Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0543

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2007 tas- 16 ta’ Mejju 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tar-ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Mejju 2007 bir-Regolament (KE) Nru 2021/2006

    ĠU L 129, 17.5.2007, p. 7–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/543/oj

    17.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 129/7


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 543/2007

    tas-16 ta’ Mejju 2007

    dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tar-ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Mejju 2007 bir-Regolament (KE) Nru 2021/2006

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2021/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti għall-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Istati Afrikani, mill-Karibew u mill-Paċifiku (AKP) u mill-pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCT) (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2021/2006 stabbilixxa kwota tariffarja annwali globali għall-importazzjoni ta' 160 000 tunnellata ta' ross, espressa fl-ekwivalenti ta' ross imqaxxar, li minnha 125 000 tunnella toriġina mill-Istati AKP (numru tas-serje 09.4187), 25 000 tunnellata mill-Antilli Olandiżi u minn Aruba (numru tas-serje 09.4189) u 10 000 tunnellata toriġina mill-OCT l-anqas żviluppati (numru tas-serje 09.4190) u kwota tariffarja annwali ta' 20 000 tunnellata għar-ross miksur li joriġina mill-Istati AKP (numru tas-serje 09.4188).

    (2)

    Għall-kwoti previsti fl-Artiklu 1(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 2021/2006, it-tieni subperjodu jikkorrispondi għax-xahar ta' Mejju.

    (3)

    Mill-komunikazzjoni magħmula skond l-Artikolu 17(a) tar-Regolament (KE) Nru 2021/2006, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4187, 09.4188 u 09.4189, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel ħamest ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Mejju 2007, skond l-Artikolu 13, l-ewwel subparagrafu, ta' l-imsemmi Regolament, jirrappreżenta kwantità ekwivalenti ta' ross imqaxxar superjuri għal date disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat f'liema miżura jistgħu jinħarġu l-liċenzji, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' l-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet tal-kwoti kkonċernati.

    (4)

    Barra minn hekk jirriżulta, mill-komunikazzjoni msemmija aktar kmieni, li għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4190, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel ħamest ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Mejju 2007, skond l-Artikolu 13, l-ewwel subparagrafu, ta' l-imsemmi Regolament, jirrappreżenta kwantità ekwivalenti ta' ross imqaxxar superjuri għal date disponibbli.

    (5)

    Jeħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tal-kwota ta' wara, skond Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 2021/2006,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni tar-ross li jaqgħu taħt il-kwoti bin-numri tas-serje 09.4187, 09.4188 u 09.4189 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2021/2006, imressqa matul l-ewwel ħamest ijiem ta' xogħol ta' l-2007, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skond il-koeffiċjenti ta' l-allokazzjoni stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    2.   Il-kwantitajiet totali disponibbli fil-kuntest tal-kwoti bin-numri tas-serje 09.4187, 09.4188, 09.4189 u 09.4190 stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 2021/2006 għas-subperjodu tal-kwota ta' wara, huma stabbiliti bl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Mejju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

    (2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

    (3)  ĠU L 384, 29.12.2006, p. 61.


    ANNESS

    Kwantitajiet li għandhom jiġu assenjati għas-subperjodu tax-xahar ta' Mejju 2007 u kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu ta' wara, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2021/2006

    L-oriġini/Il-prodott

    In-numru tas-serje

    Il-koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Mejju 2007

    Il-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Settembru 2007

    (f'kg)

    AKP [l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 2021/2006]

    09.4187

    29,237747  %

    41 666 004

    kodiċijiet NM 1006 10 21 sa 1006 10 98 , 1006 20 u 1006 30

     

     

     

    AKP [l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 2021/2006]

    09.4188

    91,620043  %

    0

    kodiċi NM 1006 40 00

     

     

     

    OCT [l-Artikolu 8 u 9(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 2021/2006]

     

     

     

    kodiċi NM 1006

     

     

     

    a)

    L-Antilli Olandiżi u Aruba

    09.4189

    67,574812  %

    8 333 001

    b)

    L-OCT l-inqas żviluppati

    09.4190

     (1)

    10 000 000


    (1)  mingħajr il-koeffiċjent ta' l-allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.


    Top