Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1583

    1583/2006/KE: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1583/2006 tat- 23 ta’ Ottubru 2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika

    ĠU L 294, 25.10.2006, p. 2–16 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 532–546 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/10/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1583/oj

    31.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    532


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1583/2006

    tat-23 ta’ Ottubru 2006

    li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ir-Regolament bażiku), u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 11(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A.   PROĊEDURA

    1.   Miżuri fis-seħħ

    (1)

    Fi Frar 1994, il-Kunsill impona, bir-Regolament (KE) Nru 229/94 (2) dazji anti-dumping definittivi fuq importazzjonijiet ta’ etanolamini (prodott konċernat) li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika (“USA”). Id-dazji ħadu l-forma ta’ dazji varjabbli bbażati fuq il-prezz minimu fuq it-tliet tipi ta’ etanolamini, jiġifieri monoetanolamina (MEA), dietanolamina (DEA) u trietanolamina (TEA).

    (2)

    Wara talba mill-Conseil européen des fédérations de l'industrie chimique (CEFIC), fi Frar 1999 inbdiet reviżjoni ta’ skadenza u interim skond l-Artikoli 11(2) u 11(3) tar-Regolament bażiku. Bir-Regolament (KE) Nru 1603/2000 (3) il-Kunsill ikkonkluda dawn ir-reviżjonijiet u impona miżuri anti-dumping definittivi fuq importazzjonijiet ta’ etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika. Il-forma tal-miżuri nbidlet meta dawn ħadu l-forma ta’ dazju fiss speċifiku għal kull tunnellata tat-tipi kollha ta’ etanolamini. Tnejn mit-tliet kumpanniji li jibbenefikaw minn dazju anti-dumping definittiv kienu d-Dow Chemical Company u l-Union Carbide Corporation.

    (3)

    Wara l-irtirar ta’ investiment tan-negozju fl-etanolamini tad-Dow Chemical Company fil-kumpannija INEOS LLC, id-dazju anti-dumping individwali ta’ EUR 69,40 għal kull tunnellata applikabbli għad-Dow Chemical Company kien attribwit lill-INEOS LLC (4). Madankollu, minħabba li fis-6 ta’ Frar 2001, id-Dow Chemical Company akkwistat l-ishma kollha tal-Union Carbide Corporation, kumpannija li tibbenfika minn dazju anti-dumping individwali ta’ EUR 59,25 għal kull tunnellata, id-Dow Chemical Company xorta għadha attiva fin-negozju ta’ etanolamini. Il-Union Carbide Corporation għadha teżisti iżda saret parti mill-grupp Dow Chemical Company u ma għad għandha l-ebda attività indipendenti ta’ produzzjoni.

    2.   Talba għal reviżjoni ta’ skadenza

    (4)

    Wara l-pubblikazzjoni f’Novembru 2004 ta’ avviż ta’ skadenza imminenti tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika (5), fil-25 ta’ April 2005, il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

    (5)

    It-talba saret miċ-CEFIC f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon maġġuri, f’dan il-każ ta’ aktar minn 75 %, tal-produzzjoni totali tal-Komunità ta’ l-etanolamini.

    (6)

    It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx ser twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ l-iddampjar u ħsara lill-industrija tal-Komunità. Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti xhieda suffiċjenti għall-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza, il-Kummissjoni bdiet, b’avviż tal-bidu, investigazzjoni (6) skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

    3.   Investigazzjoni

    (7)

    Is-servizzi tal-Kummissjoni avżaw uffiċjalment lill-produtturi Komunitarji, lill-produtturi li jesportaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, lill-importaturi/kumerċjanti, lill-industriji utenti magħrufin li huma konċernati, kif ukoll lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika bil-bidu tar-reviżjoni. Il-partijiet interessati ingħataw l-opportunità li jgħarrfu ħsibijiethom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-avviż tal-bidu.

    (8)

    Is-servizzi tal-Kummissjoni bagħtu kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufin li huma konċernati u lil dawk li talbu kwestjonarju fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-avviż tal-bidu.

    (9)

    Il-Kummissjoni tat ukoll lill-partijiet konċernati direttament l-opportunità li jgħarrfu ħsibijiethom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-avviż tal-bidu.

    (10)

    Kienu rċevuti tweġibiet għall-kwestjonarju minn żewġ produtturi esportaturi fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika u mid-disa’ importaturi relatati tagħhom fil-Komunità, importatur relatat wieħed fl-Isvizzera, tliet prodotturi Komunitarji (“il-produtturi Komunitarji applikanti”), u utent industrijali wieħed fil-Komunità. Produttur Komunitarju wieħed ma weġibx bis-sħiħ għall-kwestjonarju u ppreżenta biss informazzjoni konċiża u żewġ utenti industrijali fil-Komunità għarrfu ħsibijiethom.

    (11)

    Is-servizzi tal-Kummissjoni fittxew u vverifikaw l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa bil-għan li tkun stabbilita l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ importazzjonijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping u ħsara u biex jiġi stabbilit l-interess tal-Komunità. Twettqu żjarat ta’ verifika fil-postijiet tal-kumpanniji li ġejjin:

    (a)

    Produtturi Komunitarji applikanti

     

    BASF AG, Ludwigshafen, il-Ġermanja

     

    Innovene Europe Ltd., Staines, ir-Renju Unit

     

    SASOL GmbH, Marl, il-Ġermanja

    (b)

    Produtturi li jesportaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika

    The Dow Chemical Company, Midland, Michigan u Houston, Texas, USA

    (c)

    Importaturi relatati fil-Komunità

     

    Dow Chemical Iberica SL, Tarragona, Spanja

     

    INEOS Oxide Ltd., Antwerp, il-Belġju

    (d)

    Importatur relatat fl-Isvizzera

    Dow Europe GmbH, Horgen, l-Isvizzera

    (e)

    Utenti industrijali fil-Komunità

    Degussa Goldschmidt Espana SA, Granollers, Spanja

    4.   Perijodu ta’ investigazzjoni

    (12)

    L-investigazzjoni rigward il-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta’ importazzjonijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping u ħsara kopriet il-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2004 sat-30 ta’ Ġunju 2005 (l-“RIP”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ ħsara kopra l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2002 sat-tmiem ta’ l-RIP (“perijodu kunsidrat”).

    B.   PRODOTT KONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

    1.   Prodott konċernat

    (13)

    Il-prodott konċernat huwa l-istess bħal dak kopert mill-investigazzjonijiet preċedenti. L-etanolamini jinkisbu billi l-ossidu ta’ l-etilene (EO), li huwa fih innifsu riżultat ta’ reazzjoni ta’ ethylene u ossiġnu, jirreaġixxi ma’ l-ammonja. Din is-sintesi twassal għal tliet reazzjonijiet li jikkompetu u għal tliet tipi differenti ta’ etanolamini: monoetanolamina (MEA), dietanolamina (DEA) u trietanolamina (TEA), skond in-numru ta’ drabi li l-EO jintrabat. In-numru massimu ta’ kombinazzjonijiet huwa limitat bin-numru ta’ elementi ta’ l-idroġenu fl-ammonja, jiġifieri tlieta. Il-proporzjonijiet tat-tliet tipi fl-eżitu totali huma determinati mid-disinn ta’ l-istallazzjoni tal-produzzjoni, iżda jistgħu, sa ċertu punt, ikunu kontrollati mir-relazzjoni ammonja/EO (ir-relazzjoni “molar”). L-istallazzjonijiet Komunitarji huma tipikament ibbażati fuq in-nafta bħala trasportatur ta’ l-enerġija, waqt li l-istallazzjonijiet ta’ l-Istati Uniti huma bbażati fuq il-gass naturali.

    (14)

    Il-prodott konċernat jintuża bħala intermedjarju u/jew addittiv għal surfaktanti użati f’deterġenti u prodotti għall-kura personali, kosmetiċi, fertilizzanti u aġenti għall-protezzjoni ta’ l-għelejjel (glifosati), inibituri tal-korrużjoni, żjut għal-lubrikazzjoni, awżiljarji tat-tessuti u rattaba tat-tessuti (fabric softeners) (esterkwati), kimiċi għall-fotografika, karta u xogħlijiet tal-metall, bħala għajnuna għad-dħin u l-għaqda għall-produzzjoni tas-siment u bħala għajnuna għall-assorbiment għall-għerik tal-gass (il-gass jissaffa billi jitneħħew l-aċidi). Sa minn tard fl-2004, il-bidu ta’ l-2005, il-prodott beda jintuża wkoll dejjem aktar għat-trattament ta’ l-injam. Finalment, il-prodott jista’ jintuża wkoll mill-manifatturi nfushom jew mill-manifatturi relatati tagħhom fil-produzzjoni ta’ ethylene amines.

    2.   Prodott simili

    (15)

    Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti, intwera li l-prodott konċernat prodott fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika u mibjugħ lill-Komunità huwa identiku f’termini ta’ karatterisitiċi fiżiċi u tekniċi għall-prodott li huwa prodott u mibjugħ fil-Komunità mill-produtturi Komunitarji u li ma hemm l-ebda differenza fl-użu bejn iż-żewġ prodotti. Instab ukoll li l-prodott konċernat prodott fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika u mibjugħ lill-Komunita huwa identiku għal dak mibjugħ fis-suq domestiku ta’ l-Istati Uniti. Għalhekk, dawn il-prodotti kollha għandhom ikunu kunsidrati li huma prodotti simili fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    Ċ.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA’ IMPORTAZZJONIJIET LI HUMA L-OĠĠETT TA’ DUMPING

    (16)

    Skond l-Artikolu 11(2) tar-regolament bażiku, kien eżaminat jekk kienx qed isir dumping bħalissa u, jekk dan huwa minnu, jekk l-iskadenza tal-miżuri hijiex probabbli li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

    1.   Rimarki preliminari

    (17)

    Mill-erba’ produtturi ta’ l-Istati Uniti li jesportaw imsemmijin fl-ilment, tnejn ikkooperaw fl-investigazzjoni.

    (18)

    Iż-żewġ produtti li jesportaw li kkooperaw irrappreżentaw 100 % ta’ l-importazzjonijiet lejn il-Komunità waqt l-RIP, li kienu jammontaw għal 41 000 tunnellata. L-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott konċernat li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika rrappreżentaw 16,7 % tal-konsum Komunitarju waqt l-RIP bi tnaqqis minn 29 % waqt il-perijodu ta’ investigazzjoni preċedenti (1998).

