Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1574

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1574/2007 tal- 21 ta’ Diċembru 2007 li jiffissa l-ammont ta’ għajnuna għall-ħżin privat ta’ ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2008

    ĠU L 340, 22.12.2007, p. 85–85 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1574/oj

    22.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 340/85


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1574/2007

    tal-21 ta’ Diċembru 2007

    li jiffissa l-ammont ta’ għajnuna għall-ħżin privat ta’ ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2008

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2813/2000 tal-21 ta’ Diċembru 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward il-konċessjoni ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ xi prodotti mis-sajd (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-għajnuna ma għandhiex taqbeż is-somma ta’ l-ispejjeż tekniċi u finanzjarji rreġistrati fil-Komunità matul is-sena tas-sajd li tiġi qabel is-sena kkonċernata.

    (2)

    Sabiex jiġi skorraġġit il-ħżin fit-tul, jitqassru ż-żminijiet tal-ħlas u jitnaqqas il-piż tal-kontrolli, l-għajnuna għall-ħżin privat għandha titħallas f’pagament wieħed.

    (3)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Prodotti tas-Sajd,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għas-sena tas-sajd 2008, l-ammont ta’ għajnuna għall-ħżin privat, imsemmi fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, għall-prodotti elenkati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolamemt għandu jkun kif ġej:

    L-ewwel xahar: EUR 210/tunnellata

    It-tieni xahar: EUR 0/tunnellata

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Joe BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1759/2006 (ĠU L 335, 1.12.2006, p. 3).

    (2)  ĠU L 326, 22.12.2000, p. 30.


    Top