This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0759
Commission Regulation (EC) No 759/2007 of 29 June 2007 opening and providing for the administration of an import tariff quota of sausages originating in Iceland
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 759/2007 tad- 29 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni taz-zalzetti li joriġinaw mill-Iżlanda
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 759/2007 tad- 29 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni taz-zalzetti li joriġinaw mill-Iżlanda
ĠU L 172, 30.6.2007, p. 48–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2018; Imħassar b' 32018R0567
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32018R0567 | 01/05/2018 |
30.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 172/48 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 759/2007
tad-29 ta’ Ġunju 2007
li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni taz-zalzetti li joriġinaw mill-Iżlanda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu.
Billi:
(1) |
Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda rigward preferenzi kummerċjali addizzjonali fil-prodotti agrikoli skond l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), kif approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/138/KE (3), jipprovdi għall-ftuħ mill-Komunità ta’ kwota tariffarja annwali ta’ 100 tunnellata zlazet li joriġinaw mill-Iżlanda. |
(2) |
Il-Ftehim jispeċifika li l-kwota tariffarja għandha tapplika annwalment u l-importazzjoni għalhekk għandha titmexxa abbażi tas-sena kalendarja. Madankollu, peress li l-Ftehim huwa applikabbli mill-1 ta’ Marzu 2007, il-kwantità annwali għall-2007 għandha tiġi aġġustata kif jixraq. |
(3) |
Il-Ftehim jispeċifika li l-ftuħ tal-kwota tariffarja għandu jsir mill-1 ta’ Lulju, abbażi tad-disa' xhur għall-2007. Dan ir-Regolament għalhekk għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2007. |
(4) |
Il-kwota tariffarja għandha titmexxa fuq il-bażi tal-prinċipju – min jasal l-ewwel jinqeda l-ewwel. Dan għandu jsir skond l-Artikoli 308a, 308b, u 308ċ(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (4). |
(5) |
Peress li l-kwota taħt dan ir-Regolament ma tippreżentax riskju ta’ tfixkil tas-suq, għall-bidu għandha titqies bħala waħda mhux kritika fl-ambitu ta’ l-Artikolu 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Għalhekk, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom ikunu awtorizzati joħorġu eżenzjoni minn dan ir-rekwiżit għas-sigurtà fir-rigward ta’ oġġetti inizjalment importanti taħt dawk il-kwoti skond l-Artikoli 308ċ(1) u 248(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u l-Artikolu 308ċ(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament ma għandhomx japplikaw. |
(6) |
Għandu jiġi ċċarat liema tip ta’ prova li tiċċertifika l-oriġini tal-prodotti għandha tiġi pprovduta mill-operaturi sabiex jibbenefikaw mill-kwota tariffarja skond is-sistema li min jasal l-ewwel jinqeda l-ewwel. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-laħam tal-majjal, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
1. B'dan tinfetaħ kwota tariffarja tal-Komunità għaz-zlazet tal-kodiċi NM 1601 li joriġinaw mill-Iżlanda (minn issa 'l quddiem “il-kwota tariffarja”), kif stipulat fil-Ftehim bejn il-Komunità u l-Iżlanda kif approvat bid-Deċiżjoni 2007/138/KE.
Il-kwota tariffarja għandha tinfetaħ annwalment għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.
In-numru ta’ l-ordni tal-kwota tariffarja għandu jkun 09.0809.
2. Il-kwantità annwali, f'piż nett, taz-zlazet impurtati taħt il-kwota tariffarja, kif ukoll id-dazju tad-dwana applikabbli huma stipulati fl-Anness.
Għas-sena 2007, il-kwantità disponibbli għandha tkun ta’ 75 tunnellata.
Artikolu 2
Il-kwota tariffarja għandha titmexxa skond l-Artikoli 308a, 308b u 308ċ(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. L-Artikolu 308ċ(2) u (3) ta’ dan ir-Regolament m'għandhomx japplikaw.
Artikolu 3
Biex wieħed jibbenefika mill-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1 u mmexxija skond l-Artikolu 2, prova valida ta’ l-oriġini maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Iżlanda għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Komunità skond ir-regoli li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet kollha ta’ l-Artikoli 55 sa 65 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 61, 28.2.2007, p. 29.
(3) ĠU L 61, 28.2.2007, p. 28.
(4) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).
ANNESS
ZALZETT
Kwota tariffarja tal-Komunità għall-Iżlanda
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Numru ta' l-ordni |
Kwantità annwali (piż nett) |
Rata tad-dazju |
1601 00 |
Zalzett u prodotti simili, ta' laħam, fdal tal-laħam jew demm preparazzjonijiet ta' l-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti |
09.0809 |
100 tunnellata |
0 |