    2.   Iimportazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping waqt l-RIP

    Valur normali

    (19)

    Rigward iż-żewġ produtturi li jesportaw ta’ l-Istati Uniti li kkooperaw, kien stabbilit il-valur normali għal kull tip ta’ prodott konċernat, ibbażat fuq il-prezz imħallas jew pagabbli fis-suq domestiku fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika minn konsumaturi mhux relatati skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, għaliex dan il-bejgħ instab li sar fi kwantitajiet suffiċjenti u waqt l-andament ordinarju tal-kummerċ.

    Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

    (20)

    Bħal fl-investigazzjoni preċedenti ta’ reviżjoni oriġinali, din l-investigazzjoni għal darba oħra wriet li ż-żewġ produtturi li jesportaw ta’ l-Istati Uniti li kkoperaw esportaw il-prodott konċernat lill-Komunità permezz ta’ kumpanniji li huma relatati. Bħala konsegwenza, u skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu mibnijin abbażi tal-prezzijiet li bihom il-prodott importat kien mibjugħ mill-ġdid l-ewwel lill-konsumaturi indipendenti fil-Komunità. Ingħata spazju għall-ispejjeż li saru bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inkluż l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi u l-profitt imwettaq fil-Komunità mill-kumpanniji ta’ importazzjoni waqt l-RIP.

    Tqabbil

    (21)

    Il-valur normali tqabbel mal-prezz ta’ l-esportazzjoni medju għal kull tip ta’ prodott konċernat, fuq bażi ex-works u fl-istess livell ta’ kummerċ. Skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, u għall-fini li jkun żgurat tqabbil ġust, kienu kunsidrati d-differenzi fil-fatturi li kienu mitlubin u murijin li jaffetwaw il-prezz u l-komparabbiltà tal-prezz. Saru aġġustamenti għal trasport tal-merkanzija fl-art u fl-oċeani, tnaqqis differiti, spejjeż ta’ maniġġar u mballaġġ, spejjeż ta’ kreditu u dazji ta’ importazzjoni, li kollha tnaqqsu mill-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid sabiex tintlaħaq il-bażi ta’ ex-works.

    Marġni ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

    (22)

    Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġni ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping kien stabbilit għal kull tip ta’ prodott abbażi ta’ paragun tal-valur normali medju peżat mal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni medji peżati fl-istess livell ta’ kummerċ. Dan it-tqabbil wera l-eżistenza ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping waqt l-RIP, anke jekk f’livell aktar baxx minn dak stabbilit fir-reviżjoni preċedenti. Il-marġni ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping medju peżat imfisser bħala perċentwali tal-valur CIF fil-fruntiera Komunitarja kien ta’ 4,8 % għall-INEOS u 20,3 % għad-Dow Chemical.

    3.   Żviluppi ta’ importazzjonijiet jekk ikunu revokati l-miżuri

    Rimarki preliminari

    (23)

    Wara l-analiżi ta’ l-eżistenza ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping waqt l-RIP, kienet eżaminata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

    Livell ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fil-każ li jkunu revokati l-miżuri

    (24)

    It-tneħħija tal-miżuri tkun tippermetti lill-esportaturi li jnaqqsu l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni tagħhom. Tnaqqis fil-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni jagħmel lill-prodott ta’ l-Istati Uniti aktar attraenti fis-suq Komunitarju. Kieku l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kellhom jitnaqqsu skond il-livell tad-dazji, il-marġni ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping osservati waqt l-RIP jkunu 13,4 % għall-INEOS u 28,3 % għad-Dow Chemical.

    Aktar spazju għal esportazzjonijiet lis-suq Komunitarju minħabba kapaċità ta’ produzzjoni ta’ l-Istati Uniti mhux użata

    (25)

    Huwa stmat li l-kapaċità ta’ produzzjoni mhux użata fl-Istati Uniti waqt l-RIP hija madwar 90 000 tunnellata. Din kienet kalkulata abbażi ta’ informazzjoni minn żewġ produtturi li jesportaw kif ukoll minn informazzjoni minn ġurnali ewlenin dwar is-suq. Meta mqabbel ma’ kapaċità totali istallata stmata fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika ta’ 650 000 tunnellata, it-total stmat tad-domanda sodisfatta u l-użu captive ta’ 560 000 tunnellata jimplika rata ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċita ta’ 86 %, li huwa pjuttost baxx meta jkunu kunsidrati l-kondizzjonijiet tas-suq favorevoli waqt l-RIP. Ir-rata ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità relattivament baxxa kienet konsegwenza ta’ problemi operattivi f’ċerti faċilitajiet tal-produzzjoni. Il-kapaċità ta' riżerva ta’ 90 000 tunnellata għandha titqabbel mal-volum ta’ esportazzjonijiet mill-Istati Uniti lill-Komunità waqt l-RIP (41 088 tunnellata) u l-konsum totali tal-Komunità (246 670 tunnellata). Fi kliem ieħor, hemm potenzjal konsiderevoli biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet mill-Istati Uniti u biex jieħdu f’idejhom parti kbira mis-suq Komunitarju. Il-propensità ta’ esportazzjonijiet miżjudin lill-Komunità hija appoġġata wkoll mill-espansjoni tal-kapaċità ta’ 45 000 tunnellata li seħħet fl-2006 fil-Messiku u fil-Brażil, it-tnejn swieq ta’ esportazzjoni importanti għall-produtturi ta’ l-Istati Uniti.

    (26)

    Bħala konklużjoni, hemm xi kapaċità ta' riżerva disponibbli li tista’ tintuża biex ikun prodott aktar l-etanolamini u biex dan jinbiegħ fis-suq Komunitarju jekk jitneħħew il-miżuri.

    Evoluzzjoni tal-prezzijiet fis-suq Komunitarju u fis-suq tal-pajjiż li jesporta

    (27)

    Is-suq ta’ l-etanolamini kien ikkaratterizzat minn tkabbir qawwi fid-domanda għad-DEA fis-snin 2000-2001, xprunata mill-użu tad-DEA fil-produzzjoni ta’ l-erbiċidi glifosati, li huma użati fi proċess li jippermetti lil għelejjel ġenetikament modifikati biex jirreżistu t-tali erbiċidi. Id-domanda għat-TEA hija speċifikament immexxija mill-użu fis-settur tas-siment u mill-produtturi tar-rattaba tat-tessuti. Sa mill-2004, is-suq għall-MEA żdied konsiderevolment wara Regolament ta’ l-Istati Uniti, effettiv mill-1 ta’ Jannar 2005, li jipprojbixxi l-użu ta’ prodotti bbażati fuq metall alternattiv għat-trattament ta’ l-injam, li kkawża domanda addizzjonali għall-MEA stmata għal 80 000 tunnellata. Bħala konsegwenza, il-livell tal-prezz dinji ta’ l-etanolamini huwa għoli minħabba domanda għolja.

    (28)

    L-investigazzjoni wriet li bħala medja, il-prezzijiet domestiċi ta’ l-Istati Uniti huma ogħla mill-prezzijiet medji tal-bejgħ fis-suq Komunitarju. L-utenti industrijali jidhru li jakkwistaw kundizzjonijiet simili fuq iż-żewġt iswieq għaliex ħafna drabi dawn huma kumpanniji multinazzjonali li jinnegozjaw l-akkwist tas-sorsi tagħhom fuq bażi dinjija u jagħżlu l-fornituri li huma kapaċi jfornu fuq skala simili. Madankollu, il-prezz domestiku ta’ l-Istati Uniti għat-tipi kollha ta’ etanolamini nstab li huwa ogħla meta mgħoddi għall-kummerċjanti u d-distributuri. Dan it-tip ta’ bejgħ fis-suq domestiku ta’ l-Istati Uniti huwa tipikament imwettaq fuq il-post (spot basis), waqt li l-bejgħ fis-suq Komunitarju huwa aktar stabbilit abbażi ta’ kuntratt b’terminu fiss. Dan jimplika li l-prezzijiet tal-bejgħ fil-Komunità huma stabbiliti għal perijodu itwal u huma aktar stabbli.

    (29)

    Il-bejgħ lill-kummerċjanti u d-distributuri miż-żewġ produtturi li jesportaw li kkoperaw jirrappreżenta biss 13 % tal-volumi mibjugħin fis-suq domestiku ta’ l-Istati Uniti u 32 % tal-bejgħ fis-suq Komunitarju, iżda l-prezzijiet domestiċi ta’ l-Istati Uniti kienu bħala medja 35 % ogħla mill-prezzijiet Komunitarji għal dan il-livell ta’ kummerċ. Dan appoġġa l-konklużjoni li, meta tiġi kunsidrata n-natura ta’ bejgħ fuq il-post lill-kummerċjanti u lid-distributuri, il-prezzijiet domestiċi ta’ l-Istati Uniti qed jadattaw aktar rapidament għall-varjazzjonijiet fil-prezz. Għalhekk, fil-kuntest ta’ prezzijiet li qed jiżdiedu, il-prezzijiet domestiċi ta’ l-Istati Uniti ser ikollhom tendenza li jkunu relattivament ogħla mill-prezzijiet Komunitarji. Min-naħa l-oħra, dan il-livell ta’ kummerċ jirrappreżenta l-iżgħar parti tal-bejgħ fis-swieq kemm domestiċi ta’ l-Istati Uniti kif ukoll f’dawk Komunitarji.

    (30)

    Għall-utenti industrijali, li jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-konsumaturi, it-tmiem tal-miżuri probabbilment ma jinfluwenzax il-livell tal-prezz li bih jinbiegħu l-etanolamini fis-suq Komunitarju, għaliex kien osservat li l-piż tal-miżuri nġarr mill-produtturi li jesportaw ta’ l-Istati Uniti. F’dan ix-xenarju, dawn ta’ l-aħħar jistgħu jilħqu bejgħ li jħalli aktar profitt u jkollhom inċentiv biex iżidu l-esportazzjonijiet lejn is-suq Komunitarju. Madankollu, dawn l-utenti industrijali jistgħu jużaw l-għejbien tal-miżuri bħala għodda fin-negozjati biex jiġi akkwistat prezz aħjar kemm mill-produtturi li jesportaw ta’ l-Istati Uniti kif ukoll mill-industrija Komunitarja.

    Relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ta’ l-Istati Uniti lejn pajjiżi terzi u lejn il-Komunità

    (31)

    Il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni tal-prodott meta mqabblin mas-swieq ta’ l-esportazzjoni ewlenin oħrajn, jiġifieri lejn il-Kanada u lejn l-Amerika t’Isfel, ma juru l-ebda struttura regolari. Il-prezzijiet tal-bejgħ huma xi drabi aktar baxxi u xi drabi ogħla milli fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika u lejn is-suq Komunitarju skond il-kondizzjonijiet tal-bejgħ. Normalment, volumi aktar baxxi trasbordati jinvolvu prezzijiet tal-bejgħ ogħla.

    (32)

    Fil-qosor, għaż-żewġ produtturi li jesportaw li kkoperaw, is-suq ta’ l-Istati Uniti fil-prinċipju jibqa’ l-aktar suq tal-bejgħ importanti. Madankollu, jekk jiġi kunsidrat li 17 % tal-produzzjoni kienet esportata waqt l-RIP, il-bejgħ lill-Komunita u lill-bqija tad-dinja jibqa’ jkollu rwol importanti fl-użu ġenerali u l-probabbilità qligħ tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni istallati.

    Żvilupp possibbli fuq perijodu ta’ żmien qasir ta’ importazzjonijiet

    (33)

    Fuq perijodu ta’ żmien qasir, rigward iż-żewġ produtturi ta’ l-Istati Uniti li kkooperaw, jista’ jkun mistenni li l-volumi ta’ importazzjoni tagħhom ser jibqgħu ta’ l-inqas stabbli. Fil-fatt, anke bil-miżuri fis-seħħ u minkejja l-attrazzjoni tas-suq ta’ l-Istati Uniti, huma xorta komplew iservu lill-klijenti tagħhom ibbażati fil-Komunità. Tnaqqis fil-volumi ta’ esportazzjoni jista’ possibbilment ikun mistenni mill-produttur ta’ l-Istati Uniti INEOS wara li dan jittieħed mill-Innovene, bil-faċilitajiet tal-produzzjoni tiegħu fil-Komunità, ladarba l-kumpannija tkun solviet ix-xkiel fil-faċilitajiet tal-produzzjoni akkwistati u tkun espandiet bl-istallazzjoni ta’ kapaċità ġdida fil-Komunità, li mhijiex mistennija li ssir operattiva qabel l-2008. Fl-istess ħin huwa mistenni li l-produtturi li jesportaw ta’ l-Istati Uniti jkunu sewwew il-ħsara mill-urugan iffaċċjata fit-tieni nofs ta’ l-2005 u jerġgħu jsiru operattivi għal kollox fit-tieni nofs ta’ l-2006, il-bidu ta’ l-2007, biex b’hekk jipproduċu kwantitajiet addizzjonali li jistgħu jinbiegħu fis-suq Komunitarju.

    (34)

    Rigward il-produtturi ta’ l-Istati Uniti li ma kkooperawx, li kienu jammontaw għal 27 % tal-kapaċità tal-produzzjoni ta’ l-Istati Uniti waqt l-RIP, ma jistax ikun eskluż li jerġgħu jibdew jesportaw mill-ġdid lejn il-Komunità, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    Żvilupp possibbli tal-kapaċità u d-domanda fuq livell dinji

    (35)

    Twettqet ukoll analiżi ta’ żviluppi possibbli għal perijodu ta’ żmien medju (sa 5 snin) tal-kapaċità tad-domanda u l-produzzjoni fil-Komunità, fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika u fil-kumplament tad-dinja. Kien analizzat ukoll kif is-sitwazzjoni mistennija tad-domanda u l-forniment ser taffettwa l-livelli tal-prezzijiet fil-Komunità. Iċ-ċifri kollha fil-premessi li ġejjin huma bbażati fuq informazzjoni mogħtija mill-kumpanniji BASF, Dow u INEOS u l-pubblikazzjonijiet ta’ referenza ewlenin ta’ l-industrija kimika mill-PCI u t-Tecnon.

    (36)

    Meta jiġu kunsidrati l-prekawzjonijiet tal-produtturi kemm ta’ l-Istati Uniti kif ukoll Komunitarji dwar il-kapaċità ta’ domanda u produzzjoni futura, it-tkabbir fis-suq Komunitarju huwa previst li jkun aktar baxx milli fil-bqija tad-dinja. Ir-rata ta’ tkabbir medju Komunitarju proġettata fuq bażi annwali hija ta’ madwar 3 % fuq perijodu ta’ żmien medju, meta mqabbla ma’ 7 % fl-Asja u 4,2 % mbassra mad-dinja kollha.

    (37)

    Fl-2004, id-domanda fis-suq Ewropew qabżet il-kapaċità ta’ produzzjoni istallata Komunitarja b’madwar 40 000 tunnellata. Fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika eżistiet sitwazzjoni bil-maqlub, fejn il-kapaċità eżistenti kienet madwar 90 000 tunnellata ogħla mill-użu u l-bejgħ effettivi tal-prodott, li madankollu ma affetwatx b’mod negattiv il-livelli għoljin tal-prezzijiet minħabba problemi operattivi tal-produzzjoni li llimitaw il-forniment lill-konsumaturi. Meta r-rati ta’ tkabbir proġettati jiġu konfrontati bl-espansjonijiet tal-kapaċità mħabbrin, tista’ tkun mistennija xi kapaċità eċċessiva fuq id-domanda fis-suq Komunitarju sa mill-2008, b’mod partikolari minħabba l-implimentazzjoni li x’aktarx ser isseħħ tal-pjanijiet ta’ investiment ta’ l-INEOS fil-Komunità, li żżid il-kapaċità istallata fil-Komunità minn kwart sa terz. Huwa mistenni li tali espansjoni tal-kapaċità ma ssirx operattiva qabel kmieni fl-2008. Għalkemm tali żjieda fil-kapaċità tista’ fl-istess waqt tkun parzjalment ikkumpensata minn tnaqqis fl-importazzjonijiet fil-Komunità u bejgħ ta’ esportazzjoni miżjud mill-produtturi Komunitarji, huwa mistenni li l-kapaċità istallata totali fil-Komunità mill-produtturi kollha ser taqbeż id-domanda fis-suq Komunitarju waqt l-2008.

    (38)

    Abbażi ta’ l-evidenza għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, il-kapaċità eċċessiva preżenti fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika hija mistennija li tkompli ta’ l-inqas fuq perijodu ta’ żmien qasir minħabba li d-domanda domestika, għalkemm qed tikber, mhux ser tassorbi l-kapaċità addizzjonali li ser terġa’ ssir operattiva. Fuq perijodu ta’ żmien itwal sa l-2010, il-kapaċità eċċessiva hija mistennija li tisparixxi u dan inaqqas l-inċentiv tal-produtturi ta’ l-Istati Uniti għall-esportazzjoni. Fl-istess waqt hemm tbassir ta’ nuqqasijiet sostanzjali fl-Asja. Dan huwa muri mill-fatt li d-Dow Chemical iffurmat joint-venture mal-Petronas, imsejħa Optimal, u istallat kapaċità ta’ 75 000 tunnellata fil-Malasja, iddedikata biex isservi lis-suq Asjatiku ta’ l-etanolamini.

    (39)

    B’mod aktar ġenerali, sa l-2010, il-kapaċità ta’ produzzjoni dinjija x’aktarx tkun żdiedet minn madwar 1 300 000 tunnellata għal 1 785 000 tunnellata. Din tinkludi kapaċità ġdida istallata fil-Komunità (+ 205 000), fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika (+80 000), fl-Għarabja Sawdita (+ 100 000) u fl-Asja (+ 100 000). Id-domanda dinjija b’rata ta’ tkabbir imbassra ta’ 4,2 % sa l-2010 tkun żdiedet bejn 1 550 000 tunnellata u 1 700 000 tunnellata. B’kunsiderazzjoni li xi kapaċità ta’ bilanċ favorevoli huwa dejjem assorbit minn waqfiet għaż-żamma fl-ordni u li għalhekk huwa meħtieġ ċertu lqugħ, it-tbassir għall-2010 juri kapaċità eċċessiva fil-Komunità, ekwilibriju fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika u nuqqas fl-Asja u fil-kumplament tad-dinja. Fil-qosor, l-espansjonijiet varji tal-kapaċità ma jindikawx propensità għal produtturi li jesportaw ta’ l-Istati Uniti li jwettqu dumping fis-suq Komunitarju minħabba t-tqabbil probabbli tal-provvista u d-domanda fil-livell dinji. Għandu madankollu jkun innotat li din hija valutazzjoni li tirreferi għall-iżviluppi fuq terminu ta’ żmien medju, jiġifieri 2008-2010.

    Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ importazzjonijiet li hu huma l-oġġett ta’ dumping

    (40)

    Huwa mfakkar li nstab li jeżisti dumping waqt l-RIP għaż-żewġ produtturi li jesportaw li kkooperaw, madankollu f’livell aktar baxx mill-investigazzjoni preċedenti ta’ reviżjoni.

    (41)

    Meta mqabbel ma’ l-investigazzjoni preċedenti ta’ reviżjoni, is-sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet ta’ l-Istati Uniti naqas minn 29 % għal 16,7 %. Jidher li hemm kapaċità żejda ta’ 90 000 tunnellata fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, bir-rata ta’ utilizzazzjoni baxxa waqt l-IP tkun konsegwenza ta’ ġrajjiet temporanji, u l-użu ta’ 27 % stmati tal-kapaċità ta’ istallazzjoni ta’ l-Istati Uniti ma setax ikun investigat minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni. Ma jistax jitwarrab għal kollox li dawn il-produtturi li ma kkooperawx ser jirritornaw fis-suq Komunitarju bi prezzijiet li hu huma l-oġġett ta’ dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għalkemm id-domanda fis-suq ta’ l-Istati Uniti hija mistennija li tkun aktar b’saħħitha milli fil-Komunità, il-kapaċità eċċessiva fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika hija mistennija biss li tkun assorbita fuq perijodu ta’ żmien medju. Barra minn hekk, sabiex jinżamm il-qligħ tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni istallati, bħalissa jeżisti inċentiv għall-produtturi kollha biex iżidu l-bejgħ tagħhom fis-suq Komunitarju, jekk il-miżuri jkunu revokati.

