This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1565
Commission Regulation (EC) No 1565/2007 of 21 December 2007 amending Regulation (EC) No 2535/2001 laying down detailed rules for applying Council Regulation (EC) No 1255/1999 as regards the import arrangements for milk and milk products and opening tariff quotas
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2007 tal- 21 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2007 tal- 21 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa
ĠU L 340, 22.12.2007, p. 37–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32001D0651 | ||||
Modifies | 32001R2535 | Sostituzzjoni | anness 5 | 01/01/2008 | |
Modifies | 32001R2535 | Emenda | artikolu 20.1 | 01/01/2008 | |
Modifies | 32001R2535 | abolizzjoni | artikolu 19.3 | 01/01/2008 | |
Modifies | 32001R2535 | abolizzjoni | artikolu 38 | 01/01/2008 | |
Modifies | 32001R2535 | abolizzjoni | artikolu 20.3 | 01/01/2008 | |
Modifies | 32001R2535 | Żieda | CH 2BIS | 01/01/2008 | |
Modifies | 32001R2535 | Emenda | anness 9 | 01/01/2008 | |
Modifies | 32001R2535 | Emenda | anness 4 | 01/01/2008 | |
Modifies | 32001R2535 | Sostituzzjoni | anness 3.A | 01/01/2008 | |
Modifies | 32001R2535 | Emenda | anness 10 | 01/01/2008 | |
Modifies | 32001R2535 | Emenda | artikolu 40.1 | 01/01/2008 | |
Modifies | 32001R2535 | Sostituzzjoni | anness 2.D | 01/01/2008 | |
Modifies | 32001R2535 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 01/01/2008 | |
Modifies | 32001R2535 | Sostituzzjoni | artikolu 19.2 | 01/01/2008 | |
Modifies | 32001R2535 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | 01/01/2008 | |
Derogation | 32001R2535 | Deroga | artikolu 34.2 | 01/11/2007 | 31/01/2008 |
Implicit repeal | 32002D0667 | 01/01/2008 | |||
Implicit repeal | 32004D0584 | 01/01/2008 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32020R0760 | 01/01/2021 |
22.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 340/37 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1565/2007
tal-21 ta’ Diċembru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 26(3)(a) u l-Artikolu 29(1) tieghu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli (2), approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (3) tipprovdi għal-liberalizzazzjoni sħiħa tal-kummerċ bilaterali fil-ġobon mill-1 ta’ Ġunju 2007, wara perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 5 snin. |
(2) |
B’dan il-mod, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 ta’ l-14 ta’ Diċembru 2001 li jistipula regoli dettaljati biex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-ħalib u prodotti tal-ħalib u kwoti tariffarji tal-bidu (4), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 487/2007 (5), ma għadux jipprevedi kwoti ta’ importazzjoni u dazji ta’ importazzjoni fuq il-ġobon li joriġina mill-Iżvizzera. F’dan il-kuntest u fid-dawl tal-flessibbiltà għar-rekwiżit ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni introdott fl-Artikolu 26(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1152/2007 (6), huwa xieraq li tiġi abbolita l-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ importazzjoni għall-ġobon kollu importat mill-Iżvizzera. |
(3) |
L-Artikolu 19a tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jipprevedi li l-importazzjoni tal-prodotti mill-ħalib tiġi ġestita abbażi ta’ “jinqeda l-ewwel min jiġi l-ewwel”, skond l-Artikoli 308a sa 308c tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (7). Din is-sistema ta’ ġestjoni u l-proċeduri tagħha jneħħu l-bżonn tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u għalhekk il-preżentazzjoni tagħhom għandha tiġi rtirata. |
(4) |
