Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0336

    2007/336/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta’ Mejju 2007 dwar għajnuna finanzjarja mill-Komunità għas-sena 2007 għal ċerti laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa ta’ l-annimali u ta’ l-annimali ħajjin (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1930)

    ĠU L 128, 16.5.2007, p. 45–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/336/oj

    16.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 128/45


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-8 ta’ Mejju 2007

    dwar għajnuna finanzjarja mill-Komunità għas-sena 2007 għal ċerti laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa ta’ l-annimali u ta’ l-annimali ħajjin

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1930)

    (Il-verżjonijiet bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bid-Daniż, bil-Franċiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

    (2007/336/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 28(2) tagħha,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali u l-benessri ta’ l-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(7) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skond l-Artikolu 28(1) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa ta’ l-annimali u ta’ l-annimali ħajjin jistgħu jingħataw għajnuna Komunitarja.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1754/2006 tat-28 ta’ Novembru 2006 li jistipula regoli ddettaljati għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għal laboratorji ta’ referenza tal-Komunità għall-għalf u l-ikel u s-settur tas-saħħa ta’ l-annimali (3) jipprevedi li l-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata jekk il-programmi ta’ ħidma approvati huma mwettqa b’mod effiċjenti u li l-benefiċjarji jagħtu t-tagħrif kollu meħtieġ matul ċerti limiti ta’ żmien.

    (3)

    B’konformità ma’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006 r-relazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità hija stipulata fi ftehim ta’ partenarjat li huwa appoġġjat minn programm ta’ ħidma multi-annwali.

    (4)

    Il-Kummissjoni vvalutat il-programmi ta’ ħidma u l-estimi ta’ baġit korrispondenti ppreżentati mil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità għas-sena 2007.

    (5)

    Skond dan, l-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tingħata lil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità magħżula sabiex iwettqu l-funzjonijiet u d-doveri stipulati fl-Atti li ġejjin:

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (4),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda ta’ Newcastle (5),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/40/KEE tad-19 ta’ Mejju 1992 li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tajr (6),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri Komunitarji ġenerali għall-kontroll ta’ ċertu mard ta’ l-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-mard li jtella’ l-infafet fil-ħnieżer (7),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE ta’ l-24 ta’ Ġunju 1993 li tintroduċi miżuri Komunitarji minimi għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-ħut (8),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE tat-22 ta’ Diċembru 1995 li tintroduċi miżuri Komunitarji minimi għall-kontroll ta’ xi mard li jaffettwa l-molluski bivalvi (9),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta’ April 1992 li tistabbilixxi regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel (10),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta’ l-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (11),

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 li taħtar istitut responsabbli speċifiku sabiex jistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzar ta’ testijiet seroloġiċi biex isegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (12),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (13),

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/463/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 li taħtar il-korp ta’ referenza responsabbli biex jikkollabora ħalli jagħmel l-istess il-metodi ta’ l-ittestjar u l-valutazzjoni tar-riżultati għal annimali tar-razza pura li jitgħammru ta’ l-ispeċi tal-bovini (14);

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (15),

    Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 għall-bruċellosi.

    (6)

    L-għajnuna finanzjarja għat-tħaddim u l-organizzazzjoni ta’ workshops ta’ laboratorji ta’ referenza tal-Komunità wkoll għandhom ikunu konformi mar-regoli ta’ eliġibilità stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006.

    (7)

    Skond l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (16), il-qerda tal-mard ta’ l-annimali u l-programmi ta’ kontroll (miżuri veterinarji) għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għal raġunijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dan ir-Regolament.

    (8)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għad-deni klassiku tal-majjali, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule, Hannover, il-Ġermanja, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness IV tad-Direttiva 2001/89/KE.

    L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan l-istitut għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 232 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007, li minnha massimu ta’ EUR 18 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar it-teknika ta’ dijanjożi tad-deni klassiku tal-majjali.

    Artikolu 2

    Għall-marda ta’ Newcastle, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lis-Central Veterinary Laboratory, Addlestone, ir-Renju Unit, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness V tad-Direttiva 92/66/KEE.