    (42)

    Bħala konklużjoni, hemm il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u riskju ta’ żjieda fil-volum ta’ importazzjonijiet possibbli li twettaq pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet fil-Komunità, ta’ l-inqas fuq perijodu ta’ żmien qasir, jekk il-miżuri jkunu revokati.

    D.   DEFINIZZJONI TA’ L-INDUSTRIJA KOMUNITARJA

    (43)

    It-tliet produtturi Komunitarji applikanti kkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni. Waqt l-RIP, huma rrappreżentaw 80 % tal-produzzjoni Komunitarja. Hemm produttur Komunitarju addizjonali ta’ appoġġ li ppreżenta informazzjoni b’mod partikolari rigward il-produzzjoni tiegħu iżda li ma weġibx għall-kwestjonarju sħiħ. Għalhekk, huwa kellu jiġi kunsidrat bħala mhux kooperanti.

    (44)

    Għandu jkun innotat li sa mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1603/2000 ta’ l-20 ta’ Lulju 2000 li ppubblika l-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ, il-Union Carbide Ltd (Renju Unit), li ttieħdet mid-Dow Chemical Company, m’għadhiex tipproduċi aktar l-etanolamini fil-Komunità. Barra minn hekk, il-BP Chemicals biddlet isimha għal Innovene u l-Condea biddlet isimha għal Sasol. Finalment, l-INEOS Oxide Ltd., il-kumpannija omm ibbażata fir-Renju Unit ta’ l-INEOS Americas LLC, akkwistat lill-Innovene fis-16 ta’ Diċembru 2005. Iż-żewġ kumpanniji, l-INEOS Americas LLC u l-Innovene, komplew jikkooperaw bis-sħiħ fil-proċedura.

    (45)

    Fuq din il-bażi, it-tliet produtturi Komunitarji huma l-BASF AG, l-Innovene u s-Sasol u huma jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja skond l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

    (46)

    L-investigazzjoni uriet li, bħal fl-investigazzjoni preċedenti ta’ reviżjoni, parti mill-produzzjoni ta’ l-etanolamini fil-Komunità hija intenzjonata għal użu intern jew captive. Is-sehem huwa stmat għal madwar terz tal-produzzjoni totali Komunitarja, bħalma kien waqt l-investigazzjoni preċedenti ta’ reviżjoni. Instabet produzzjoni captivea fil-post ta’ wieħed mill-produtturi inklużi fl-industrija Komunitarja. Dan il-produttur imexxi impjant li huwa mmarkat u użat għall-għan uniku ta’ użu captive. L-investigazzjoni kkonfermat li l-produtturi Komunitarji applikanti ma jixtrux il-prodott konċernat għal għanijiet ta’ kummerċ jew għall-użu captive tagħhom minn partijiet indipendenti, kemm ġewwa kif ukoll barra l-Komunità. L-etanolamina għall-użu captive għalhekk mhijiex kunsidrata li hija f’kompetizzjoni ma’ l-etanolamina disponibbli fis-suq Komunitarju (minn hawn ’il quddiem is-suq ħieles).

    E.   SITWAZZJONI FIS-SUQ KOMUNITARJU

    1.   Konsum fis-suq Komunitarju

    Konsum Komunitarju

    2002

    2003

    2004

    RIP

    Tunnellati totali

    283 992

    331 194

    358 830

    366 645

    Indiċi

    100

    117

    126

    129

    Tunnellati captive

    97 768

    107 539

    118 584

    119 975

    indiċi

    100

    110

    121

    123

    Tunnellati tas-suq ħieles

    186 224

    223 655

    240 246

    246 670

    indiċi

    100

    120

    129

    132

    Sors: Statistiċi u risposti għal kwestjonarji tal-Eurostat

    (47)

    Id-determinazzjoni tal-konsum Komunitarju totali kienet ibbażata fuq il-kombinazzjoni ta’ produzzjoni bit-tneħħija ta’ esportazzjonijiet tal-produtturi kollha fil-Komunità u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fis-suq Komunitarju. Meta mqabbel mas-sena 2002, il-konsum waqt l-RIP żdied b’29 % jew bi 83 000 tunnellata. It-tkabbir kien aktar ovvju bejn l-2002 u l-2003 (+ 17 % jew +48 000 tunnellata) iżda kompla waqt l-2004 u l-RIP, għalkemm b’pass aktar bil-mod. Il-konsum kien qed jiżdied bħala konsegwenza tad-domanda akbar għall-etanolamini, abbażi ta’ qasam ta’ applikazzjoni usa’ u dejjem jespandi. L-aktar mexxejja importanti tad-domanda sa mill-2002 kienu d-DEA għall-produzzjoni tal-glifosat, it-TEA għall-esterkwati u l-MEA għat-trattament ta’ l-injam.

    (48)

    Il-konsum tas-suq ħieles żdied bi 32 % (jew b’60 000 tunnellata) waqt il-perijodu kunsidrat b’żjieda ta’ 20 % (jew 37 000 tunnellata) bejn l-2002 u l-2003.

    (49)

    Rigward is-suq captive, il-konsum żdied bi 23 % jew bi 22 000 tunnellata minħabba żjieda fl-użu ta’ etanolamini fil-proċessi tal-produzzjoni ta’ kimiċi oħrajn.

    2.   Importazzjonijiet mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika, volum, sehem mis-suq u prezzijiet ta’ importazzjoni

    Importazzjonijiet mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika

    2002

    2003

    2004

    RIP

    tunnellati

    46 075

    40 576

    40 512

    41 088

    indiċi

    100

    88

    88

    89

    sehem mis-suq

    24,7  %

    18,1  %

    16,9  %

    16,7  %

    prezz ta’ importazzjoni €/tunnellata

    979,63

    915,15

    975,09

    995,55

    indiċi

    100

    93

    100

    102

    Sors: Statistiċi u risposti għal kwestjonarji tal-Eurostat

    (50)

    Il-volum ta’ l-importazzjonijiet fil-Komunità mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika naqas bi 12 % bejn l-2002 u l-2003 u baqa’ f’dan il-livell sa issa. Is-sehem mis-suq kien determinat abbażi tal-konsum tas-suq ħieles fil-Komunità u naqas minn 24,7 % għal 16,7 % matul il-perijodu kunsidrat, li jikkostitwixxi telf ta’ 8 punti perċentwali. In-nuqqas fl-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq bejn l-2002 u l-2003 kkoinċidew ma’ tnaqqis ġenerali ta’ 7 % fil-prezz medju ta’ l-importazzjoni. Bejn l-2002 u l-2003, il-produtturi li jesportaw ta’ l-Istati Uniti ma pparteċipawx fl-espansjoni tal-konsum tas-suq ħieles Komunitarju. Barra minn hekk, wara l-2003, il-produtturi li jesportaw ta’ l-Istati Uniti ma żiedux sehemhom mis-suq, għalkemm il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni reġgħu żdiedu. F’suq tal-bejjiegħa, tali attrattiva miżjuda normalment kienet tikkawża bejgħ addizzjonali, iżda l-produtturi li jesportaw ta’ l-Istati Uniti ma ġewx lura lejn is-suq Komunitarju kif mistenni, minħabba problemi operattivi u kondizzjonijiet aktar attraenti fis-suq domestiku ta’ l-Istati Uniti.

    (51)

    Għandu jkun innotat li l-prezzijiet ta’ hawn fuq inġabru mill-istatistiċi ta’ l-importazzjoni tal-Eurostat. Huma ma jiddistingwux it-taħlita tal-prodotti u jinkludu diversi kondizzjonijiet tal-bejgħ li ma jistgħux jitqabblu bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping u l-prezzijiet tal-produtturi Komunitarji fl-istess livell ta’ kummerċ imwettaq u spejgat fil-premessa (53) hawn isfel. Matul il-perijodu kunsidrat, il-prezz medju ta’ l-importazzjoni żdied modestament bi 2 %. L-importazzjonijiet kollha fil-Komunità li oriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika saru permezz ta’ importaturi relatati u l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni għalhekk huma prezzijiet ta’ trasferiment fil-grupp tal-kumpannija. Fl-investigazzjoni preċedenti ta’ reviżjoni, tali prezzijiet ta’ l-importazzjoni nstabu li kienu stabbiliti artifiċjalment sabiex ta’ l-inqas jassorbu parzjalment il-miżuri anti-dumping li kienu fis-seħħ dak iż-żmien. L-importaturi relatati fil-Komunità ġarrbu telfiet sinifikattivi waqt l-RIP preċedenti u l-marġni li rrealizzaw bejn il-prezz tal-bejgħ (il-prezz reali ta’ l-importazzjoni) u l-prezz tal-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju ma kinux suffiċjenti biex ikopru l-ispejjeż li kellhom bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid. Din kienet ir-raġuni għaliex l-investigazzjoni preċedenti ta’ reviżjoni wasslet għal reviżjoni tal-forma tal-miżuri anti-dumping u li kienu imposti rati ta’ dazju fissi speċifiċi għal kull tunnellata.

    (52)

    F’din l-investigazzjoni ta’ reviżjoni, kemm il-produtturi li jesportaw ta’ l-Istati Uniti u l-importatturi relatati tagħhom fil-Komunità nstabu li għamlu profitti waqt l-RIP u l-marġni relatati ta’ l-importaturi nstabu li kienu konformi mal-kondizzjonijiet tas-suq. Il-livelli tal-prezz tal-bejgħ imqabblin mal-valur normali u/jew l-ispiża tal-produzzjoni ppermettew profitti adatti għall-kumpanniji kollha involuti fis-swieq ikkaratterizzati minn prezzijiet tal-bejgħ għoljin.

    (53)

    It-tqabbil tal-prezzijiet ta’ l-importazzjoni CIF fil-fruntieri Komunitarji mitlubin lil konsumaturi indipendenti jinkludu dazji anti-dumping bil-prezzijiet ex-worksta’ l-industrija tal-Komunità, għall-istess tipi ta’ prodott u fuq l-istess livell ta’ kummerċ, wassal għall-istabbiliment ta’ tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja ta’ bejn 7,3 % u 17,5 %.

