Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0785

    2007/785/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta' patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur fir-Renju Unit, ir-Rumanija u l-Polonja (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6109) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 316, 4.12.2007, p. 62–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/785/oj

    4.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 316/62


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-3 ta’ Diċembru 2007

    li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta' patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur fir-Renju Unit, ir-Rumanija u l-Polonja

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6109)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2007/785/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 63(3) tagħha,

    Billi,

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta' patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE (4) tistabbilixxi ċerti miżuri ta' protezzjoni biex ikunu applikati sabiex tkun evitata l-firxa ta' dik il-marda, fosthom it-twaqqif ta' żoni A u B wara tifqigħa suspettata jew konfermata tal-marda.

    (2)

    Wara tifqigħa ta' l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fir-Renju Unit, fil-kontea ta’ Suffolk, id-Deċiżjoni 2006/415/KE ġiet emendata mid-Deċiżjoni 2007/731/KE (5), sabiex jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE.

    (3)

    Il-miżuri ta’ protezzjoni meħuda mir-Renju Unit skond id-Deċiżjoni 2006/415/KE, inkluż it-twaqqif taż-Żoni A u B, kif stipulat fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni, issa ġew riveduti fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

    (4)

    Peress li kien hemm tifqigħa oħra tal-marda fiż-żona ristretta, id-deskrizzjoni taż-żona taħt restrizzjoni u t-tul tal-miżuri għandhom jiġu emendati biex iqisu l-qagħda edipemoloġika.

    (5)

    Wara tifqigħa ta' influwenza ta' patoġeniċità għolja tas-subtip H5N1 f'qatgħa domestika fir-Rumanija fil-kontea ta' Tulcea, id-Deċiżjoni 2006/415/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2007/770/KE (6), sabiex temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE.

    (6)

    Il-miżuri ta' protezzjoni meħuda mir-Rumanija skond id-Deċiżjoni 2006/415/KE, inkluż it-twaqqif taż-żoni A u B, kif previst fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni, issa ġew riveduti fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

    (7)

    Il-Polonja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat ta' influwenza ta' patoġeniċità għolja tas-subtip H5N1 f'azjendi tat-tjur fil-kontea ta' Brudzeń Duży fit-territorju tagħha u ħadet il-miżuri xierqa kif previst fid-Deċiżjoni 2006/415/KE, inkluż it-twaqqif taż-żoni A u B, kif previst fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni.

    (8)

    Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri f'kollaborazzjoni mal-Polonja, u hija sodisfatta li l-konfini taż-Żoni A and B stabbiliti mill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru huma f'distanza biżżejjed għal post konkret tat-tifqigħa. Għalhekk iż-Żoni A u B fil-Polonja jistgħu jiġu kkonfermati u d-dewmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni jista' jiġi stabbilit.

    (9)

    Għalhekk id-Deċiżjoni 2006/415/KE għandha tiġi emendata skond dan.

    (10)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 3 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); verżjoni kkoreġuta (ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

    (2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

    (3)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

    (4)  ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2007/770/KE (ĠU L 311, 29.11.2007, p. 45).

    (5)  ĠU L 295, 14.11.2007, p. 28.

    (6)  ĠU L 311, 29.11.2007, p. 45


    ANNESS

    “ANNESS

    IL-PARTI A

    Iż-Żona A kif stabbilita skond l-Artikolu 4(2).

    ISO Kodiċi tal-Pajjiż

    Stat Membru

    Żona A

    Data sakemm applikabbli l-Artikolu 4(4)(b)(iii)

    Kodiċi

    (jekk disponibbli)

    Isem

    UK

    IR-RENJU UNIT

    SUFFOLK

    00162

    NORFOLK

    00154

    Żona ta' protezzjoni:

    Żona li tikkonsisti f'dik il-parti tal-kontea ta' Suffolk u Norfolk li tinsab fiċ-ċirku radjus ta' 3 kilometri, iċċentrat fuq ir-referenza tal-grid TM 06178 76666 u TL 9506381001 (*).

    19.12.2007

    SUFFOLK

    00162

    NORFOLK

    00154

    Żona ta' sorveljanza:

    Żona li tikkonsisti f'dik il-parti tal-kontea ta' Suffolk u Norfolk li tinsab fiċ-ċirku radjus ta' 10 kilometri, iċċentrat fuq ir-referenza tal-grid TM 06178 76666 u TL 9506381001 (*).

    RO

    IR-RUMANIJA

    00038

    Żona ta' protezzjoni:

    Murighiol

    31.12.2007

    00038

    Żona ta' sorveljanza:

     

    Dunavatu de Jos

     

    Dunavatu de Sus

     

    Colina

     

    Plopu

     

    Sarinasuf

     

    Mahmudia

    PL

    IL-POLANJA

    MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

    01400

    distrett Płock

    Żona ta' protezzjoni:

     

    Kontea ta' Brudzeń Duży:

     

    Główina

     

    Gorzechówko

     

    Gorzechowo

     

    Myśliborzyce

     

    Rembielin

     

    Rokicie

     

    Siecień

     

    Siecień Rumunki

     

    Strupczewo Duże

     

    Uniejewo

     

    Więcławice

     

    Kontea ta' Nowy Duninów:

     

    Karolewo

     

    Nowa Wieś

     

    Nowy Duninów

    31.12.2007

    KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

    00400

    distrett Włocławek

    Żona ta' protezzjoni:

