EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1237

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1237/2007 tat- 23 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni 2006/696/KE fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ bajd minn qatgħat ta’ tiġieġ li jbidu infettati mis- Salmonella (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 280, 24.10.2007, p. 5–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1237/oj

24.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 280/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1237/2007

tat-23 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni 2006/696/KE fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ bajd minn qatgħat ta’ tiġieġ li jbidu infettati mis-Salmonella

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-Salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifikati li jinġarru fl-ikel (1) u, partikolarment l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jistabbilixxi regoli biex jiġi żgurat li jittieħdu miżuri xierqa u effettivi biex tinstab u tiġi kkontrollata s-Salmonella u aġenti żoonotiċi oħra f’kull stadju rilevanti tal-produzzjoni, ipproċessar u distribuzzjoni, partikolarment fil-livell ta’ prodotti primarji, biex titnaqqas il-prevalenza tagħhom u r-riskju li fihom għas-saħħa pubblika.

(2)

Skond l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, b’effett minn 72 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-bajd jista’ biss jintuża għall-konsum dirett mill-bniedem bħala bajd għall-mejda jekk joriġina minn qatgħa kummerċjali ta’ tiġieġ li jbidu suġġetta għal programm ta’ kontroll nazzjonali u li mhix taħt restrizzjoni uffiċjali.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/696/KE tat-28 ta’ Awwissu 2006 tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom it-tjur, il-bajd tat-tfaqqis, flieles ta’ ġurnata, laħam tat-tjur, għasafar ma jtirux u tal-kaċċa, bajd u prodotti tal-bajd u bajd speċifikat mingħajr patoġeni jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità u jittranżitaw minnha u l-kondizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni veterinarja applikabbli, u temenda d-Deċiżjonijiet 93/343/KEE, 2000/585/KE u 2003/812/KE (3) li jistabbilixxu kondizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet u t-tranżitu mill-Komunità ta’ bajd u prodotti tal-bajd.

(4)

Prevalenza għolja ta’ Salmonella Enteritidis u Salmonella Typhimurium kienu misjuba f’qatgħat ta’ tiġieġ li jbidu fi Stati Membri matul studju mwettaq skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/665/KE tat-22 ta’ Settembru 2004 li tikkonċerna studju ta’ referenza dwar il-prevalenza tas-Salmonella f’qatgħat li jbidu ta’ Gallus gallus  (4).

(5)

Skond ir-Rapport ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel dwar Tendenzi u Għejun ta’ Żoonożi, aġenti Żoonotiċi u Reżistenza Antimikrobika u Tifqigħat li jinġarru fl-Ikel fl-Unjoni Ewropea fl-2005 (5) il-bajd u l-prodotti tal-bajd huma l-aktar għajn importanti ta’ tifqigħat li jinġarru fl-ikel magħrufa ta’ salmonellosis fil-bnedmin. Barra minn hekk, skond dan ir-rapport, is-Salmonella Enteritidis u s-Salmonella Typhimurium kienu responsabbli għal 88 % tat-tifqigħat fejn is-serovar ġie ppruvat.

(6)

Minħabba l-prevalenza għolja ta’ Salmonella Enteritidis u Salmonella Typhimurium f’ċerti Stati Membri, l-impatt tagħha fuq is-saħħa pubblika u r-riluttanza mill-operaturi fil-kummerċ ta’ l-ikel li jbigħu bajd għall-mejda minn qatgħat infettati, id-data li fiha għandhom japplikaw ir-restrizzjonijiet fuq il-konsum ta’ bajd għall-mejda, għandha titressaq ‘il quddiem iżda xorta għandha tagħti lill-operaturi fil-kummerċ ta’ l-ikel biżżejjed żmien biex ikunu konformi mar-rekwiżiti l-ġodda mingħajr ma jsir tfixkil fis-swieq.

(7)

Madankollu, fejn qatgħa ta’ tiġieġ li jbidu tkun ġiet indikata bħala l-għajn ta’ l-infezzjoni f’tifqigħa li tinġarr fl-ikel bħala riżultat ta’ l-investigazzjoni epidemjoloġika ta’ tifqigħat li jinġarru fl-ikel skond id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar is-sorveljanza taż-żoonosi u aġenti żoonotiċi, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (6), ir-restrizzjonijiet dwar l-użu ta’ bajd għall-mejda stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 għandhom japplikaw mingħajr dewmien.