Ċerti liċenzji għall-ġobon li joriġina mill-Iżvizzera u għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-ħalib taħt il-kwoti ġestiti abbażi ta’ “jinqeda l-ewwel min jiġi l-ewwel” kif imsemmi fil-Kapitolu Ia tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 xorta se jibqgħu validi sa l-1 ta’ Jannar 2008. L-obbligi li ddaħħlu fl-ambitu ma’ dawk il-liċenzji għandhom jiġu onorati, jekk le, il-garanzija mogħtija tintilef. Billi minn dik id-data tali importazzjoni tista’ sseħħ mingħajr liċenzja u mingħajr spejjeż marbura magħha, għandu jkun possibli li l-importaturi detenturi ta’ tali liċenzji, u li ma jkunux użawhom totalment sa dik id-data, ikunu jistgħu jitolbu u jiksbu r-rilaxx tal-garanziji ppreżentati. |
(5) |
Il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar il-modifika tal-kwota tariffarja tal-WTO għall-butir tan-New Zealand prevista fl-Iskeda CXL anness mal-GATT 1994 (8), approvat b’Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/867/KE tas-20 ta’ Diċembru 2007 (9) jipprovdi emendi fil-kwota tariffarja għall-butir li inkluż fl-Iskeda CXL/Komunitajiet Ewropej, konkluż fil-Laqgħat tal-Urugwaj ta’ negozjati kummerċjali multilaterali. L-Anness IIIA tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu jiġi emendat b’dan il-mod. |
(6) |
L-Anness IV u V tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jipprevedi mekkaniżmu kumpless u proċedura laborjuża ta’ verifika tal-konformità tal-kontenut tax-xaħam kemm fin-New Zealand kif ukoll fil-Komunità. Id-deskrizzjoni adottata dan l-aħħar tal-kwota, li twessa’ l-firxa tal-kontenut tax-xaħam minn 80 – 82 % għal 80 – 85 % tippermetti simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-verifika, partikolarment billi tiġi rtirata l-interpretazzjoni tar-riżultati tal-verifika tal-kontenut tax-xaħam ibbażat fuq id-devjazzjoni standard tal-proċess tipika. Barra minn hekk tali simplifikazzjoni tikkonsisti fi tnaqqis sostanzjali tal-piż amministrattiv u l-ispejjeż għaż-żewġ Partijiet, u tiffaċilita l-aċċess għall-kwota kemm għall-esportaturi kif ukoll għall-importaturi. |
(7) |
L-Artikolu 33(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jipprevedi li l-korp li joħorġ iċ-ċertifikat għandu joħroġ iċ-ċertifikat IMA 1 qabel il-prodott li dan ikopri jitlaq mit-territorju tal-pajjiż li minnu qed jinħareġ. Il-butir li jaqa’ taħt is-sena tal-kwota 2008 jista’ jiġi ttrasportat lejn in-New Zealand minn Novembru 2007. Billi huwa impossibbli li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ġodda tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 kif emendat b’dan ir-Regolament, fir-rigward ta’ tali trasport ta’ prodotti, u l-implimentazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet ġodda jeħtieġu ftit taż-żmien, l-Artikolu 33(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 m’għandux japplika għall-perjodu bejn l-1 ta’ Novembru 2007 sal-31 ta’ Jannar 2008. |
(8) |
Fl-istess waqt huwa xieraq li tiġi aġġornata xi dejta dwar il-korp tal-ħruġ tan-NZ fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001. |
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu jiġi emendat skond dan. |
(10) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/651/KE (10) stabbiliet id-devjazzjoni standard tal-proċess tipika tal-kontenut tax-xaħam fil-butir importat min-New Zealand sabiex tiffaċilita l-verifiki skond l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001. Skond l-arranġament il-ġdid li jipprevedi estensjoni għad-deskrizzjoni tal-kwoata għall-butir mhux immellaħ, huwa possibbli li tiġi abbandunata l-interpretazzjoni tar-riżultati tal-verifika u konsegwentement il-proċedura kumplikata tad-devjazzjoni standard tal-proċess tipika. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2001/651/KE saret inutli u għandha titħassar. |
(11) |
Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 hu emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 jitbiddel b’dan li ġej: “Artikolu 2 Mingħajr preġudizzju għat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, u ħlief kif previst xorta oħra f’dan ir-Regolament, l-importazzjonijiet kollha tal-prodotti tal-ħalib għandhom ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni.”; |