    3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, volum, sehem mis-suq u prezzijiet ta’ l-importazzjoni

    Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

    2002

    2003

    2004

    RIP

    Tunnellati

    17 596

    18 688

    12 276

    8 773

    Indiċi

    100

    106

    70

    50

    sehem mis-suq

    9,4  %

    8,4  %

    3,4  %

    2,4  %

    prezz ta’ importazzjoni €/tunnellata

    1 034,23

    970,75

    982,67

    955,24

    indiċi

    100

    94

    95

    92

    Sors: Statistiċi ta’ l-Eurostat

    (54)

    L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi naqsu bin-nofs matul il-perijodu kunsidrat. Is-sehem mis-suq tal-pajjiżi l-oħrajn ewlenin li jesportaw, l-aktar ir-Russja u l-Iran, tassew sar marġinali. Skond l-industrija ta’ l-utenti, din it-tendenza lejn it-tnaqqis hija dovuta għall-fatt li kien diffiċli li jinkisbu eżattament il-kwantitajiet rikjesti fid-data preċiża tat-twassil fiż-żewġ pajjiżi msemmijin qabel.

    4.   Is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja

    Ħruġ, kapaċità ta’ produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità

     

    2002

    2003

    2004

    RIP

    Produzzjoni f’tunnellati

    206 481

    242 350

    279 307

    290 625

    Indiċi

    100

    117

    135

    141

    Kapaċità f’tunnellati

    263 320

    273 820

    302 070

    311 820

    Indiċi

    100

    104

    115

    118

    Utilizzazzjoni tal-kapaċità

    78,4  %

    88,5  %

    92,5  %

    93,2  %

    (55)

    Matul il-perijodu kunsidrat, il-produzzjoni żdiedet b’41 %. Fl-istess waqt il-kapaċità kienet estiża bi 18 %. Dan wassal għal titjib fl-utilizzazzjoni tal-kapaċità minn 78,4 % għal 93,2 %.

    (56)

    Iż-żjieda fil-kapaċità tal-produzzjoni bejn l-2002 u l-2003 hija marġinali u tirrifletti xi titjib fl-effiċjenza. Mill-2004 ’l quddiem, jista’ jiġi osservat tneħħija intensiva ta’ aktar bottlenecking u espansjonijiet ġodda tal-kapaċità.

    Inventarji

    Inventarji

    2002

    2003

    2004

    RIP

    tunnellati

    9 543

    10 883

    10 228

    7 596

    indiċi

    100

    114

    107

    80

    (57)

    Il-livell ta’ l-inventarji huwa mqabbel fl-aħħar ta’ kull sena 2002 sa l-2004 u jvarja sa ċertu punt skond l-ordnijiet. Il-livell fl-aħħar tar-RIP huwa aktar baxx, iżda juri s-sitwazzjoni fit-30 ta’ Ġunju 2005 u għalhekk m’huwiex proprjament komparabbli ma’ l-inventarji fl-aħħar tas-sena. Dan minħabba l-fatt li, minħabba domanda ftit aktar baxxa mill-utenti industrijali waqt ix-xhur tas-sajf, il-kumpanniji jiskedaw produzzjoni u manutenzjoni aktar baxxi tal-faċilitajiet tal-produzzjoni.

    Volum ta’ bejgħ, sehem mis-suq u prezz tal-bejgħ

     

    2002

    2003

    2004

    RIP

    Volum tal-bejgħ

    130 214

    144 103

    167 054

    175 953

    Tunnellati

    100

    111

    128

    135

    Sehem mis-suq f’konsum totali (inkluż użu captive)

    45,9  %

    43,5  %

    46,6  %

    48,0  %

    Sehem mis-suq fil-konsum tas-suq ħieles

    69,9  %

    64,4  %

    69,5  %

    71,3  %

    Prezz tal-bejgħ €/tunnellata (bejgħ tas-suq ħieles)

    801,77

    758,49

    835,68

    936,08

    Indiċi

    100

    95

    104

    117

    (58)

    Il-volum tal-bejgħ industrijali Komunitarju lil konsumaturi mhux relatati żdied b’35 % matul il-perijodu kunsidrat. Kemm is-sehem mis-suq tal-konsum Komunitarju totali u l-konsum tas-suq ħieles jindikaw li wara telf tas-sehem fis-suq bejn l-2002 u l-2003, is-sehem fis-suq stabbilizza u kien ta’ 48 % meta mqabbel mal-konsum totali rispettivament ta’ 71,3 % fis-suq ħieles waqt l-RIP. Il-livell medju tal-prezz tal-bejgħ lil konsumaturi mhux relatati segwa mudell simili u wara tnaqqis ta’ 5 % bejn l-2002 u l-2003, il-livell tal-prezz fis-suq ħieles waqt l-RIP kien ta’ 17 % ogħla mill-2002.

    (59)

    Meta mqabblin mal-livell tal-prezz waqt l-RIP ta’ l-investigazzjoni preċedenti ta’ reviżjoni, li kkoinċida mas-sena kalendarja 1998, il-prezzijiet tal-bejgħ fl-2004 u waqt l-RIP preżenti kienu bħala medja 22,7 % u 37,5 % ogħla rispettivament mill-1998. L-ebda fattura ma tinħareġ fir-rigward tal-produzzjoni destinata għal konsum captive li huwa użat f’faċilitajiet integrati tal-produzzjoni.

    Fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet Komunitarji

    (60)

    Il-konsum kien ilu jiżdied kontinwament waqt l-aħħat deċennju, minn 152 000 tunnellata fl-1995 għal 367 000 tunnellata waqt l-RIP, li jirrappreżenta żjieda annwali ta’ 9,7 %. Iż-żjieda l-aktar reċenti ta’ konsum matul il-perijodu kunsidrat, mill-2002 sa l-RIP, kienet ta’ 10,7 % fuq bażi annwali, meta mqabbla ma’ żjieda annwali tal-kapaċità ta’ 7 %. Din l-evoluzzjoni appoġġat livelli tal-prezzijiet għoljin fil-Komunità u fl-istess ħin imbuttat lill-industrija Komunitarja lejn titjib importanti fir-rati ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità minn 78,4 % għal 93,2 %, li wassal għal żjieda annwali fil-produzzjoni ta’ 14,5 %. F’termini assoluti l-produzzjoni żdiedet b’84 000 tunnellata meta mqabbla maż-żjieda fil-konsum ta’ 83 000 tunnellata, u l-kapaċità espandiet biss bi 48 500 tunnellata.

     

    2002

    2003

    2004

    RIP

    Spiża medja tal-produzzjoni €/tunnellata

    779,53

    749,85

    746,84

    790,60

    Indiċi

    100

    96

    96

    101

    (61)

    Id-domanda għolja u dejjem tiżdied meta mqabbla mal-pass aktar bil-mod ta’ l-espansjoni tal-kapaċità u t-tnaqqis ġenerali ta’ l-importazzjonijiet sostenew il-livell tal-prezz ta’ l-etanolamina fil-Komunità. Barra minn hekk, il-marġni tal-bejgħ ma kienu influwenzati kważi xejn mill-ispiża sħiħa tal-produzzjoni għal kull tunnellata matul il-perijodu kunsidrat, għaliex iż-żjieda fil-prezz kienet dovuta l-aktar għal żviluppi fis-suq. Iż-żjieda fl-ispiża tal-produzzjoni ta’ 5,9 % bejn l-2004 u r-RIP kienet il-konsegwenza taż-żjieda fil-prezz tan-nafta, li huwa element bażiku ta’ l-enerġija (energy driver) ibbażata fuq iż-żejt użat fil-produzzjoni ta’ l-ossidu ta’ l-etilene, il-materja prima prinċipali fil-produzzjoni ta’ l-etanolamina fil-Komunità.

    Impjiegi, produttività u pagi

     

    2002

    2003

    2004

    RIP

    Impjiegi

    102

    103

    101

    102

    indiċi

    100

    101

    99

    99

    Produttività

    2 016

    2 354

    2 755

    2 861

    tunnellati għal kull impjegat indiċi

    100

    117

    137

    142

    Pagi f’eluf ta’ euro

    6 860

    7 526

    8 018

    7 598

    indiċi

    100

    110

    117

    111

    Paga medja għal kull impjegat (euro)

    66 976

    73 105

    79 097

    74 797

    indiċi

    100

    109

    118

    112

    (62)

    L-impjiegi fil-livell ta’ l-industrija Komunitarja għall-prodott simili baqgħu stabbli waqt il-perijodu kunsidrat. Il-proċess tal-produzzjoni huwa fil-biċċa l-kbira awtomatizzat u għalhekk ma jinkludix xogħol intensiv. Fl-istess ħin, minħabba t-titjib kostanti u t-tneħħija tal-bottlenecks ta’ l-istallazzjonijiet tal-produzzjoni, il-produttività żdiedet bi 42 % matul il-perijodu kunsidrat.

    (63)

    Matul il-perijodu kunsidrat, il-pagi żdiedu bi 11 % b’massimu fl-2004 u dan jista’ jkun attribwit għall-isforzi ta’ ristrutturazzjoni u tnaqqis ta' impjegati minn wieħed mill-produtturi Komunitarji li ressqu lment. Il-paga medja għal kull impjegat segwiet l-istess mudell.

    Qligħ

    Bejgħ lil partijiet mhux relatati fil-Komunità

    2002

    2003

    2004

    RIP

    Valur tal-bejgħ f’eluf ta’ euro

    104 402

    109 301

    139 603

    164 705

    indiċi

    100

    105

    134

    158

    Spiża tal-produzzjoni f’eluf ta’ euro

    101 506

    108 056

    124 763

    139 100

    indiċi

    100

    106

    123

    137

    Profittabbiltà

    2,8  %

    1,1  %

    10,6  %

    15,5  %

    (64)

    Il-qligħ matul il-perijodu kunsidrat tal-bejgħ tas-suq ħieles tal-prodott konċernat lil partijiet mhux relatati fil-Komunità żdied minn 2,8 % fl-2002 għal 15,5 % waqt ir-RIP, wara tnaqqis ta’ 1,1 % fl-2003. Dan it-titjib tal-qligħ sa mill-2003 għandu jittieħed fil-kuntest ta’ importazzjonijiet stabbli mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika, u domanda dejjem tiżdied, bil-konsegwenza kemm ta’ volumi tal-bejgħ ikbar kif ukoll ta’ livell tal-prezz tal-bejgħ miżjud, li waqt l-2004 u r-RIP kienu aktar pronunċjati miż-żjieda ta’ l-ispiża tal-produzzjoni.

