This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1222
Commission Regulation (EC) No 1222/2007 of 18 October 2007 fixing representative prices in the poultrymeat and egg sectors and for egg albumin, and amending Regulation (EC) No 1484/95
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1222/2007 tat- 18 ta’ Ottubru 2007 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1222/2007 tat- 18 ta’ Ottubru 2007 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95
ĠU L 275, 19.10.2007, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31995R1484 | Sostituzzjoni | anness 1 | 19/10/2007 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32007R1222R(01) | (BG, CS, DA, DE, EL, EN, ES, ET, FI, FR, HU, IT, LT, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, SV) | |||
Corrected by | 32007R1222R(02) | (BG, CS, SL) |
19.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 275/30 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1222/2007
tat-18 ta’ Ottubru 2007
li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (2), u partikolarment l-Artikolu 5(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (3), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (4) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd. |
(2) |
Minn kontrolli regolari ta’ l-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skond l-oriġini. Jeħtieġ, għalhekk, li prezzijiet rappreżentattivi jiġu ppublikati. |
(3) |
Meta wieħed iqis s-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li tiġi applikata din l-emenda malajr kemm jista’ jkun. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 huwa sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).
(2) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006.
(3) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 104. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 (ĠU L 305, 19.12.1995, p. 49)
(4) ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1094/2007 (ĠU L 246, 21.9.2007, p. 17).
ANNESS
għar-Regolament tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ottubru 2007 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95
“ANNESS I
Kodici NM |
Deskrizzjoni tal-prodott |
Prezz rappreżentattiv (EUR/100 kg) |
Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3) (EUR/100 kg) |
Oriġini (1) |
0207 12 10 |
Karkassi tat-tiġieġ 70 %, iffriżati |
104,2 |
0 |
01 |
104,6 |
0 |
02 |
||
0207 12 90 |
Karkassi tat-tiġieġ 65 %, iffriżati |
126,6 |
0 |
01 |
109,5 |
3 |
02 |
||
143,2 |
0 |
03 |
||
0207 14 10 |
Qatgħat mingħajr għadam ta’ tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus (sriedak u tiġieġ), iffriżati |
214,1 |
18 |
01 |
263,8 |
11 |
02 |
||
351,3 |
0 |
03 |
||
0207 14 60 |
Koxxox tat-tiġieġ, iffriżati |
111,1 |
10 |
01 |
149,0 |
0 |
03 |
||
0207 27 10 |
Qatgħat tad-dundjani, mingħajr għadam, iffriżati |
322,5 |
0 |
01 |
398,5 |
0 |
03 |
||
1602 32 11 |
Preparazzjonijiet nejjin ta’ tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus (sriedak u tiġieġ) |
229,3 |
17 |
01 |
(1) Oriġini ta' l-importazzjonijiet:
01 |
Il-Brażil |
02 |
L-Arġentina |
03 |
Iċ-Ċilì.” |