Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0589

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 589/2007 tat- 30 ta’ Mejju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1555/96 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali għal-lanġas, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda

    ĠU L 139, 31.5.2007, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R1580

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/589/oj

    31.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 139/17


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 589/2007

    tat-30 ta’ Mejju 2007

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1555/96 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali għal-lanġas, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1), u partikolarment l-Artikolu 33(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1555/96 tat-30 ta' Lulju 1996 dwar ir-regoli ta' applikazzjoni għal dazji addizzjonali ta' importazzjoni fuq frott u ħxejjex (2) jipprevedi sorveljanza ta' l-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness tiegħu. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skond ir-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

    (2)

    Għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar il-Biedja (4) konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali ta' l-Uruguay Round, u abbażi ta' l-aħħar dejta disponibbli għall-2003, 2004 u 2005, jeħtieġ li jiġu emendati l-limiti li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda.

    (3)

    Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 1555/96 għandu jiġi emendat.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-frott u l-ħaxix frisk,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1555/96 huwa sostitwit bit-test ta' l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Ġunju 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

    (2)  ĠU L 193, 3.8.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 480/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 48).

    (3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).

    (4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


    ANNESS

    “ANNESS

    Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija meqjusa biss bħala indikattiva. L-ambitu ta' l-applikazzjoni tad-dazji addizzjonali hija stabbilita fil-qafas ta' dan l-Anness, abbażi tal-kodiċijiet NM fis-seħħ fil-mument ta' l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

    Numru tas-serje

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Perjodu ta' applikazzjoni

    Limiti li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali

    (f'tunnellati)

    78.0015

    0702 00 00

    Tadam

    mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Mejju

    325 524

    78.0020

    mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

    25 110

    78.0065

    0707 00 05

    Ħjar

    mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru

    3 462

    78.0075

    mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' April

    7 332

    78.0085

    0709 90 80

    Qaqoċċ

    mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' Ġunju

    5 770

    78.0100

    0709 90 70

    Zukkini (qara' bagħli żgħir)

    mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru

    37 250

    78.0110

    0805 10 20

    Larinġ

    mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Mejju

    271 744

    78.0120

    0805 20 10

    Klementina

    mill-1 ta' Novembru sa l-aħħar ta' Frar

    116 637

    78.0130

    0805 20 30

    0805 20 50

    0805 20 70

    0805 20 90

    Mandolina (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); wilkings u ibridi simili taċ-ċitru

    mill-1 ta' Novembru sa l-aħħar ta' Frar

    91 359

    78.0155

    0805 50 10

    Lumi

    mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru

    326 811

    78.0160

    mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju

    61 504

    78.0170

    0806 10 10

    Għeneb tal-mejda

    mill-21 ta' Lulju sa l-20 ta' Novembru

    70 731

    78.0175

    0808 10 80

    Tuffieħ

    mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu

    1 026 501

    78.0180

    mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru

    51 941

    78.0220

    0808 20 50

    Lanġas

    mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April

    239 427

    78.0235

    mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru

    35 716

    78.0250

    0809 10 00

    Berquq

    mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju

    14 163

    78.0265

    0809 20 95

    Ċirasa, għajr għaċ-ċirasa qarsa

    mill-21 ta' Mejju sa l-10 ta' Awwissu

    114 530

    78.0270

    0809 30

    Ħawħ, inkluż nuċiprisk

    mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

    11 980

    78.0280

    0809 40 05

    Għanbaqar

    mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

    5 806 ”


    Top