    L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 mġarrab minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 77 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

    Artikolu 3

    Għall-influwenza tat-tajr, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lis-Central Veterinary Laboratory, Addlestone, ir-Renju Unit, sabiex iwettaq l-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness V tad-Direttiva 92/40/KEE.

    L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-infiq eliġibbli imġarrab minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 406 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

    Artikolu 4

    Għall-marda li ttella’ nfafet żgħar fil-majjali, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Pirbright Laboratory, ir-Renju Unit, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness III tad-Direttiva 92/119/KEE.

    L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 126 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

    Artikolu 5

    Għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Pirbright Laboratory, ir-Renju Unit, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness XVI tad-Direttiva 2003/85/KE.

    L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 274 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

    Artikolu 6

    Għall-mard tal-ħut, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lid-Danish National Veterinary Institute, Aarhus, id-Danimarka, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness Ċ tad-Direttiva 93/53/KEE.

    L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan l-istitut għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 150 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

    Artikolu 7

    Għall-marda tal-molluski bivalvi, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-IFREMER, La Tremblade, Franza, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness B tad-Direttiva 95/70/KE.

    L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan l-istitut għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 90 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

    Artikolu 8

    Għall-marda Afrikana taż-żwiemel, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-Laboratorio central de veterinaria de Madrid, Algete, Spanja, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 92/35/KEE.

    L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 98 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007, li minnha massimu ta’ EUR 38 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar it-teknika ta’ dijanjożi għall-marda Afrikana taż-żwiemel.

    Artikolu 9

    Għall-bluetongue, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Pirbright Laboratory, ir-Renju Unit, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2000/75/KE.

    L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 373 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007, li minnha massimu ta’ EUR 45 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar it-teknika ta’ dijanjożi għall-bluetongue.

    Artikolu 10

    Għas-seroloġija ta’ l-idrofobija, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju ta’ l-AFSSA. Nancy, Franza, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2000/258/KE.

    L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 200 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

    Artikolu 11

    Għall-bruċellosi, l-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFSSA - Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, Maisons-Alfort, Franza, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

    L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 250 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007, li minnha massimu ta’ EUR 35 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar it-teknika ta’ dijanjożi għall-bruċellosi.

    Artikolu 12

    Għall-marda Afrikana tal-majjali, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lis-Centro de Investigación en Sanidad Animal, Valdeolmos, Madrid, Spanja, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness V tad-Direttiva 2002/60/KE.

    L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 mġarrba minn dan iċ-ċentru ta’ riċerka għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 120 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

    Artikolu 13

    Għall-valutazzjoni tar-riżultati tal-metodi ta’ ttestjar ta’ annimali għat-tgħammir ta’ razza pura ta’ l-ispeċi bovina, u l-armonizzazzjoni tal-metodi varji ta’ ttestjar, il-Komunità tagħti assistenza finanzjarja lill-INTERBULL Centre, Uppsala, l-Iżvezja, sabiex twettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni 96/463/KE.

    L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-infiq imġarrab minn dan iċ-ċentru għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 80 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

    Artikolu 14

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:

    Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule, Hannover, il-Ġermanja;

    Central Veterinary Laboratory, Addlestone, ir-Renju Unit;

    Pirbright Laboratory, ir-Renju Unit;

    Danish National Veterinary Institute, Aarhus, id-Danimarka;

    IFREMER, La Tremblade, Franza;

    Laboratorio central de veterinaria de Madrid, Algete, Spanja;

    Laboratory of the AFSSA, Nancy, Franza;

    AFSSA — Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, Maisons-Alfort, Franza;

    Centro de Investigación en Sanidad Animal, Valdeolmos, Madrid, Spanja.

    INTERBULL Centre, Uppsala, l-Iżvezja.

    Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

    (2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006.

    (3)  ĠU L 331, 29.11.2006, p. 8.

    (4)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

    (5)  ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

    (6)  ĠU L 167, 22.6.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

    (7)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/10/KE (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 24).

    (8)  ĠU L 175, 19.7.1993, p. 23. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

    (9)  ĠU L 332, 30.12.1995, p. 33. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

    (10)  ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

    (11)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

    (12)  ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/60/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 23, 28.1.2003, p. 30).

    (13)  ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

    (14)  ĠU L 192, 2.8.1996, p. 19.

    (15)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

    (16)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).


    Top