Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0607

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2007 ta’ l- 1 ta’ Ġunju 2007 dwar id-diviżjoni bejn twassil u bejgħ dirett ta’ kwantitajiet ta’ referenza nazzjonali stabbiliti għall-2006/2007 fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003

ĠU L 141, 2.6.2007, p. 28–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/607/oj

2.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 141/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 607/2007

ta’ l-1 ta’ Ġunju 2007

dwar id-diviżjoni bejn “twassil” u “bejgħ dirett” ta’ kwantitajiet ta’ referenza nazzjonali stabbiliti għall-2006/2007 fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kwantitajiet ta’ referenza individwali għall-produtturi. Il-produtturi jistgħu jkollhom kwantità ta’ referenza individwali waħda jew tnejn, waħda għat-twassil u l-oħra għall-bejgħ dirett u dawn il-kwantitajiet jistgħu jitbiddlu minn kwantità ta’ referenza waħda għall-oħra b’talba ġġustifikata kif xieraq mill-produttur.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 832/2006 tat-2 ta’ Ġunju 2006 dwar id-diviżjoni bejn “twassil” u “bejgħ dirett” ta’ kwantitajiet ta’ referenza nazzjonali stabbiliti għall-2005/2006 fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 (2) jistipula d-diviżjoni bejn “twassil” u “bejgħ dirett” għall-perjodu mill-1 ta’ April 2005 għall-31 ta’ Marzu 2006 għall-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit.

(3)

Bi qbil ma’ l-Artikolu 25(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jistipula regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib (3), il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit taw notifikazzjoni dwar il-kwantitajiet li fuq talba mill-produtturi ġew mibdulin definittivament minn kwantitajiet ta’ referenza individwali għat-twassil u għall-bejgħ dirett.

(4)

Bi qbil ma’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 il-kwantitajiet ta’ referenza nazzjonali totali għall-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit għall-2006/2007 huma akbar mill-kwantitajiet ta’ referenza nazzjonali totali għall-2005/2006, u dawn l-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-diviżjoni bejn “twassil” u “bejgħ dirett” tal-kwantitajiet ta’ referenza addizzjonali.

(5)

Bi qbil mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 927/2006 tat-22 ta’ Ġunju 2006 dwar ir-rilaxx ta’ riżerva speċjali għar-ristrutturar stipulat fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 (4), il-kwantitajiet ta’ referenza addizjonali rilaxxati b’effett mill-1 ta’ April 2006 għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u is-Slovakkja ġew allokata taħt “twassil” fil-kwantitajiet ta’ referenza nazzjonali rispettivi.

(6)

Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita d-diviżjoni bejn “twassil” u “bejgħ dirett” tal-kwantitajiet ta’ referenza nazzjonali applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ April 2006 sal-31 ta’ Marzu 2007 stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-diviżjoni bejn “twassil” u “bejgħ dirett” ta’ kwantitajiet ta’ referenzja nazzjonali applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ April 2006 sal-31 ta’ Marzu 2007 stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 123. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 336/2007 (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 43).

(2)  ĠU L 150, 3.6.2006, p. 6 Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1611/2006 (ĠU L 299, 28.10.2006, p. 13).

(3)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(4)  ĠU L 170, 23.6.2006, p. 12.


ANNESS

(tunnellati)

L-Istati Membri

Twassiliet

“Bejgħ dirett”

Il-Belġju

3 262 989,617

63 993,383

Ir-Repubblika Ċeka

2 735 310,008

2 620,992

Id-Danimarka

4 477 305,428

318,572

Il-Ġermanja

27 908 872,018

94 274,406

L-Estonja

633 434,407

12 933,593

L-Irlanda

5 393 313,962

2 450,038

Il-Greċja

819 561,000

952,000

Spanja

6 050 260,675

66 689,325

Franza

24 006 673,257

350 303,743

L-Italja

10 280 493,532

249 566,468

Ċipru

142 776,881

2 423,119

Il-Latvja

715 403,768

13 244,232

Il-Litwanja

1 586 145,968

118 693,032

Il-Lussemburgu

269 899,000

495,000

L-Ungerija

1 879 678,121

110 381,879

Malta

48 698,000

0,000

L-Olanda

11 052 450,000

77 616,000

L-Awstrija

2 653 537,288

110 604,373

Il-Polonja

9 192 243,429

187 899,571

Il-Portugall (1)

1 920 947,814

8 876,186

Is-Slovenja

553 477,272

23 160,728

Is-Slovakkja

1 030 036,592

10 751,408

Il-Finlandja

2 412 009,654

7 800,353

L-Iżvezja

3 316 415,000

3 100,000

Ir-Renju Unit

14 554 079,916

128 617,085


(1)  Minbarra Madejra


Top