(2) |
L-Artikolu 19a huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
Wara l-Artikolu 22, jiddaħħal il-Kapitolu li ġej: “KAPITOLU IIa IMPORTAZZJONIJIET TA’ BLA KWOTA MINGĦAJR IL-PREŻENTAZZJONI TA’ LIĊENZJA TA’ L-IMPORTAZZJONI Artikolu 22a 1. Dan l-Artikolu għandu japplika għal importazzjonijiet preferenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli. 2. Il-prodotti kollha li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 0406 li joriġinaw mill-Iżvizzera huma eżentati mid-dazju fuq l-importazzjoni u mill-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni. 3. L-eżenzjoni tad-dazju għandha tkun applikata biss mal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera akkumpanjata mill-evidenza ta’ l-oriġini maħruġa skond il-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera ffirmat fi Brussell fit-22 ta’ Lulju 1972.” |
(5) |
L-Artikolu 38 jitħassar. |
(6) |
Fl-Artikolu 40(1), it-tieni, it-tielet, u r-raba’ subparagrafi jitħassru. |
(7) |
Il-parti D ta’ l-Anness II titbiddel bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
(8) |
L-Anness III.A jitbiddel bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
(9) |
L-Anness IV huwa emendat bi qbil ma’ l-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
(10) |
L-Anness V jitbiddel bit-test ta’ l-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. |
(11) |
Fl-Anness VIII l-ewwel subparagrafu tal-punt 2 jitbiddel b’dan li ġej: “Il-korpi tal-ħruġ IMA 1 jistgħu jikkanċellaw ċertifikat IMA 1 jew parti minnu għal kwantità koperta minnu li tkun inqerdet jew ma tibqax tajba għall-bejgħ f’ċirkostanzi li l-esportatur ma jkollux kontroll fuqhom. Meta parti mill-kwantità koperta b’ċertifikat IMA 1 tinqered jew ma tibqax tajba għall-bejgħ, jista’ jinħareġ ċertifikat sostitut għall-bqija tal-kwantità. Fil-każ tal-butir tan-New Zealand imsemmi fl-Anness III(A), il-lista oriġinali ta’ l-identifikazzjoni tal-prodott tintuża għal dan l-iskop. Iċ-ċertifikat sostitut ikun validu biss sa l-istess data bħal ta’ l-oriġinali. F’dan il-każ, il-kaxxa 17 taċ-ċertifikat sostitut IMA 1 għandu jkun fiha l-kliem ‘validu sal-00.00.0000.’”. |
(12) |
L-Anness X hu mibdul bit-test ta’ l-Anness V ta’ dan ir-Regolament. |
(13) |
Fl-Anness XII id-dejta relatata man-New Zealand titbiddel b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Fuq talba mill-partijiet interessati, il-garanziji ppreżentati għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għandhom jiġu rilaxxati skond il-kundizzjonijiet li ġejjien:
(a) |
il-liċenzji jinħarġu għall-importazzjoni skond il-kwoti msemmija fil-Kapitolu Ia jew fil-liċenzji maħruġa għall-importazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 0406 li joriġinaw mill-Iiżvizzera; |
(b) |
il-validità tal-liċenzji ma skadietx qabel l-1 ta’ Jannar 2008; |
(c) |
il-liċenzji ntużaw parzjalment biss jew ma ntużawx sa l-1 ta’ Jannar 2008. |
Artikolu 3
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, l-Artikolu 33(1)(2) ta’ dan ir-Regolament ma għandux japplika mill-1 ta’ Novembru 2007 sal-31 ta’ Jannar 2008 għall-importazzjonijiet marbuta mas-sena ta’ kwota 2008.
Artikolu 4
Id-Deċiżjoni 2001/651/KE titħassar.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008. Madankollu, l-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2). Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta’ Lulju 2008.
(2) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.
(3) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.
(4) ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1324/2007 (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 14).
(6) ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3.
(7) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).
