Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1758

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1758/2006 tat- 22 ta’ Mejju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Malasja skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea, u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

    ĠU L 335, 1.12.2006, p. 1–2 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 239–240 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1758/oj

    1.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    239


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1758/2006

    tat-22 ta’ Mejju 2006

    dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Malasja skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea, u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (1) li jistabbilixxi nomenklatura għall-merkanzija, minn issa ’l quddiem imsejħa bħala “In-Nomenklatura Magħquda”, u li jiffissa r-rati ta’ taxxi konvenzjonali tat-Tariffa Doganali Komuni.

    (2)

    Bid-Deċiżjoni 2006/862/KE tat-22 ta’ Mejju 2006 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Malasja skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea (2), il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, il-Ftehim imsemmi bil-ħsieb li jingħalqu n-negozjati li bdew skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994.

    (3)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat għaldaqstant,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Parti Tnejn “Skeda ta' dazji doganali” ta' l-Anness I għal Regolament (KEE) Nru 2658/87, għandha tiġi emendata kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 22 ta’ Mejju 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. PRÖLL


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 838/2006 (ĠU L 154, 8.6.2006, p. 1).

    (2)  Ara paġna 242 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


    ANNESS

    Minkejja r-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kitba li tiddeskrivi l-prodotti għandha tkun ikkunsidrata li ma għandhiex aktar minn valur indikattiv, filwaqt li l-konċessjonijiet qed ikunu determinati, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, bl-użu tal-kodiċijiet tan-NM kif dawn jeżistu waqt l-adozzjoni ta’ dan ir-regolament. Fejn jiġu indikati kodiċi ex NM, il-konċessjonijiet għandhom ikunu determinati mill-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.

    F' Parti Tnejn “Skeda ta' dazji doganali” ta' l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ir-rati tad-dazju li ġejjin għandhom japplikaw għall-perijodu indikat:

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Rata ta’ dazju

    “1511 90 19

    Frazzjonijiet solidi ta’ żejt tal-palm, kemm jekk raffinat jew le, iżda li mhux kimikament modifikat, f’pakketti ta’ > 1kg

    Rata applikata ta’ 10,0 % (*)

    8525 40 99

    Kameras tal-vidjoreġistrazzjoni oħrajn għajr dawk li jistgħu biss jirreġistraw il-ħoss u l-immaġni meħuda bil-‘kamera’ tat-televiżjoni

    Implimentata permezz tar-Regolament (KE) 2114/2005


    (*)  Ir-rata inferjuri applikata indikata hawn fuq għandha tiġi applikata għal tliet snin jew sa meta l-implimentazzjoni tar-riżultati tar-Rawnd ta’ l-Aġenda ta’ Doha għall-Iżvilupp tilħaq il-livell tariffarju ta’ hawn fuq, kwalunkwe minnhom tiġi l-ewwel.”


    Top