(8)

Filwaqt li jittieħed kont tar-riskju għas-saħħa pubblika minn bajd infettat mis-Salmonella, għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-immarkar ta’ bajd biex jiġi ggarantit li bajd minn qatgħat li huma suġġetti għal restrizzjonijiet fi ħdan il-qafas ta’ programm ta’ kontroll tas-Salmonella stipulat fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003, jiġi mmarkat b’mod li minnufih jifirdu minn bajd għall-mejda qabel ma jitqiegħed fis-suq.

(9)

Sabiex jitħallew barra r-riżultati pożittivi foloz tal-bidu, l-awtorità kompetenti għandha titħalla tneħħi r-restrizzjonijiet stabbiliti fil-Paragrafu 2 tal-Parti D ta’ l-Anness II ta’ dan ir-Regolament jekk l-infezzjoni tas-Salmonella ma tiġix ikkonfermata fil-qatgħat ta’ tiġieġ li jbidu filwaqt li jintuża protokoll strett.

(10)

Il-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw bajd, għandhom jipprovdu garanziji ekwivalenti għar-rekwiżiti fi ħdan il-Komunità, u ċ-ċertifikat mudell għall-bajd fid-Deċiżjoni 2006/696/KE għandu jiġi emendat skond dan.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar li jistipula l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel u li jistipula proċeduri dwar is-sikurezza ta’ l-ikel (7), b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, jistipula regoli dwar l-ikel u l-għalf esportat jew esportat mill-ġdid mill-Komunità għat-tqegħid fis-suq f’pajjiż terz. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għall-bajd tal-mejda. Skond dan, mhux meħtieġ li jiġu stipulati dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ l-esportazzjoni ta’ dan il-bajd f’dan ir-Regolament.

(12)

Sabiex jiġi evitat kull tfixkil fil-kummerċ, l-użu ta’ ċertifikati maħruġa skond il-mudell preżenti ta’ ċertifikati stabbilit fid-Deċiżjoni 2006/696/KE għandu jitħalla għal perjodu ta’ 60 jum wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(13)

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 għandu għalhekk ikun emendat skond dan.

(14)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 huwa emendat skond l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/696/KE huwa emendat skond l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Kunsinni ta’ bajd li għalihom ħarġu ċertifikati skond id-Deċiżjoni 2006/696/KE fil-verżjoni ta’ qabel l-1 ta’ Novembru 2007 jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità għal perjodu ta’ 60 jum wara din id-data.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn

l-1 ta’ Novembru 2007 fejn is-Salmonella spp. ikunu identifikati fil-qatgħat ta’ tiġieġ li jbidu bħala għajn ta’ infezzjoni għall-bnedmin minħabba l-konsum ta’ bajd jew prodotti tal-bajd bħala riżultat ta’ l-investigazzjoni epidemjoloġika ta’ tifqigħat li jinġarru fl-ikel skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2003/99/KE;

mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2009 għall-qatgħat l-oħra ta’ tiġieġ li jbidu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55, verżjoni kkoreġuta bil-ĠU L 226, tal-25.6.2004, p. 22. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006.

(3)  ĠU L 295, 25.10.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 303, 30.9.2004, p. 30.

(5)  Il-Ġurnal EFSA (2006) 96.

(6)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31. Id-Diretiva kif emendata bid-Diretiva tal-Kunsill 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(7)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).


ANNESS I

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, il-Parti D tinbidel b’dan li ġej:

“D.   Rekwiżiti speċifiċi li jirrigwardaw qatgħat ta’ tiġieġ li jbidu

1.

Il-bajd m’għandux jintuża għall-konsum dirett mill-bniedem bħala bajd tal-mejda sakemm ma jkunx ġej minn qatgħa kummerċjali ta’ tiġieġ li jbidu suġġetta għal programm ta’ kontroll nazzjonali stabbilit skond l-Artikolu 5 u mhux taħt restrizzjoni uffiċjali.

2.

