EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0004

2007/4/KE; EURATOM: Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 1 ta’ Jannar 2007 li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill

ĠU L 1, 4.1.2007, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 6–7 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/4(1)/oj

8.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta' l-1 ta’ Jannar 2007

li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill

(2007/4/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 207(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 121(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28(1), u l-Artikolu 41(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 2 ta' l-Anness III għar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (1).

Billi:

(1)

L-Artikolu 11(5) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (minn hawn 'il quddiem imsejħin “ir-Regoli ta' Proċedura”) jipprovdi li meta deċiżjoni għandha tiġi adottata mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata, u jekk membru tal-Kunsill hekk jitlob, għandu jiġi verifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu din il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tal-popolazzjoni totali ta' l-Unjoni Ewropea kalkolata abbażi taċ-ċifri tal-popolazzjoni mniżżla fl-Artikolu 1 ta' l-Anness III għar-Regoli ta' Proċedura.

(2)

L-Artikolu 2(2) ta' l-Anness III għar-Regoli ta' Proċedura dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet rigward l-ippeżar tal-voti fil-Kunsill jipprovdi li, b'seħħ mill-1 ta' Jannar ta' kull sena, il-Kunsill għandu, skond id-data disponibbli fl-Uffiċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej fit-30 ta' Settembru tas-sena ta' qabel, jadatta ċ-ċifri mniżżla fl-Artikolu 1 ta' dak l-Anness.

(3)

Ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jiġu emendati għaldaqstant,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Artikolu 1 ta' l-Anness III għar-Regoli ta' Proċedura għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:.

“Artikolu 1

Għall-finijiet ta' l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 205(4) tat-Trattat KE, l-Artikolu 118(4) tat-Trattat Euratom, it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 23(2) u l-Artikolu 34(3) tat-Trattat UE, il-popolazzjoni totali ta' kull Stat Membru għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2007 għandha tkun kif ġej:

Stat Membru

Popolazzjoni

(x 1 000 )

Ġermanja

82 438,0

Franza

62 886,2

Renju Unit

60 421,9

Italja

58 751,7

Spanja

43 758,3

Polonja

38 157,1

Rumanija

21 610,2

Olanda

16 334,2

Greċja

11 125,2

Portugall

10 569,6

Belġju

10 511,4

Repubblika Ċeka

10 251,1

Ungerija

10 076,6

Svezja

9 047,8

Awstrija

8 265,9

Bulgarija

7 718,8

Danimarka

5 427,5

Slovakja

5 389,2

Finlandja

5 255,6

Irlanda

4 209,0

Litwanja

3 403,3

Latvja

2 294,6

Slovenja

2 003,4

Estonja

1 344,7

Ċipru

766,4

Lussemburgu

459,5

Malta

404,3

Total

492 881,2

Livell mitlub (62 %)

305 586,3 ”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-1 ta' Jannar 2007.

Hija għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Jannar 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F.-W. STEINMEIER


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/683/KE, Euratom tal-15 ta' Settembru 2006 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 285, 16.10.2006, p. 47).


Top