This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1352
Commission Regulation (EC) No 1352/2007 of 16 November 2007 amending Annex I to Council Regulation (EEC) No 2658/87 on the tariff and statistical nomenclature and on the Customs Tariff
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1352/2007 tas- 16 ta’ Novembru 2007 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1352/2007 tas- 16 ta’ Novembru 2007 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
ĠU L 303, 21.11.2007, p. 3–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31987R2658 | Emenda | anness 1 | 01/01/2008 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32007R1352R(01) | (EN) |
21.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 303/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1352/2007
tas-16 ta’ Novembru 2007
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 (2) tal-11 ta’ Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta’ analiżi rilevanti kien aġġornat bir-Regolament (KE) Nru 702/2007 biex ikunu kkunsidrati l-konklużjonijiet ta’ esperti tal-kimika. L-aġġustamenti introdotti fir-Regolament (KEE) Nru 2568/91 jikkonsistu partikolarment fid-determinazzjoni tal-perċentwali ta’ 2-gliċeril monopalmitat li huwa aktar preċiż fl-iskoperta ta’ żjut esterifikati, u t-tnaqqis tal-valur tal-limitu ta’ stigmastadina fiż-żjut taż-żebbuġa verġni li jippermetti li tintlaħaq separazzjoni aħjar taż-żjut taż-żebbuġa verġini u raffinati. |
(2) |
Għaldaqstant, in-Nota addizzjonali 2 għall-Kapitlu 15 tan-Nomenklatura Magħquda dwar iż-żjut taż-żebbuġa għandha tkun aġġustata wkoll. |
(3) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk ikun emendat skond dan. |
(4) |
L-emenda magħmula lir-Regolament (KEE) Nru 2568/91 fl-2007 għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008. Għall-konsistenza, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artiklu 1
Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 huwa emendat kif jidher fl-Anness.
Artiklu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummisssjoni (KE) Nru 1214/2007 (ĠU L 286, 31.10.2007, p. 1).
(2) ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 702/2007 (ĠU L 161, 22.6.2007, p. 11).
ANNESS
F’Kapitlu 15 ta’ Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, in-Nota addizzjonali 2 hija emendata kif ġej:
(1) |
Nota addizzjonali 2.B.1. hija emendata kif ġej:
|
(2) |
Nota addizzjonali 2.B.2. hija emendata kif ġej:
|
(3) |
F’nota addizzjonali 2.Ċ. punt (f) jinbidel b'li ġej:
|
(4) |
F’nota addizzjonali 2.D. punti (a) – (d) jinbidlu bil-punti (a) – (e) li ġejjin:
|
(5) |
F’nota addizzjonali 2.E. it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej: “Żjut f’dan is-subtitlu irid ikollhom kontenut ta’ 2-gliċeril monopalmitat mhux ogħla minn 1,4 %, għadd ta’ isomeri translinoleiċi anqas minn 0,4 %, għadd ta’ isomeri translinoleiċi + translinoleniċi ta’ anqas minn 0,35 % u b’differenza bejn l-HPLC u kontenut teoretiku ta’ trigliċeridi b’ECN42 ta’ mhux ogħla minn 0,5.” |