EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0212

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta' April 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2003/248/KE rigward l-estensjoni taż-żmien għad-derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar pjanti tal-frawli ( Fragaria L.), maħsuba biex jinżergħu, minbarra ż-żerriegħa, ġejjin mill-Arġentina (notifikat bid-dokument numru C(2007) 1428)

ĠU L 94, 4.4.2007, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 433–433 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/212/oj

24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

433


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta' April 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2003/248/KE rigward l-estensjoni taż-żmien għad-derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar pjanti tal-frawli (Fragaria L.), maħsuba biex jinżergħu, minbarra ż-żerriegħa, ġejjin mill-Arġentina

(notifikat bid-dokument numru C(2007) 1428)

(2007/212/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra d-dħul u t-tixrid fil-Komunità ta' organiżmi li huma ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skond id-Direttiva 2000/29/KE, xtieli tal-frawli (Fragaria L.), maħsuba għat-tħawwil, minbarra ż-żrieragħ, li joriġinaw f'pajjiżi mhux Ewropej, minbarra pajjiżi tal-Mediterran, l-Awstralja, New Zealand, il-Kanada u l-istati kontinentali tal-Istati Uniti ta' l-Amerika, ma jistgħux fil-prinċipju jiddaħħlu fil-Komunità. Madankollu, dik id-Direttiva tippermetti derogi minn dik ir-regola, iżda jrid ikun stabbilit li m'hemmx riskju ta' tifrix ta' organiżmi perikolużi.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/248/KE (2) tawtorizza l-Istati Membri biex jipprovdu derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE biex tkun permessa l-importazzjoni ta' pjanti tal-frawli (Fragaria L.), maħsuba biex ikunu mħawla, minbarra ż-żrieragħ, li joriġinaw mill-Arġentina.

(3)

Iċ-ċirkostanzi li jiġustifikaw din id-deroga għadhom validi u m'hemmx informazzjoni ġdida li turi l-ħtiega ta' revizjoni tal-kondizzjonijiet speċifiċi.

(4)

Għalhekk l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati għal perjodu ieħor limitat ta' żmien li jippermettu d-dħul fit-territorju tagħhom ta' pjanti bħal dawn, taħt ċerti kondizzjonijiet speċifiċi.

(5)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2003/248/KE hija emendata kif ġej:

Fl-Artikolu 1, it-tieni paragrafu, żdiedu l-punti (e) sa (h) li ġejjin:

“(e)

l-1 ta' Ġunju 2007 sat-30 ta' Settembru 2007;

(f)

l-1 ta' Ġunju 2008 sat-30 ta' Settembru 2008;

(g)

l-1 ta' Ġunju 2009 sat-30 ta' Settembru 2009;

(h)

l-1 ta' Ġunju 2010 sat-30 ta' Settembru 2010.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 2 ta' April 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/35/KE (ĠU L 88, 25.3.2006, p. 9).

(2)  ĠU L 93, 10.4.2003, p. 28.


Top