EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0100

100/2007/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 100/2007 ta’ l- 1 ta’ Frar 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 877/2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 fir-rigward tan-notifika ta’ prezzijiet fis-swieq għal ċertu frott u ħaxix frisk, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

ĠU L 26, 2.2.2007, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 319M, 29.11.2008, p. 488–488 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/100/oj

29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

488


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 100/2007

ta’ l-1 ta’ Frar 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 877/2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 fir-rigward tan-notifika ta’ prezzijiet fis-swieq għal ċertu frott u ħaxix frisk, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, b'mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 28(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix (1) jeħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni għal kull jum tas-suq matul kull waħda mis-snin rilevanti tas-suq bil-prezzijiet irreġistrati fis-swieq rappreżentattivi tal-produtturi għal ċerti prodotti ta' karatteristiċi kummerċjali definiti bħal varjetà jew tip, klassi, daqs u ppakkjar.

(2)

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 877/2004 (2) jistabbilixxi lista ta’ swieq rappreżentattivi li fihom titqiegħed fis-suq parti sostanzjali mir-rendiment nazzjonali ta’ prodott partikolari matul is-sena kollha tas-suq jew matul wieħed mill-perjodi li fih tinqasam is-sena.

(3)

Minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2007, għandhom jiġu stabbiliti swieq rappreżentattivi għalihom.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 877/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 877/2004 huwa emendat kif ġej:

(a)

“Sofia (BG)” qed tiżdied mal-lista ta’ swieq rappreżentattivi għall-prodotti li ġejjin: “Tadam”, “Brunġiel”, “Dulliegħ”, “Bettieħ”, “Berquq”, “Ħawħ”, “Għeneb tal-mejda”, “Ċirasa”, “Ħjar”, “Għanbaqar” u “Bżar ħelu”;

(b)

“Bucharest (RO)” qed tiżdied mal-lista ta’ swieq rappreżentattivi għall-prodotti li ġejjin: “Tadam”, “Brunġiel”, “Dulliegħ”, “Berquq”, “Tuffieħ”, “Ċirasa”, “Ħjar”, “Tewm”, “Zunnarija”, “Għanbaqar”, “Bżar ħelu”, “Basal” u “Fażola”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 54. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 974/2006 (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 68).


Top