|
8 |
||
|
|
||
|
0 |
||
|
50 |
||
|
30 |
||
|
|
||
|
60 |
||
|
20 |
||
|
0 |