(8) Ara paġna 95 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(9) Ara paġna 95 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(10) ĠU L 229, 25.8.2001, p. 24. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/584/KE (ĠU L 255, 31.7.2004, p. 41).
ANNESS I
“II.D
Dazju mnaqqas skond l-annessi 2 tal-ftehim bejn il-komunità ewropea u l-isvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
Dazju doganali (EUR/100 kg piż nett) mill-1 ta’ Ġunju 2007 |
0402 29 11 ex 0404 90 83 |
Ħalib speċjali, għat-trabi (*), f’kontenituri ermetikament issiġillati, ta’ kontenut nett li ma jaqbiżx 500 g, b’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, li jeċċedi l-10 % |
43,80 |
(*) ‘Ħalib speċjali għat-trabi’ tfisser prodotti ħielsa minn mikrobi patoġeni u li fihom anqas minn 10 000 batterji aerobiċi u anqas minn żewġ batterji koliformi kull gramma.”
ANNESS II
“ANNESS ΙII.A
Kwota tariffarja skond il-ftehimiet GATT/WHO speċifikati bil-pajjiż ta’ l-oriġini: butir tan-New Zealand
Il-kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
Pajjiż ta’ oriġini |
Kwota annwali mill-1 ta’ Jannar sat-31 ta’ Diċembru (f’tunnellati) |
Kwota massima ta’ nofs sena (kwantità f’tunellati) |
Kwota Parti A Numru tal-kwota 09,4195 |
Kwota Parti B Numru tal-kwota 09,4182 |
Dazju ta’ importazzjoni (EUR/100 kg piż nett) |
Regoli għall-ikkompletar taċ-ċertifikati IMA 1 |
ex 0405 10 11 ex 0405 10 19 |
Butir, li għandu għall-inqas sitt ġimgħat, b’kontenut ta’ xaħam bil-piż ta’ mhux inqas minn 80 % iżda inqas minn 85 %, magħmul direttament mill-ħalib jew mill-krema mingħajr l-użu ta’ materjali maħżunin, fi proċess wieħed, li fih kollox u mhux interrott |
New Zealand |
74 693 tunnellata |
Kwota ta’ nofs sena minn Jannar 2008 ‘il quddiem 37 346,5 tunnellata |
20 540,5 tunnellata |
16 806 tunnellata |
70,00 |
Ara l-Anness IV” |
ex 0405 10 30 |
Butir, li għandu għall-inqas sitt ġimgħat, b’kontenut ta’ xaħam bil-piż ta’ mhux inqas minn 80 % iżda inqas minn 85 %, magħmul direttament mill-ħalib jew mill-krema mingħajr l-użu ta’ materjali maħżunin, fi proċess wieħed, li fih kollox u mhux interrott li jista’ jinvolvi li l-krema tgħaddi minn stadju fejn ix-xaħam tal-butir jiġi kkonċentrat u/jew iffrazzjonat (il-proċessi magħrufin bħala ‘Ammix’ u ‘Spreadable’) |
ANNESS III
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:
(1) |
it-titolu jitbiddel b’dan li ġej: “VERIFIKA TAL-PIŻ U TAL-KONTENUT TAX-XAĦAM TAL-BUTIR LI JORIĠINA FIN-NEW ZEALAND IMPORTAT SKOND IT-TAQSIMA 2 TAL-KAPITOLU III TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 2535/2001”; |
(2) |
Fil-Parti 1, il-punt (e) jitħassar. |
(3) |
Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
|
(4) |
Il-Parti 4 hija emendata kif ġej:
|
ANNESS IV
ANNESS V
L-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 hu emendat kif ġej:
(a) |
Il-kaxxa 7 titbiddel b’dan li ġej: 7.Marki, numri, numru u tip ta’ pakketti, deskrizzjoni dettaljata tal-NM u kodiċi tan-NM bi tmin numri tal-prodott preċedut b’“ex” u dettalji dwar il-forma tal-preżentazzjoni tagħha.
|
(b) |
Il-kaxxa 13 titbiddel b’dan li ġej: 13.Kontenut ta’ xaħam, bil-piż (%)
|