    Investimenti, redditu fuq investiment u kapaċità li jinstab il-kapital

     

    2002

    2003

    2004

    RIP

    Investimenti f’eluf ta’ euro

    1 170

    9 975

    687 478

    388 476

    indiċi

    100

    852

    58 750

    33 198

    Redditu fuq l-investiment

    2,2  %

    0,9  %

    10,2  %

    17,6  %

    (65)

    Il-livelli tal-prezz akkwistati fil-Komunità jiddeterminaw jekk il-kumpanniji humiex inklinati li jibnu kapaċità addizzjonali. Matul il-perijodu 2002-2003, ir-redditu fuq l-investiment ma kienx kunsidrat għoli biżżejjed sabiex jiggarantixxi għall-istallazzjoni ta’ istallazzjonijiet addizzjonali tal-produzzjoni. Bħala konsegwenza, il-kumpanniji illimitaw lilhom infushom għal xi tneħħija ta’ bottlenecking u għal titjib fl-effiċjenza. Id-domanda li kontinwament tiżdied ikkombinata ma’ żjieda limitata fil-kapaċità biss appoġġat livell ogħla tal-prezzijiet, sa ċert punt li sa mill-2004 reġa’ sar realistiku li jkunu implimentati proġetti ta’ investiment li preċedentement kienu ġew posposti.

    (66)

    Rigward l-kapaċità li jinstab il-kapital, għandu jkun innotat li l-produzzjoni ta’ l-etanolamina hija biss parti żgħira mill-produzzjoni ġenerali tal-prodotti kimiċi mill-industrija Komunitarja, li l-aktar tirrappreżenta kumpanniji kimiċi internazzjonali maġġuri, li jgawdu minn livelli ġenerali għoljin ta’ likwidità u awto-finanzjament u affidabbiltà fir-rigward tal-kreditu. Għalhekk, l-industrija Komunitarja b’mod ġenerali ma kellhiex problemi ewlenin biex issib il-kapital.

    Likwidità

     

    2002

    2003

    2004

    RIP

    Likwidità f’eluf ta’ euro

    4 842

    3 301

    16 863

    27 596

    indiċi

    100

    68

    348

    570

    Likwidità fuq il-fatturat

    4,6  %

    3,0  %

    12,1  %

    16,6  %

    (67)

    L-evoluzzjoni tal-likwidità hija xhieda oħra ta’ l-għaqda bejn il-livelli tal-prezzijiet, il-qligħ u r-redditu fuq l-investiment. Wara livelli baxxi ta’ likwidità fl-2002 u l-2003, l-industrija Komunitarja reġgħet lura għal ċifri b’żewġ numri għal-likwidità meta mqabbla mal-fatturat sa mill-2004 u l-livell tagħha għal bosta mill-kumpanniji huwa għoli biżżejjed sabiex il-fondi jkunu diretti lejn investimenti ġodda fin-negozju ta’ l-etanolamini.

    Tkabbir

    (68)

    L-industrija Komunitarja bbenefikat minn tkabbir fis-suq matul il-perijodu kunsidrat, li jidher miż-żjieda fis-sehem tas-suq tagħha tal-konsum totali minn 45,9 % għal 48 % u s-sehem tas-suq tal-konsum ħieles tagħha minn 69,9 % għal 71,3 %.

    Kobor tal-marġni ta’ dumping

    (69)

    L-importazzjoni li hi l-oġġett ta’ dumping kompliet waqt ir-RIP, anke jekk f’livelli aktar baxxi minn dawk stabbiliti fl-investigazzjoni preċedenti ta’ reviżjoni.

    Irkupru mill-effetti ta’dumping preċedenti

    (70)

    Kif muri fuq, l-industrija Komunitarja tassew kellha l-opportunità li tirkupra mid-dumping preċedenti, b’mod partikolari f’termini ta’ prezzijiet tal-bejgħ u tal-qligħ.

    Attività ta’ esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja

     

    2002

    2003

    2004

    RIP

    Volum ta’ esportazzjoni unnellati

    15 631

    15 278

    16 709

    17 428

    indiċi

    100

    98

    107

    111

    (71)

    Il-volumi ta’ esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja lil pajjiżi terzi żdiedu bi 11 % matul il-perijodu kunsidrat, u dan jikkorrispondi għal 4 % bħala medja fuq il-bażi annwali, u dan huwa fil-biċċa l-kbira konformi ma’ l-espansjoni tal-konsum dinji. Dan juri li l-industrija Komunitarja hija kompetittiva fis-swieq dinjin.

    5.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni fis-suq Komunitarju

    (72)

    Il-volum ta’ etanolamina kkunsmat fis-suq Komunitarju espanda b’29 % waqt li l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika naqsu bi 11 % matul il-perijodu kunsidrat. Fl-istess waqt, l-industrija Komunitarja setgħet iżżid il-volum tal-bejgħ tagħha u b’hekk tistabbilizza u saħansitra żżid kemmxejn sehemha fis-suq.

    (73)

    Is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja tjiebet fir-rigward ta’ bosta mill-indikaturi ekonomiċi: il-produzzjoni (+ 41 %), il-kapaċità tal-produzzjoni (+ 18 %) u l-kapaċità ta’ l-utilizzazzjoni, il-volum tal-bejgħ (+ 35 % jew +45 000 tunnellata) u l-valur (+ 58 %), il-produttività, is-sehem fis-suq (+ 2 punti perċentwali), il-likwidità u l-qligħ, l-investimenti u r-redditu fuq l-investiment. L-iżvilupp ta’ l-ispejjeż tal-produzzjoni għal kull tunnellata baqa’ taħt l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-bejgħ. L-industrija Komunitarja bbenefikat ukoll mit-tkabbir fis-suq Komunitarju u żammet il-pass ma’ l-evoluzzjoni fid-domanda dinjija hekk kif l-attività ta’ esportazzjoni tagħha żdiedet bi 11 % fil-volum.

    (74)

    Biex nikkonkludu, fid-dawl ta’ l-iżvilupp pożittiv ta’ l-indikaturi pertinenti għall-industrija Komunitarja, l-industrija Komunitarja hija kunsidrata li tinsab f’sitwazzjoni tajba. Ma setax ikun stabbilit li d-danni materjali komlpew. Għalhekk, kien eżaminat jekk hemmx il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara jekk il-miżuri jitħallew jaqgħu.

    F.   PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ ĦSARA

    Taqsira ta’ l-analiżi tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni ta’ dumping u tar-rikorrenza ta’ dumping li jwettaq ħsara

    (75)

    Huwa mfakkar li l-produtturi li jesportaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika kienu għadhom qed jipprattikaw l-esportazzjoni li hi l-oġġett ta’ dumping waqt ir-RIP, anke jekk f’livell imnaqqas meta mqabbel ma’ l-investigazzjoni preċedenti. It-tneħħija tal-miżuri tista’, li kieku l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kellhom jitnaqqsu proporzjonalment, twassal għal marġni ta’ dumping ta’ bejn 13,4 % u 28,3 % għall-produtturi li jesportaw li kkooperaw, waqt li l-imġiba tal-produtturi li ma kooperawx, li rrappreżentaw 42 % ta’ l-importazzjonijiet fl-investigazzjoni oriġinali, għada mhux magħrufa. Madankollu, dawn ta’ l-aħħar, peress li huma soġġetti għall-ogħla miżuri anti-dumping, ikollhom l-akbar inċentiva biex jerġgħu lura lejn is-suq Komuniatrju, li kieku l-miżuri kellhom jitwaqqfu.

    (76)

    Fl-istess ħin huwa stmat li bħalissa teżisti kapaċità żejda ta’ 90 000 tunnellata fis-suq ta’ l-Istati Uniti, ladarba l-problemi operattivi u l-effett ta’ l-urugan ikunu rimedjati.

    (77)

    Għalhekk kien konkluż li hemm il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ l-iddampjar u r-riskju ta’ żjieda fil-volum ta’ importazzjonijiet li jeżerċitaw pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet fil-Komunità, ta’ l-inqas għal perijodu ta’ żmien qasir, li kieku l-miżuri kellhom jiġu revokati.

    (78)

    Ġeneralment żjieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping teżerċita pressjoni ’l isfel tal-livell tal-prezz tal-bejgħ u dan jaffettwa b’mod negattiv il-qligħ ta’ l-industrija Komunitarja kif ukoll l-irkupru finanzjarju tagħha li kien osservat waqt il-perijodu kunsidrat. F’dan il-kuntest, għandu jkun innotat li l-livell ta’ bejgħ bi prezz inqas jonqos sostanzjalment jekk il-miżuri jkunu revokati.

    Bidla mistennija fil-produzzjoni ta’ l-Istati Uniti mill-MEG għall-etanolamina

    (79)

    Huwa mistenni li l-produtturi ta’ l-Istati Uniti sa ċertu punt ser jirrideriġu mill-ġdid l-użu tal-materja prima ewlenija, l-ossidu ta’ l-etilene (EO), mill-produzzjoni tal-monoetileneglikol (MEG) għall-produzzjoni ta’ l-etanolamina.

    (80)

    Il-materja prima EO hija użata fil-produzzjoni ta’ prodotti jew derivattivi kimiċi oħrajn, l-aktar il-glikoli ta’ l-etilene u b’mod partikolari l-monoetileneglikol (MEG). Il-kapaċità ta’ l-EO hija limitata biss għal ftit postijiet fid-dinja minħabba n-natura ferm splussiva u tossika tagħha, soġġetta għal regolamenti ambjentali, tas-saħħa, tas-sigurtà u tad-difiża speċjali. Bħala konsegwenza, l-allokazzjoni ta’ l-EO tiddependi fuq il-prezzijiet tas-suq tad-derivattivi tagħha.

    (81)

    Storikament, teżisti ċerta ġerarkija fil-livelli tal-prezz: il-prezz ta’ l-etilene kien ogħla mill-MEG u l-prezz ta’ l-etanolamina kien ogħla kemm mill-prezz ta’ l-etilene kif ukoll minn dak tal-MEG. Madankollu, sa mill-2003, il-prezzijiet tal-MEG fil-Komunità żdiedu ferm u saru ogħla mill-prezzijiet ta’ l-etalina u f’ċerti perijodi ta’ żmien anke ogħla mill-prezzijiet ta’ l-etanolamina. Bħala konsegwenza, l-EO kien ingħata direzzjoni ġdida dejjem aktar lejn il-produzzjoni tal-MEG, biex b’hekk inħolqot skarsezza relattiva ta’ l-EO fis-suq, li fl-istess ħin ikkontribwixxiet biex il-prezzijiet ta’ l-etanolamina jibqgħu relattivament f’livell għoli.

