This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0729
2007/729/EC: Commission Decision of 7 November 2007 amending Council Directives 64/432/EEC, 90/539/EEC, 92/35/EEC, 92/119/EEC, 93/53/EEC, 95/70/EC, 2000/75/EC, 2001/89/EC, 2002/60/EC, and Decisions 2001/618/EC and 2004/233/EC as regards lists of national reference laboratories and State institutes (notified under document number C(2007) 5311) (Text with EEA relevance )
2007/729/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 64/432/KEE, 90/539/KEE, 92/35/KEE, 92/119/KEE, 93/53/KEE, 95/70/KE, 2000/75/KE, 2001/89/KE, 2002/60/KE u d-Deċiżjonijiet 2001/618/KE u 2004/233/KE fir-rigward tal-listi tal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali u l-istituti Statali (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5311) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2007/729/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 64/432/KEE, 90/539/KEE, 92/35/KEE, 92/119/KEE, 93/53/KEE, 95/70/KE, 2000/75/KE, 2001/89/KE, 2002/60/KE u d-Deċiżjonijiet 2001/618/KE u 2004/233/KE fir-rigward tal-listi tal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali u l-istituti Statali (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5311) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429 U 32020R0687
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31964L0432 | Emenda | anness B | 20071107 | |
Modifies | 31964L0432 | Emenda | anness C | 20071107 | |
Modifies | 31964L0432 | Emenda | anness D | 20071107 | |
Modifies | 31990L0539 | Emenda | anness 1 | DAETFF | |
Modifies | 31992L0035 | Emenda | anness 1 | DAETFF | |
Modifies | 31992L0035 | Sostituzzjoni | anness 2 | DAETFF | |
Modifies | 31993L0053 | Emenda | anness A | DAETFF | |
Modifies | 31995L0070 | Emenda | anness C | DAETFF | |
Modifies | 32000L0075 | Emenda | anness 1 | DAETFF | |
Modifies | 32001D0618 | Emenda | anness 3 | DAETFF | |
Modifies | 32001L0089 | Emenda | anness 3 | DAETFF | |
Modifies | 32002L0060 | Emenda | anness 4 | DAETFF | |
Modifies | 32004D0233 | Emenda | anness 1 | DAETFF |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32008D0185 | Revoka parzjali | |||
Implicitly repealed by | 32020R0687 | 21/04/2021 |
13.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 294/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-7 ta’ Novembru 2007
li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 64/432/KEE, 90/539/KEE, 92/35/KEE, 92/119/KEE, 93/53/KEE, 95/70/KE, 2000/75/KE, 2001/89/KE, 2002/60/KE u d-Deċiżjonijiet 2001/618/KE u 2004/233/KE fir-rigward tal-listi tal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali u l-istituti Statali
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5311)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/729/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(2) u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 16(1) tiegħu;
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali li jirregolaw il-kummerċ intrakomunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd tat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u partikolarment l-Artikolu 34 tagħha;
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta’ April 1992 li tistabilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel (3) b’mod partikolari l-Artikolu 18 tagħha;
Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta’ ċertu mard ta’ l-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KE ta’ l-24 ta’ Ġunju 1993 li tintroduċi miżuri minimi Komunitàrji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-ħut (5), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 18 tagħha;
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE tat-22 ta’ Diċembru 1995 li tintroduċi miżuri minimi Komunitarji għall-kontroll ta’ xi mard li jaffettwa l-molluski bivalvi (6), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 9 tagħha;
