This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1328
Commission Regulation (EC) No 1328/2007 of 13 November 2007 prohibiting fishing for red seabream in ICES areas VI, VII and VIII (Community waters and waters not under the sovereignty or jurisdiction of third countries) by vessels flying the flag of Spain
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1328/2007 tat- 13 ta’ Novembru 2007 li jipprojbixxi s-sajd għall-bażuga fiż-żoni VI, VII u VIII ta' l-ICES (ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera Spanjola
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1328/2007 tat- 13 ta’ Novembru 2007 li jipprojbixxi s-sajd għall-bażuga fiż-żoni VI, VII u VIII ta' l-ICES (ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera Spanjola
ĠU L 295, 14.11.2007, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 29/10/2007; Imħassar b' 32007R1403
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32007R1403 |
14.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 295/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1328/2007
tat-13 ta’ Novembru 2007
li jipprojbixxi s-sajd għall-bażuga fiż-żoni VI, VII u VIII ta' l-ICES (ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera Spanjola
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2015/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet tas-sajd għal bastimenti tas-sajd tal-Komunità għal ċerti stokkijiet tal-ħut tal-fond (3) (titlu mhux uffiċjali) jistabbilixxi kwoti għall-2007 u l-2008. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2007. |
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-2007 lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fl-istess Anness għandha titqies li ġiet eżawrita mid-data indikata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trasbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.
(3) ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).
ANNESS
Nru |
67 |
Stat Membru |
Spanja |
Stokk |
SBR/678- |
Speċi |
Bażuga (Pagellus bogaraveo) |
Żona |
Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' VI, VII u VIII |
Data |
19.10.2007 |