    (82)

    Madankollu, il-pajjiżi tal-Lvant Nofsani bħalissa qegħdin jinvestu fil-kapaċità ta’ l-etilene glikol ibbażat fuq in-nafta. Kapaċità ġdida ta’ produzzjoni tal-MEG hija mistennija li ssir operattiva f’perijodu ta’ żmien qasir fil-Kuwajt (bil-parteċipazzjoni tad-Dow Chemical), fl-Għarabja Sawdija u fl-Iran. Meta jitqies il-fatt li n-nafta hija materjal ibbażat fuq iż-żejt, dawn il-pajjiżi ser ikollhom vantaġġ komparattiv ċar f’termini ta’ spiża. Huwa għalhekk raġonevoli li jkun mistenni li l-prezz tal-MEG jorħos fuq perijodu ta’ żmien qasir u, li l-produtturi ta’ l-US ikollhom possibbiltajiet imnaqqsa biex ibigħu MEG b’mod partikolari fl-Asja, fejn l-attivitajiet Ċiniżi tat-tessuti u l-poljester diġà jieħdu aktar minn 30 % tal-konsum dinji tal-MEG. Dan ikun il-każ b’mod partikolari għal wieħed mill-produtturi li jesporta mhux kooperanti li bħalissa huwa esportatur importanti tal-MEG fl-Asja. Bħala konsegwenza, jista’ jkun mistenni li l-produtturi ta’ l-Istati Uniti ser iduru lejn il-produzzjoni ta’ aktar etanolamina, biex b’hekk jeżerċitaw pressoni ’l isfel fuq il-prezzijiet u joħolqu ħtieġa li jinstabu kljienti addizzjonali barra s-suq domestiku ta’ l-Istati Uniti u għalhekk iduru għas-suq Komunitarju.

    Evoluzzjoni tal-prezzijiet u l-possibbiltà li jkunu adattati l-prezzijiet għall-ispiża tal-produzzjoni wara r-RIP

    (83)

    Meta wieħed iżomm quddiem għajnejh is-sitwazzjoni stabbli attwali ta’ l-industrija Komunitarja, il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara kkważata minn pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet tiddependi wkoll fuq il-kobor ta’ tali tnaqqis fil-prezz u l-evoluzzjoni ta’ fatturi oħrajn, bħall-ispiża tal-produzzjoni u l-possibbiltà li ż-żidiet fil-prezzijiet jiġu trasferiti għal fuq il-klijenti. F’dan ir-rigward, kien investigat x’kienet is-sitwazzjoni wara r-RIP.

    (84)

    Inġabret data addizzjonali sabiex ikun verifikat jekk il-konklużjonijiet miksubin abbażi ta’ l-analiżi tal-perijodu kunsidrat u b’mod aktar partikolari r-RIP baqgħux validi waqt it-tieni nofs ta’ l-2005 u l-ewwel ħames xhur ta’ l-2006.

    (85)

    Waqt it-tieni semestru ta’ l-2005, il-prezzijiet fis-suq Komunitarju għat-tipi kollha ta’ etanolamini komplew jogħlew bejn 11,4 % u 14,7 %. Iż-żjieda fil-prezz medju fis-suq ta’ l-Istati Uniti kienet aktar qawwija bi 22 %. Il-ħsara mill-urugan f’Louisiana kienet primarjament responsabbli għan-nuqqasijiet okkażjonali fis-suq domestiku ta’ l-Istati Uniti.

    (86)

    Din l-evoluzzjoni kompliet fl-ewwel ħames xhur ta’ l-2006 iżda b’pass ferm aktar bil-mod: il-prezzijiet fis-suq Komunitarju żdiedu bejn 2,8 % sa 4 % u fis-suq domestiku ta’ l-Istati Uniti b’9,9 %, dan juri fejqan gradwali tal-problemi operattivi u ta’ ħsara lokali.

    (87)

    Meta mqabblin mar-RIP, il-prezzijiet taż-żejt żdiedu konsiderevolment waqt l-ewwel nofs ta’ l-2005 u kienu bħala medja xi 30 % ogħla. Dan affettwa aktar il-prezz tan-nafta, li ż-żieda tiegħu bdiet fit-tieni nofs tar-RIP (l-ewwel semestru ta’ l-2005). Il-prezzijiet ta’ importazzjoni ta’ l-Istati Uniti fil-Komunità jidhru li jaġġustaw aktar bil-mod għaż-żjieda fil-prezzijiet tal-materja prima, parzjalment minħabba l-aġġustament aktar bil-mod tal-prezzijiet tal-kuntratti u fi sforz biex ikun protett is-sehem mis-suq u parzjalment minħabba li l-istallazzjonijiet tal-produzzjoni tal-produtturi ta’ l-Istati Uniti huma bbażati fuq il-gass minflok fuq in-nafta, biż-żidiet fil-prezz tal-gass isegwu bil-mod iż-żidiet fil-prezz taż-żejt.

    (88)

    Il-prezzijiet taż-żejt komplew jiżdiedu bħala medja b’10 % fl-ewwel ħames xhur ta’ l-2006, u dawn affettwaw b’mod negattiv il-qligħ ta’ l-industrija Komunitarja minħabba l-evoluzzjoni ’l fuq tal-prezz tal-bejgħ osservat.

    (89)

    L-investigazzjoni tal-ġrajjiet wara l-IP tidher li tipponta lejn punt ta’ dawrien fl-evoluzzjoni ta’ l-etanolamina fis-suq Komunitarju. Il-prezzijiet tal-bejgħ jidher li laħqu limitu massimu u għal ċerti tipi ta’ etanolamina anke wrew nuqqas minuri. Hemm indikazzjonijiet li żjieda fl-ispiża tal-produzzjoni mhux ser tkun tradotta faċilment fi prezzijiet tal-bejgħ lill-klijent aktar għoljin. Madankollu, mhuwiex ċar f’dan il-mument kemm iż-żjieda fl-ispiża għall-produzzjoni u l-pressjoni ’l isfel fuq il-qligħ ser jinvolvu sitwazzjoni ta’ ħsara għall-industrija Komunitarja fuq perijodu ta’ żmien medju.

    Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza tal-ħsara

    (90)

    Fil-każ li l-miżuri jkunu revokati, hemm probabbiltà fuq perijodu ta’ żmien qasir ta’ żjieda sinjifikanti ta’ importazzjonijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping ta’ l-Istati Uniti lejn il-Komunità bi pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet bħala konsegwenza.

    (91)

    Fuq perijodu ta’ żmien medju, dan jista’ jkun aggravat b’żjieda fil-produzzjoni ta’ l-etanolamina fl-Istati Uniti bħala reazzjoni għall-opportunitajiet ta’ bejgħ ta’ MEG imnaqqsin, li jkun jeħtieġ li l-produtturi ta’ l-Istati Uniti jsibu swieq tal-bejgħ addizzjonali u b’hekk jirriderieġu volumi akbar lejn is-suq Komunitarju.

    (92)

    It-tmiem apparenti taż-żjieda tal-prezzijiet tal-bejgħ fil-bidu ta’ l-2006 u l-evoluzzjoni avversa ta’ l-ispiża tal-produzzjoni minħabba l-evoluzzjoni tal-prezz taż-żejt ukoll jidher li affettwa b’mod negattiv il-qligħ ta’ l-industrija Komunitarja.

    (93)

    Dawn il-fatturi kollha jippuntaw lejn il-probabbiltà tar-rikorrenza tal-ħsara. Madankollu, xi wħud mill-konklużjonijiet ta’ hawn fuq huma bbażati fuq ġrajjiet li probabbilment iseħħu fuq perijodu ta’ żmien medju.

    G.   INTERESS KOMUNITARJU

    1.   Rimarka preliminari

    (94)

    Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, kien eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping li bħalissa huma fis-seħħ tkunx kontra l-interess Komunitarju b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni ta’ l-interess Komunitarju kienet ibbażata fuq apprezzament ta’ l-interessi varji kollha involuti, jiġifieri dawk ta’ l-industrija Komunitarja, l-importaturi, in-negozjanti, il-bejjiegħa bl-ingrossa u l-utenti industrijali tal-prodott konċernat.

    (95)

    Għandu jkun imfakkar li fl-investigazzjonijiet preċedenti, l-impożizzjoni ta’ miżuri ma kinitx kunsidrata kontra l-interess Komunitarju. Barra minn hekk, l-investigazzjoni preżenti hija reviżjoni ta’ skadenza, u b’hekk tanalizza sitwazzjoni li fiha diġà hemm fis-seħħ miżuri anti-dumping.

    (96)

    Fuq din il-bażi kien eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara, jeżistux raġunijiet kostrinġenti li jwasslu għall-konklużjoni, f’dan il-każ partikolari, li mhuwiex fl-interess tal-Komunità li jinżammu l-miżuri.

    2.   Interess ta’ l-industrija Komunitarja

    (97)

    Huwa mfakkar li d-dumping waqt l-RIP kien għadu preżenti u li teżisti l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping tal-prodott konċernat li joriġina mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika u ta’ rikorrenza ta’ ħsara lill-industrija Komunitarja.

    (98)

    L-industrija Komunitarja tat prova li hija industrija vijabbli u kompetittiva, u dan kien ikkonfermat mill-iżvilupp pożittiv ta’ bosta mill-indikaturi ekonomiċi, b’mod partikolari l-qligħ, il-likwidità u r-redditu fuq l-investiment. Il-miżuri anti-dumping imposti preċedentement ikkontribwixxew għal-livell tal-prezz preżenti fis-suq Komunitarju, u ppermettew lill-industrija Komunitarja biex terġa’ tikseb qligħ li tippermetti redditu suffiċjenti fuq l-investiment, sa punt fejn l-investimenti f’kapaċità ġdida jsiru aktar possibbli. B’mod partikolari l-produttur li jesporta ta’ l-Istati Uniti, l-INEOS, li wara li ġie akkwistat minn Innovene sar de facto produttur Komunitarju, ħabbar investimenti importanti fil-Komunità. Il-kontinwazzjoni tal-miżuri tikkontribwixxi wkoll għaż-żamma tal-qligħ ta’ dan il-proġett ta’ investiment. Għalhekk, huwa fl-interess ta’ l-industrija Komunitarja li żżomm miżuri kontra importazzjonijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

    3.   Interess ta’ importaturi u kummerċjanti/bejjiegħa bl-ingrossa

    (99)

    Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni min-negozjanti u l-bejjiegħa bl-ingrossa, kien konkluż li n-nuqqas jew il-kontinwazzjoni ta’ miżuri fil-parti l-kbira ma taffettwax lil dawn il-partijiet. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma wrietx l-eżistenza ta’ xi importatur mhux relatat; l-importazzjonijiet kollha fil-Komunità tal-prodott konċernat li joriġina fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika jidhru li jittrasferixxu għal fuq importaturi relatati mal-produtturi li jesportaw ta’ l-Istati Uniti.

