Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1572

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1572/2007 tal- 21 ta’ Diċembru 2007 li jiffissa l-prezzijiet ta’ referenza għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2008

ĠU L 340, 22.12.2007, p. 79–82 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1572/oj

22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 340/79


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1572/2007

tal-21 ta’ Diċembru 2007

li jiffissa l-prezzijiet ta’ referenza għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti mis-sajd u l-akkwakultura (1), u partikolarment l-Artikolu 29(1) u (5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jistabbilixxi illi l-prezzijiet ta’ referenza validi għall-Komunità jistgħu jiġu ffissati kull sena, skond il-kategorija ta’ prodotti, għal prodotti li huma s-suġġett ta’ sospensjoni ta’ dazji tat-tariffa skond l-Artikolu 28(1). L-istess jgħodd ghal prodotti li, billi jkunu jew is-suġġett ta’ riduzzjoni tariffarja li torbot taħt it-WTO jew xi arranġamenti preferenzjali oħra, għandhom jimxu ma’ prezz ta’ referenza.

(2)

Għall-prodotti mniżżla fl-Anness I, (A) u (B) mar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz ta’ referenza huwa l-istess bħal prezz ta’ l-irtirar skond l-Artikolu 20(1) ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Il-prezzijiet tal-Komunità ta’ l-irtirar u tal-bejgħ għall-prodotti konċernati huma ffissati għas-sena tas-sajd 2008 bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1570/2007 (2).

(4)

Il-prezz ta’ referenza għal prodotti barra dawk imniżżla fl-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 huwa stabbilit fuq il-bażi tal-medja b’koeffiċjent korrettiv tal-valuri tad-dwana rreġistrati fuq is-swieq ta’ l-importazzjoni jew fil-portijiet ta’ importazzjoni fit-tliet snin li jiġu immedjatament qabel id-data li fiha jiġi ffissat il-prezz ta’ referenza.

(5)

Ma hemmx ħtieġa li jiġu ffissati il-prezzijiet ta’ referenza għall-ispeċijiet kollha li huma koperti bil-kriterji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 104/2000, u partikolarment mhux għal dawk importati minn pajjiżi terzi f’volumi insinifikanti.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet ta’ referenza għas-sena ta’ sajd 2008 tal-prodotti tas-sajd, kif imsemmi skond l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, huma stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru1759/2006 (ĠU L 335, 1.12.2006, p. 3).

(2)  ara paġna 69 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS (1)

1.   Prezzijiet ta’ referenza għall-prodotti msmmija fl-Artikolu 29(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Speċi

Daqs (2)

Prezz ta’ riferenza (EUR/tunnellata)

Imsewwi bir-ras (2)

Ħut sħiħ (2)

Kodiċi Taric addizzjonali

Extra, A (2)

Kodiċi Taric addizzjonali

Extra, A (2)

Aringa ta’ l-ispeċi

Clupea harengus

ex 0302 40 00

1

 

F011

130

2

 

F012

199

3

 

F013

188

4a

 

F016

119

4b

 

F017

119

4c

 

F018

249

5

 

F015

222

6

 

F019

111

7a

 

F025

111

7b

 

F026

100

8

 

F027

83

Redfish

(Sebastes spp.)

ex 0302 69 31 and ex 0302 69 33

1

 

F067

953

2

 

F068

953

3

 

F069

800

Merluzz ta’ l-ispeċi

Gadus morhua

ex 0302 50 10

1

F073

1 186

F083

856

2

F074

1 186

F084

856

3

F075

1 120

F085

659

4

F076

889

F086

494

5

F077

626

F087

362

 

 

Mgħolli fl-ilma

Frisk jew imkessaħ

Kodiċi Taric addizzjonali

Extra, A (2)

Kodiċi Taric addizzjonali

Extra, A (2)

Gambli ta’ l-ilma fond

(Pandalus borealis)

ex 0306 23 10

1

F317

5 010

F321

1 092

2

F318

1 757

2.   Prezzijiet ta’ referenza għall-prodotti tas-sajd imsejħa fl-Artikolu 29(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Il-Prodott

Kodiċi Taric addizzjonali

Preżentazzjoni

Prezz ta’ referenza

(€/tunnellata)

1.   

Redfish

 

 

Sħiħ

 

ex 0303 79 35

ex 0303 79 37

F411

bir-ras jew mingħajrha

960

ex 0304 29 35

ex 0304 29 39

 

Fletti:

 

F412

bix-xewk (“standard”)

1 953

F413

bla xewk

2 159

F414

blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżnux aktar minn 4 kg

2 285

2.   

Merluzz

ex 0303 52 10 , ex 0303 52 30 , ex 0303 52 90 , ex 0303 79 41

F416

Sħaħ, bir-ras jew mingħajrha

1 084

ex 0304 29 29

 

Fletti:

 

F417

fuljati jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

2 452

F418

fuljati jew fi blokok industrijali, bla xewk

2 717

F419

fletti individwali jew fuljati għal kollox, bil-ġilda

2 550

F420

fletti individwali jew fuljati għal kollox, bla ġilda

2 943

F421

blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżnux aktar minn 4 kg

2 903

ex 0304 99 33

F422

Biċċiet u laħam ieħor, minbarra blokok ikkapuljati

1 463

3.   

Pollakkju

ex 0304 29 31

 

Fletti:

 

F424

fuljati jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

1 518

F425

fuljati jew fi blokok industrijali, bla xewk

1 705

F426

fletti individwali jew fuljati għal kollox, bil-ġilda

1 476

F427

fletti individwali jew fuljati għal kollox, bla ġilda

1 680

F428

blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżnux aktar minn 4 kg

1 768

ex 0304 99 41

F429

Biċċiet u laħam ieħor, minbarra blokok ikkappuljati

986

4.   

Haddock

ex 0304 29 33

 

Fletti:

 

F431

fuljati jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

2 264

F432

fuljati jew fi blokok industrijali, bla xewk

2 606

F433

fletti individwali jew fuljati għal kollox, bil-ġilda

2 537

F434

fletti individwali jew fuljati għal kollox, bla ġilda

2 710

F435

blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżnux aktar minn 4 kg

2 960

5.   

Pollakkju ta’ l-Alaska

 

 

Fletti:

 

ex 0304 29 85

F441

fuljati jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

1 147

F442

fuljati jew fi blokok industrijali, bla xewk

1 324

6.   

Aringi

 

 

Ġnub ta’ l-aringi

 

ex 0304 19 97

ex 0304 99 23

F450

ta’ aktar minn 80 g l-biċċa

510

F450

ta’ aktar minn 80 g l-biċċa

464


(1)  Il-kodiċi addizzjonali li għandu jissemma għall-kategoriji kollha għajr dawk espliċitament imsemmija fil-punti 1 u 2 ta’ l-Anness huwa “F499: Oħrajn”.

(2)  Il-kategoriji ta’ freskezza, tad-daqs u tal-preżentazzjoni huma dawk stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.


Top