Il-bajd li joriġina minn qatgħat li għandhom stat ta’ saħħa mhux magħruf, li dwarhom hemm suspett li huma infettati jew li huma infettati mis-serotipi tas-Salmonella li għalihom ġiet iffissata mira ta’ tnaqqis jew li ġew identifikati f’tifqigħa speċifika fil-bniedem li tinġarr fl-ikel, jista’ jintuża għall-konsum mill-bniedem jekk jiġi ttrattat b’mod li jiggarantixxi l-qirda tas-sertotipi kollha tas-Salmonella li għandhom sinifikat għas-saħħa pubblika skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar l-iġjene fl-ikel.

Il-bajd li joriġina minn qatgħat li għandhom stat ta’ saħħa mhux magħruf, li dwarhom hemm suspett li huma infettati jew li huma infettati mis-serotipi tas-Salmonella li għalihom ġiet iffissata mira ta’ tnaqqis jew li ġew identifikati bħala għajn ta’ infezzjoni f’tifqigħa speċifika fil-bniedem li tinġarr fl-ikel, għandu jkun

(a)

ikkunsidrat bħala bajd tal-Klassi B kif iddefinit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 557/2007 tat-23 ta' Mejju 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1028/2006 dwar standards għat-tqegħid fis-suq tal-bajd (1);

(b)

immarkat bl-indikazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 557/2007 li tifridhom b’mod ċar minn bajd tal-Klassi A qabel ma jitqiegħdu fis-suq.

(c)

projbit milli jidħol f’ċentri ta’ ppakkjar sakemm l-awtorità kompetenti ma tkunx sodisfatta bil-miżuri biex jiġi pprevenut it-tniġġis minn naħa għal oħra ta’ bajd minn qatgħat oħrajn.

3.

Meta jinqatlu jew jinqerdu tjur minn qatgħat infettati, għandhom kemm jista’ jkun jittieħdu miżuri biex jitnaqqas ir-riskju ta’ tixrid taż-żoonożi. Il-qtil għandu jitwettaq skond il-leġislazzjoni tal-Komunità dwar l-iġjene fl-ikel. Il-prodotti li ġejjin minn tjur bħal dawn jistgħu jitqiegħdu fis-suq għall-konsum mill-bniedem skond il-leġisslazzjoni tal-Komunità dwar l-iġjene fl-ikel u, jekk ikun applikabbli, il-parti E. Jekk mhumiex destinati għall-konsum mill-bniedem, dawn il-prodotti għandhom jintużaw jew jiġu eliminati skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

4.

Sabiex jitħallew barra r-riżultati pożittivi foloz tal-bidu, l-awtorità kompetenti tista’ tneħħi r-restrizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 ta’ din il-Parti:

(a)

meta l-qatgħa ta’ tiġieġ li jbidu ma tkunx l-għajn ta’ infezzjoni għall-bnedmin mill-konsum ta’ bajd jew prodotti tal-bajd bħala riżultat ta’ l-investigazzjoni epidemjoloġika ta’ tifqigħat li jinġarru fl-ikel skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2003/99/KE; u

(b)

fejn il-qatgħa tkun sottomessa għal programm ta’ kontroll nazzjonali mwaqqaf skond l-Artikolu 5 u s-serotipi tas-Salmonella li għalihom ġiet stabbilita mira ta’ tnaqqis mhumiex ikkonfermati mill-protokoll ta’ kkampjunar li jkun twettaq mill-awtorità kompetenti:

(i)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/665/KE (7 kampjuni); iżda, sotto-kampjun ta’ 25 gramma jrid jinġabar minn kull materjal fekali u kampjun ta’ trab għall-analiżi; il-kampjuni kollha jridu jiġu analizzati b’mod separat;

jew,

(ii)

investigazzjoni batterjoloġika tal-musrana l-għamja u t-tubi ta’ l-ovarji ta’ 300 tajra;

jew,

(iii)

investigazzjoni batterjoloġika tal-qoxra u l-ġewwieni ta’ 4 000 bajda minn kull qatgħa fi gruppi ta’ mhux aktar minn 40 bajda.

Barra mill-ikkampjunar imsemmi fil-punt (b), l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-assenza ta’ l-użu ta’ antimikrobiċi, li potenzjalment jaffettwa r-riżultat ta’ l-analiżi ta’ l-ikkampjunar.



ANNESS II

Fil-Parti 2 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/696/KE, iċ-ċertifikat veterinarju mudell għall-bajd (E) jinbidel b’dan li ġej:

“Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-bajd (E)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Top