This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0715
2007/715/EC,Euratom: Council Decision of 30 October 2007 appointing a German member of the European Economic and Social Committee
2007/715/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 30 ta’ Ottubru 2007 li taħtar membru Ġermaniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
2007/715/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 30 ta’ Ottubru 2007 li taħtar membru Ġermaniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
ĠU L 289, 7.11.2007, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2010
7.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 289/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-30 ta’ Ottubru 2007
li taħtar membru Ġermaniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2007/715/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-kandidatura mressqa mill-Gvern Ġermaniż,
Wara li kiseb l-opinjoni tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-Kunsill, bid-Deċiżjoni 2006/524/KE, Euratom dwar il-ħatra tal-membri Ċeki, Ġermaniżi, Estonjani, Spanjoli, Franċiżi, Taljani, Latvjani, Litwani, Lussemburgiżi, Ungeriżi, Maltin, Awstrijaċi, Sloveni u Slovakki tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1), ħatar lill-membri Ġermaniżi tal-Kumitat għall-perijodu bejn il-21 ta’ Settembru 2006 u l-20 ta’ Settembru 2010. |
(2) |
Post ta’ membru Ġermaniż tal-Kumitat imsemmi sar vakanti wara r-riżenja tas-Sur Heiko STEFFENS, |
IDDEĊIEDA:
Artikolu 1
Is-Sur Gerd BILLEN, Vorstand des Verbraucherzentrale Bundesverbands, huwa maħtur membru til-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew minflok is-Sur Heiko STEFFENS għall-perijodu li jifdal tal-mandat tiegħu, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, 30 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
F. NUNES CORREIA
(1) ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/622/KE, Euratom (ĠU L 253, 28.9.2007, p. 39).