This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0436
Commission Regulation (EC) No 436/2007 of 20 April 2007 on proof of completion of customs formalities for the import of sugar into third countries as provided for in Article 16 of Regulation (EC) No 800/1999
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2007 ta' l- 20 ta’ April 2007 dwar il-prova li l-formalitajiet doganali jkunu twettqu fir-rigward ta' l-importazzjoni taz-zokkor f'pajjiż terzi, kif ipprovdut fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2007 ta' l- 20 ta’ April 2007 dwar il-prova li l-formalitajiet doganali jkunu twettqu fir-rigward ta' l-importazzjoni taz-zokkor f'pajjiż terzi, kif ipprovdut fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999
ĠU L 104, 21.4.2007, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 311–312
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007
29.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
311 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 436/2007
ta' l-20 ta’ April 2007
dwar il-prova li l-formalitajiet doganali jkunu twettqu fir-rigward ta' l-importazzjoni taz-zokkor f'pajjiż terzi, kif ipprovdut fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta' April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli (1), partikolarment l-Artikolu 16(4) tiegħu,
billi:
(1) |
L-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur taz-zokkor (2) jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, fejn dan ikun meħtieġ minħabba s-sitwazzjoni tas-suq dinji jew il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq. |
(2) |
L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 958/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 dwar sejħa permanenti għal offerti sabiex jiġu stabbiliti rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta' zokkor abjad (3) għas-sena tas-suq 2006/2007, jipprovdi għal dik id-differenzjazzjoni billi jkunu esklużi ċerti destinazzjonijiet. |
(3) |
L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 jipprovdi li meta r-rata tar-rifużjoni tvarja skond id-destinazzjoni, ir-rifużjonijiet għandhom jitħallsu soġġetti għall-kundizzjonijiet addizzjonali stabbiliti fl-Artikoli 15 u 16. |
(4) |
L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 jipprovdi li l-prodotti għandhom jiġu importati fl-istat mhux mibdul tagħhom, f'pajjiż terz jew f'wieħed mill-pajjiżi terzi li dwarhom japplikaw ir-rifużjonijiet. |
(5) |
L-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 jindika d-dokumenti differenti li jistgħu jkunu l-prova tat-twettiq tal-formalitajiet doganali għall-importazzjoni f'pajjiż terz, fil-każ ta' differenzjazzjoni tar-rata tar-rifużjoni skond id-destinazzjoni. Skond din id-dispożizzjoni, l-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, f'ċerti każi speċifiċi li jridu jiġu ddeterminati, li l-prova msemmija f'dak l-Artikolu tista' titqies bħala mogħtija permezz ta' dokument partikolari jew b'xi mod ieħor. |
(6) |
Operazzjonijiet ta' esportazzjoni fis-settur taz-zokkor normalment ikunu regolati b'kuntratti li jkunu fuq bażi ta' frank abbord (fob) fiq is-suq tal-futures ta' Londra. B'konsegwenza, ix-xerrejja jieħdu lura, f'dan l-istadju fob, l-obbligi kollha tal-kuntratt, inkluż il-prova ta' twettiq tal-formalitajiet doganali, mingħajr ma huma direttament il-benefiċjarji tar-rifużjoni li din il-prova tagħti dritt għaliha. Il-kisba ta' din il-prova għall-kwantitajiet importati tista' timplika diffikultajiet amministrattivi kbar f'ċerti pajjiżi, u dan jista' jdewwem jew iżomm konsiderevolment il-ħlas tar-rifużjoni għall-kwantitajiet effettivament esportati. |
(7) |
Sabiex jiġu limitati l-konsegwenzi fuq l-ekwilibriju tas-suq taz-zokkor, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2255/2004 tas-27 ta' Diċembru 2004 dwar il-prova tat-twettiq tal-formalitajiet doganali għall-importazzjoni taz-zokkor f'pajjiż terz, jipprovdi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 (4) li jiġu ddeterminati provi alternattivi li joffru l-garanziji li jippermettu li l-prodott jitqies bħala importat fil-pajjiż terz. |
(8) |
Billi sa mill-31 ta' Diċembru 2006, id-data tat-tmiem ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2255/2004, wieħed jista' jara persistenza tad-diffikultajiet amministrattivi u tal-konsegwenzi tagħhom għas-suq, jeħtieġ li jiġu ddeterminati mill-ġdid il-provi alternattivi dwar id-destinazzjoni għall-esportazzjonijiet li jkunu saru mill-1 ta' Jannar 2007 u li tiġi pprovduta bħala konsegwenza applikazzjoni retroattiva ta' dan ir-Regolament. |
(9) |
Minħabba li din hija deroga, il-perjodu ta' l-applikazzjoni tagħha għandu jkun ristrett. |
(10) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaz-zokkor, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-esportazzjonijiet li jkunu saru skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, il-prodott jitqies importat f'pajjiż terz meta jiġu ppreżentati t-tliet dokumenti li ġejjin:
(a) |
kopja tad-dokument tat-trasport; |
(b) |
dikjarazzjoni li l-prodott nħatt, magħmula jew minn awtorità uffiċjali tal-pajjiż terz li ssemma, mill-awtoritajiet uffiċjali ta' wieħed mill-Istati Membri stabbiliti fil-pajjiż tad-destinazzjoni, jew minn aġenzija ta' sorveljanza internazzjonali approvata skond l-Artikolu 16a sa 16f tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, li tiċċertifika li l-prodott ħalla l-post tal-ħatt jew għall-inqas li, sa fejn tkun taf l-awtorità jew l-aġenzija li toħroġ id-dikjarazzjoni, il-prodott ma jkunx sussegwentement tgħabba mill-ġdid bl-għan li jerġa' jkun esportat; |
(c) |
dokument bankarju maħruġ minn intermedjarji awtorizzati stabbiliti fil-Komunità li jiċċertifika li l-pagament li jikkorrispondi għall-esportazzjoni msemmija ġie kkreditat fil-kont ta' l-esportatur li jkun infetaħ magħhom, jew prova tal-pagament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ April 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.11.2006, p. 52).
(2) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).
(3) ĠU L 175, 29.6.2006, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 203/2007 (ĠU L 61, 28.2.2007, p. 3).
(4) ĠU L 385, 29.12.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 2121/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 24).