Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0377

    2007/377/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Mejju 2007 li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 141, 2.6.2007, p. 74–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/377/oj

    2.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 141/74


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-7 ta’ Mejju 2007

    li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

    (2007/377/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

    Billi:

    (1)

    Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

    (2)

    Sar vakanti post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Mateo Sierra BARDAJÍ,

    IDDEĊIEDA:

    Artikolu 1

    Is-Sur Carlos Martín MALLÉN, id-Direttur Ġenerali ta’ l-Asuntos Europeos y Acción Exterior de la Comunidad Autónoma de Aragón, huwa b'dan maħtur membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni, b'sostituzzjoni tas-Sur Mateo Sierra BARDAJÍ, għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussel, 7 ta’ Mejju 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. SEEHOFER


    (1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


    Top