    Kontea ta' Włocławek ta':

     

    Skoki Duże

     

    Skoki Małe

    MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

    01400

    distrett Płock

    Żona ta' sorveljanza:

     

    Kontea ta' Brudzeń Duży:

     

    Bądkowo

     

    Bądkowo Jeziorne

     

    Bądkowo Kościelne

     

    Bądkowo Podlasie

     

    Bądkowo Rochny

     

    Biskupice

     

    Brudzeń Duży

     

    Brudzeń Mały

     

    Cegielnia

     

    Cierszewo

     

    Izabelin

     

    Janoszyce

     

    Karwosieki Cholewice

     

    Kłobukowo

     

    Krzyżanowo

     

    Lasotki

     

    Murzynowo

     

    Noskowice

     

    Parzeń

     

    Parzeń Janówek

     

    Patrze

     

    Radotki

     

    Robertowo

     

    Sikórz

     

    Sobowo

     

    Suchodół

     

    Turza Mała

     

    Turza Wielka

     

    Wincentowo

     

    Winnica

     

    Zdziębórz

     

    Żerniki

     

    Kontea ta' Stara Biała:

     

    Brwilno Górne

     

    Kobierniki

     

    Kowalewko

     

    Ludwikowo

     

    Mańkowo

     

    Maszewo Duże

     

    Srebrna

     

    Ulaszewo

     

    Wyszyna

     

    Kontea ta' Nowy Duninów:

     

    Brwilno Dolne

     

    Brzezinna Góra

     

    Duninów Duży

     

    Grodziska

     

    Jeżowo

     

    Kamion

     

    Kobyla Góra

     

    Środoń

     

    Stary Duninów

     

    Studzianka

     

    Wola Brwileńska

    MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

    01400

    distrett Sierpc

    Żona ta' sorveljanza:

    Kontea ta' Mochowo:

     

    Będorzyn.

     

    Grodnia

     

    Łukoszyn

     

    Łukoszyno Biki

    KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

    00400

    distrett Włocławek

    Żona ta' sorveljanza:

    Kontea ta' Włocławek:

     

    Dąb Mały

     

    Dąb Polski

     

    Dąb Wielki

     

    Dobiegniewo

     

    Jazy

    KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

    00400

    distrett Lipno

    Żona ta' sorveljanza:

     

    Kontea ta' Dobrzyń nad Wisłą:

     

    Chalin

     

    Chudzewo

     

    Dobrzyń Nad Wisłą

     

    Kamienica

     

    Łagiewniki

     

    Lenie Wielkie

     

    Michałkowo

     

    Mokówko

     

    Mokowo

     

    Płomiany

     

    Ruszkowo

     

    Wierznica

     

    Wierzniczka

     

    Kontea ta' Tłuchowo:

     

    Trzcianka

    IL-PARTI B

    Iż-żona B kif stabbilita stond l-Artikolu 4(2):

    ISO Kodiċi tal-Pajjiż

    Stat Membru

    Żona B

    Data sakemm applikabbli l-Artikolu 4(4)(b)(iii))

    Kodiċi

    (jekk disponibbli)

    Isem

    UK

    IR-RENJU UNIT

    NORFOLK

    00154

    SUFFOLK

    00162

    Id-distretti ta':

     

    Babergh

     

    Breckland

     

    Forest Heath

     

    Ipswich

     

    Mid Suffolk

     

    Norwich

     

    St Edmundsbury

     

    South Norfolk

     

    Suffolk Coastal

     

    Waveney

    19.12.2007

    RO

    IR-RUMANIA

    00038

    Kontea ta' Tulcea

    31.12.2007

    PL

    IL-POLANJA

    MAZOWIECKIE VOIVODSHIP

    01400

    distrett Płock

    Kontej ta':

     

    Bielsk

     

    Bodzanów

     

    Brudzeń Duży

     

    Bulkowo

     

    Drobin

     

    Gąbin

     

    Łąck

     

    Mała Wieś

     

    Nowy Duninów

     

    Radzanowo

     

    Słubice

     

    Słupno

     

    Stara Biała

     

    Staroźreby

     

    Wyszogród

    31.12.2007

    belt ta' Płock

     

    distrett Gostynin

    Kontej ta':

     

    Gostynin

     

    Pacyna

     

    Sanniki

     

    Szczawin Kościelny

    distrett Sierpc

    Kontej ta':

     

    Gozdowo

     

    Mochowo

     

    Rościszewo

     

    Sierpc

     

    Szczutowo

     

    Zawidz

    KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

    00400

    distrett Włocławek

    Kontej ta':

     

    Baruchowo

     

    Boniewo

     

    Brześć Kujawski

     

    Choceń

     

    Chodecz

     

    Fabianki

     

    Izbica Kujawska

     

    Kowal

     

    Lubanie

     

    Lubień Kujawski

     

    Lubraniec

     

    Włocławek

    KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP

    00400

    distrett Lipno

    Kontej ta':

     

    Bobrowniki

     

    Chrostkowo

     

    Dobrzyń nad Wisłą

     

    Kikół

     

    Lipno

     

    Skępe

     

    Tłuchowo

     

    Wielgie

    belt ta' Włocławek”

     


    (*)  Ir-referenza tal-grid hija referenza tal-Grid Nazzjonali tal-Gran Brittanja.


    Top