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta’ l-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta’ l-infafet vesikolari (id-deni klassiku) tal-ħnieżer (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (9), u partikolarment l-Artikolu 26(1) tagħha;
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandarizazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (10), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tistipola lista ta’ istituzzjonijiet Statali u laboratorji ta’ referenza nazzjonali li huma risponsabbli mit-testjar uffiċjali tat-tuberkulini u r-reaġenti, lista ta’ laboratorji ta’ referenza nazzjonali għall-bruċellożi bovina, kif ukoll lista ta’ istituzzjonijiet responsabbli għall-kalibrazzjoni u l-antiġen standard li jintuża fit-testjar fil-laboratorju kontra s-serum standard tal-KEE (serum EI) li huwa pprovdut mil-Laboratorju Veterinarju Statali tas-Serum ġewwa Kopenħagen, fir-rigward tal-lewkożi enzootika bovina. |
(2) |
Id-Direttiva 90/539/KEE tipprevedi l-ħatra mill-Istati Membri ta’ laboratorji ta’ referenza nazzjonali li huma responsabbli mill-koordinazzjoni ta’ metodi dijanjostiċi u l-użu tagħhom mil-laboratorji approvati. Il-laboratorji ta’ referenza nazzjonali huma elenkati f’dik id-Direttiva. |
(3) |
Id-Direttiva 92/35/KEE tipprevedi l-ħatra mill-Istati Membri ta’ laboratorji ta’ referenza nazzjonali li huma responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ metodi dijanjostiċi u l-użu tagħhom mil-laboratorji approvati. Il-laboratorji nazzjonali huma mniżżla f’dik id-Direttiva. Id-Direttiva 92/35/KEE ssemmi wkoll l-laboratorji ta’ referenza Komunitarji għall-marda Afrikana taż-żwiemel. |
(4) |
Id-Direttiva 92/119/KEE tipprevedi l-ħatra mill-Istati Membri tal-laboratorji nazzjonali, għal kull marda li tissemma f’dik id-Direttiva. Il-lista tal-laboratorji nazzjonali għall-marda vesikulari tal-ħnieżer hija stipulata f’dik id-Direttiva. |
(5) |
Id-Direttiva 93/53/KEE tipprevedi l-ħatra mill-Istati Membri tal-laboratorji nazzjonali tar-referenzi, għal kull marda li tissemma f’dik id-Direttiva. Il-lista ta’ laboratorji ta’ referenza nazzjonali għall-mard tal-ħut hija stipulata f’dik id-Direttiva. |
(6) |
Id-Direttiva 95/70/KE tipprevedi l-ħatra mill-Istati Membri tal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali sabiex iġibu fis-seħħ il-kisba tal-kampjuni u t-testjar. Il-lista ta’ laboratorji ta’ referenza nazzjonali għall-mard tal-molluski bivalvi hija stipulata f’dik id-Direttiva. |
(7) |
Id-Direttiva 2000/75/KEE tipprevedi l-ħatra mill-Istati Membri tal-laboratorji nazzjonali responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tali tal-laboratorju. Dawk il-laboratorji ta’ referenza nazzjonali huma elenkati f’dik id-Direttiva. |
(8) |
Id-Direttiva 2001/89/KE tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li laboratorju nazzjonali ta’ referenza ikun responsabbli mill-koordinazzjoni tal-metodi tad-dijanjosi. Dawk il-laboratorji ta’ referenza nazzjonali huma elenkati f’dik id-Direttiva. |
(9) |
Id-Direttiva 2002/60/KE tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li laboratorju nazzjonali tar-referenzi ikun responsabbli mill-koordinazzjoni tal-metodi tad-dijanjosi. Dawk il-laboratorji ta’ referenza nazzjonali huma elenkati f’dik id-Direttiva. |
(10) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE tat-23 ta’ Lulju 2001 dwar garanziji addizzjonali fil-kummerċ intrakomunitarju ta’ ħnieżer rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda u tirrevoka d-Deċiżjonijiet 93/24/KEE u 93/244/KEE (11) tistabbilixxi l-lista ta’ l-istituti responsabbli mill-kontroll tal-kwalità tal-metodu ELISA f’kull Stat Membru, u b’mod partikolari għall-produzzjoni u l-istandardizzazzjoni tas-sjeri li huma standard nazzjonali skond is-sjeri ta’ referenza Komunitarja. Dik il-lista hija stipulata f’dik id-Deċiżjoni. |
