This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0540
2007/540/EC: Commission Decision of 30 July 2007 amending Regulation (EC) No 2037/2000 of the European Parliament and of the Council with regard to the use of halon 2402 in Bulgaria (notified under document number C(2007) 3594)
2007/540/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Lulju 2007 li temenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal- halon 2402 fil-Bulgarija (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3594)
2007/540/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Lulju 2007 li temenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal- halon 2402 fil-Bulgarija (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3594)
ĠU L 198, 31.7.2007, p. 35–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R1005
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32000R2037 | Emenda | anness 7 | 20070730 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32009R1005 | 01/01/2010 |
31.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 198/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Lulju 2007
li temenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-halon 2402 fil-Bulgarija
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3594)
(2007/540/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4)(iv) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni, matul ir-reviżjoni stipulata fl-Artikolu 4(4)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, u wara konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri, waslet għal dawn l-iskoperti li ġejjin dwar l-użu tal-halon 2402. |
(2) |
Il-produzzjoni tal-halon 2402 fil-pajjiżi żviluppati waqfet fl-1 ta’ Jannar 1994 skond l-obbligi tal-Protokoll ta’ Montreal dwar is-Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff ta’ l-Ożonu. Minn dak iż-żmien, kwalunkwe halon 2402 li jkun meħtieġ, irid jinkiseb minn faċilitajiet ta’ ħażniet speċjalizzati li kienu żammew l-halon wara li jkunu intużaw xi alternattivi minfloku. |
(3) |
Il-halon 2402 għad għandu xi użi fil-Bulgarija għat-trażżin ta’ nirien u splużjonijiet fil-vetturi ta’ l-art, bastimenti navali u l-ajruplani militari. Ir-Rumanija rrapurtat li m’għandha l-ebda użu għall-halon 2402. |
(4) |
Il-bdil fit-tagħmir ta’ kontra n-nar magħmul mill-halon b’aġenti alternattivi ta’ protezzjoni kontra n-nirien għandu jqis id-disponibilità ta’ alternattivi jew teknoloġiji li huma aċċettabbli mill-punt ta’ l-ambjent u s-saħħa. L-attivitajiet ta’ tiswija biex jitwaħħal tagħmir li ma jiddependix fuq il-halon għall-protezzjoni kontra n-nirien u l-isplużjonijiet fl-użi militari għandhom bżonn li jkunu skedati b’tali mod li jevitaw kompromessi inaċċettabbli fil-kapaċità difensiva ta’ l-Istati Membri. Diversi drabi jkun hemm bżonn ta’ konsiderazzjonijiet baġitarji speċjali u ta’ perjodu ta’ żmien biex issir il-bidla għal alternattiva, sabiex jadattaw aġenti alternattivi ta’ protezzjoni li jaħdmu bla periklu u effettivament. Bħalissa, għal tali użi, ma jeżistu l-ebda alternattivi li huma teknoloġikament jew ekonomikament possibbli. |
(5) |
L-Artikolu 4(4)(v) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jirrikjedi li l-halon installat f’tagħmir li mhux elenkat bħala li għandu użu kruċjali fl-Anness VII, għandu jkun dikommissjonat qabel il-31 ta’ Diċembru 2003, u li l-halon għandu jkun irkuprat skond l-Artikolu 16. Sabiex jikkwalifika għall-eżenzjoni ta’ l-użu kritiku li tħalli l-użu kontinwu tal-halon 2402 fil-Bulgarija li daħlet fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007, l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għandu jiġi emendat biex jippermetti lil dan l-aġent tat-tifi tan-nar jintuża għal użi speċifiċi. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għandu għalhekk jiġi emendat. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 hu emendat kif jidher fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, qed jiġi miżjud dan li ġej:
“L-użu tal-halon 2402 fil-Bulgarija biss:
— |
fl-ajruplani għall-protezzjoni tal-kompartimenti ta’ l-ekwipaġġ, għall-kisi ta’ barra tal-magni, il-kompartimenti tat-tagħbija u l-kompartimenti niexfa, u għall-inerting tat-tankijiet tal-fjuwil, |
— |
f’vetturi u bastimenti militari għall-protezzjoni ta’ spazji meħuda minn kompartimenti tal-persunal u tal-magni.” |