(11) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/233/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 2004 li tawtorizza l-laboratorji sabiex jiċċekkjaw l-effikaċja tal-vaċċinazzjoni kontra l-idrofobja fuq ċerti annimali domestiċi karnivori (12) tistabbilixxi l-lista ta’ laboratorji awtorizzati fl-Istati Membri fuq il-bażi tar-riżultati tat-testijiet ta’ kompetenza magħrufa mil-Laboratorju AFSSA, Nancy, Franza, maħtura bħala l-istitut speċifiku responsabbli mit-twaqqif tal-kriterji meħtieġa għall-istandardizzazzjoni tat-testijiet seroloġiċi biex tiġi kkontrollata l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija. |
(12) |
Ċerti Stati Membri ressqu talbiet biex ibiddlu d-dettalji rigward ir-referenza nazzjonali tagħhom jew il-laboratorji awtorizzati elenkati f’dawk id-Direttivi jew Deċiżjonijiet. Id-dettalji rigward il-laboratorji ta’ referenza Komunitarji għall-marda Afrikana taż-żwiemel għandhom jinbidlu wkoll. |
(13) |
Id-Direttivi 64/432/KEE, 90/539/KEE, 92/35/KEE, 92/119/KEE, 93/53/KEE, 95/70/KE, 2000/75/KE, 2001/89/KE, 2002/60/KE u d-Deċiżjonijiet 2001/618/KE u 2004/233/KE, għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan. |
(14) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Direttivi 64/432/KEE, 90/539/KEE, 92/35/KEE, 92/119/KEE, 93/53/KEE, 95/70/KE, 2000/75/KE, 2001/89/KE, 2002/60/KE u d-Deċiżjonijiet 2001/618/KE u 2004/233/KE, huma emendati skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
(2) ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(3) ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(4) ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/10/KE (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 24).
(5) ĠU L 175, 19.7.1993, p. 23. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(6) ĠU L 332, 30.12.1995, p. 33. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(7) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2006/104/KE.
(8) ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Id-Direttiva kif emendate bid-Direttiva 2006/104/KE.
(9) ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27. Id-Direttiva kif emendate bid-Direttiva 2006/104/KE.
(10) ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/60/KE (ĠU L 23, 28.1.2003, p. 30).
(11) ĠU L 215, 9.8.2001, p. 48. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/603/KE (ĠU L 236, 8.9.2007, p. 7).
(12) ĠU L 71, 10.3.2004, p. 30. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS
Id-Direttivi 64/432/KEE, 90/539/KEE, 92/35/KEE, 92/119/KEE, 93/53/KEE, 95/70/KE, 2000/75/KE, 2001/89/KE, 2002/60/KE u d-Deċiżjonijiet 2001/618/KE u 2004/233/KE għandhom jiġu emendati kif ġej:
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE hija emendata kif ġej:
|
(2) |
Fil-punt 1 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 90/539/KEE, l-entrati mid-Danimarka u l-Ungerija jinbidlu b’dan li ġej:
|
(3) |
Id-Direttiva 92/35/KEE hija emendata kif ġej:
|
(4) |
Fil-punt 5 ta’ l-Anness II tad-Direttiva 92/119/KEE, l-entrati mill-Ġermanja, id-Danimarka. Franza u l-Ungerija jnbidlu b’dan li ġej:
|
(5) |
Fl-Anness A tad-Direttiva 93/53/KEE, l-entrati mill-Ġermanja, id-Danimarka u l-Ungerija jinbidlu b’dan li ġej:
|
(6) |
Fl-Anness C tad-Direttiva 95/70/KE, l-entrati mill-Belġju, il-Ġermanja u l-Ungerija jinbidlu b’dan li ġej:
|
(7) |
Fil-punt A ta’ l-Anness I tad-Direttiva 2000/75/KE, l-entrati mir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, id-Danimarka u l-Ungerija jinbidlu b’dan li ġej:
|
(8) |
Fil-punt A ta’ l-Anness III tad-Direttiva 2001/89/KE, l-entrati mir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, id-Danimarka u l-Ungerija jinbidlu b’dan li ġej:
|
(9) |
Fil-punt 1 ta’ l-Anness IV tad-Direttiva 2002/60/KE, l-entrati mir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, id-Danimarka u l-Ungerija jinbidlu b’dan li ġej:
|
(10) |
Fil-punt (d) tal-paragrafu 2 ta’ l-Anness III tad-Direttiva 2001/618/KE, l-entrati mid-Danimarka u l-Ungerija jinbidlu b’dan li ġej:
|
(11) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/233/KE huwa emendat kif ġej:
|