    (100)

    Il-kontinwazzjoni tal-miżuri mhux ser tbiddel is-sitwazzjoni preżenti ta’ l-importaturi relatati, li nstab li wettqu profitti waqt ir-RIP f’marġni konformi mal-kondizzjonijiet tas-suq. Huwa minnu li t-twaqqif tal-miżuri jista’ jkun fl-interess ta’ l-importaturi relatati fil-każ li l-livell tal-prezz tal-bejgħ lill-kljienti ma jkunx affettwat u fil-każ li l-produtturi li jesportaw ta’ l-Istati Uniti ma jitolbux parti minn jew il-marġni tal-profitt żejjed riżultanti kollu meta jiffisaw il-prezzijiet li bihom l-importaturi relatati jistgħu jixtru l-etanolamina.

    4.   Interess ta’ utenti industrijali

    (101)

    Fuq il-bażi tal-fatt li l-kontinwazzjoni tal-miżuri tkun tirrappreżenta t-tieni tiġdid tal-miżuri anti-dumping, ingħatat attenzjoni partikolari għall-interess ta’ l-utenti ta’ l-industrija.

    (102)

    F’din l-investigazzjoni pparteċipaw biss utenti min-negozju ta’ l-esterquat għal rattaba tat-tessuti. Utent industrijali wieħed, li jirrappreżenta madwar 14 % ta’ l-importazzjonijiet totali ta’ l-Istati Uniti waqt ir-RIP, wieġeb għall-kwestjonarju, tnejn oħrajn urew fehmiethom u għaddew informazzjoni dwar l-istruttura ta’ l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-prodotti lesti. L-esterquats huma prodotti abbażi tat-TEA u huma użati bħala rattaba tat-tessuti, ikkummerċjalizzati mill-hekk imsejħin “soapers” bħal Procter & Gamble, Unilever, Henkel, Benckiser u Colgate. Dawn l-utenti industrijali jargumentaw li ż-żjieda tal-prezz tat-TEA qed ipoġġi n-negozji tagħhom fil-periklu u li jeżisti nuqqas tal-provvista fis-suq Komunitarju. Iż-żewġ fatturi jittaffew li kieku l-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu. Barra minn hekk, il-kontinwazzjoni tal-produzzjoni fil-Komunità hija allegatament fil-periklu jekk il-qligħ tan-negozju ta’ l-esterquat ma jitjibx.

    (103)

    Instab li waqt ir-RIP it-TEA rrappreżentat madwar 23 % ta’ l-ispiża totali tal-produzzjoni ta’ l-esterquats, aktar minn 22 % fl-2003 iżda ġeneralment komparabbli mas-sitwazzjoni li eżistiet fl-2002, l-ewwel sena tal-perijodu kunsidrat. Wara r-RIP, minħabba l-evoluzzjoni tal-prezz tat-TEA osservata, l-inċidenza tat-TEA fl-ispiża sħiħa tal-prodott finali hija mistennija li tkun aktar importanti. Huwa ċar li l-eliminazzjoni tal-miżuri anti-dumping, ta’ l-inqas fuq perijodu ta’ żmien qasir, tnaqqas il-piż ta’ l-ispiża tat-TEA bħala materja prima. Dan it-tnaqqis fl-ispiża, fuq il-bażi ta’ l-ipoteżi li l-abolizzjoni tal-miżuri tinbidel bis-sħiħ fi prezz tal-bejgħ aktar baxx, kieku jnaqqas l-ispiża tat-TEA b’bejn wieħed u ieħor 7 %. L-effett fl-ispiża sħiħa tal-produzzjoni ta’ l-oġġetti finali ikun ta’ tnaqqis ta’ madwar 1 %, li jtejjeb il-qligħ bl-istess marġni.

    (104)

    Instab li l-qligħ fin-negozju ta’ l-esterquat naqset tassew fil-perijodu kunsidrat minn madwar 18 % għal 8 %. Madankollu, in-nuqqas fil-prezz tal-bejgħ ta’ l-esterquats b’6 % matul il-perijodu kkunsirat jidher li kien il-fattur kontribwenti ewlieni, li kkawża l-importanza relattiva ta’ l-ispejjeż tal-produzzjoni fil-prezz tal-bejgħ biex titla’ bi kważi 10 %. Is-settur jidher li għaddej mill-effett ta’ ċaqliq lejn il-Lvant, partikolarment lejn ir-Russja, fejn ġeneralment jistgħu jinstabu soluzzjonijiet bi spiża baxxa, iżda aktar speċifikament għax-xiri tal-materja prima ewlenija l-oħra, jiġifieri l-“aċidu grass thalo”. Dan il-prodott ta’ oriġini bovina jista’ jinbidel b'“palmstyrene” veġetali li l-provvista tiegħu fil-Lvant hija aktar abbundanti. Barra minn hekk, is-soapers, għal raġunijiet ta’ effiċjenza, jitolbu preżenza lokali mill-fornituri tagħhom, li tista’ tkun ir-raġuni prinċipali għal delokalizzazzjoni possibbli barra mill-Komunità.

    (105)

    Finalment, dak li ngħad dwar in-nuqqas ta’ provvista tat-TEA fis-suq Komunitarju kien eżaminat iżda nstab li ma kienx sostanzjat, ibbażat fuq offerti mressqin minn ċerti produtturi, li ma kinux aċċettati mill-utenti konċernati.

    (106)

    Fil-qosor, għalkemm huwa rikonoxxut li l-prezz miżjud tat-TEA kellu effett ta’ pressjoni negattiva fuq l-ispiża tal-produzzjoni tal-prodotti lesti ta’ l-utenti industrijali li resqu b’talbiet, din il-pressjoni hija pjuttost limitata u l-abolizzjoni tal-miżuri anti-dumping tipprovdi biss solliev marġinali. Fatturi oħrajn, bħall-ispiża ta’ materja prima oħra u l-ħtiġiet magħmulin mill-konsumaturi tal-prodotti, instabu li għandhom influwenza aktar sinifikanti. Għalhekk, kien deċiż li kontinwazzjoni tal-miżuri mhux ser taffettwa b’mod sinjifikanti lill-utenti industrijali.

    5.   Konklużjoni dwar l-interess Komunitarju

    (107)

    L-investigazzjoni wriet li l-miżuri anti-dumping eżistenti kkontribwixxew għall-irkupru ta’ l-industrija Komunitarja. L-industrija Komunitarja ser tibbenefika minn kontinwazzjoni tal-miżuri billi żżomm il-livelli tal-prezz profittabbli preżenti, li jippermetti aktar investiment. Kieku l-miżuri kellhom jitħallew jiskadu, dan jipperikola dan il-proċess ta’ rkupru. Għalhekk, il-kontinwazzjoni tal-miżuri hija fl-interess ta’ l-industrija Komunitarja.

    (108)

    Ma jidhirx li jeżistu importaturi mhux relatati u ma kienx hemm preżentazzjonijiet minn negozjanti/bejjiegħa bl-ingrossa mhux relatati. L-importazzjonijiet kollha li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika isiru permezz ta’ negozjanti relatati, li, waqt li l-miżuri kienu għaddejjin, instabu li akkwistaw marġni ta’ profitt konformi mas-suq waqt ir-RIP.

    (109)

    Barra minn hekk, fil-passat, il-miżuri eżistenti jidhru li ma kellhom l-ebda effett negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-utenti. Abbażi ta’ l-informazzjoni miġbura waqt l-investigazzjoni preżenti, kwalunkwe żjieda fil-prezz, jekk kien hemm, li rriżultat mill-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping, ma tidhirx li hija sproporzjonata meta mqabbla mal-benefiċċju lill-industrija Komunitarja milħuq bit-tneħħija tad-distorsjoni fin-negozju kkawżata minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

    (110)

    Rigward l-interess Komunitarju, huwa għalhekk konkluż li m’hemm l-ebda raġuni obbligatorja biex ma jitkomplux ikunu imposti miżuri anti-dumping li bħalissa huma fis-seħħ kontra importazzjonijiet ta’ etanolamini li joriġnaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

    (111)

    Huwa għalhekk kunsidrat adatt li jinżammu l-miżuri anti-dumping attwali kontra importazzjonijiet ta’ etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

    H.   MIŻURI ANTI-DUMPING

    (112)

    Il-partijiet kollha kienu infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien intenzjonat li jkun rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Huma ngħataw ukoll perijodu biex jippreżentaw il-kummenti u talbiet sussegwenti għall-kxif.

    (113)

    L-investigazzjoni wriet li jeżistu kapaċitajiet ta' riżerva fil-pajjiż konċernat u li l-iddampjar kompla waqt ir-RIP. Is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja tjiebet waqt il-perijodu kunsidrat fir-rigward ta’ bosta mill-fatturi ta’ ħsara l-aktar minħabba l-kondizzjonijiet tas-suq favorevoli mad-dinja kollha. Abbażi ta’ l-iżvilupp pożittiv tas-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja, ma setax ikun stabbilit li l-ħsara materjali kompliet. L-investigazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara madankollu wriet li jeżistu numru ta’ fatturi bħall-kapaċità ta' riżerva fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, l-opportunitajiet ta’ bejgħ imnaqqsin għall-MEG, is-sitwazzjoni ta’ l-etanolamina kemm mad-dinja kollha kif ukoll fil-livell Komunitarju, li kollha jippuntaw lejn il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara fuq perijodu ta’ żmien medju.

    (114)

    Minn dan ta’ hawn fuq isegwi li, kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 1603/2000, kif emendat l-aħħar b’avviż rigward ir-rata ta’ dazju fissa għal anti-dumping applikabbli għall-INEOS (7), għandhom jinżammu. Huwa kunsidrat ukoll li għandhom jinżammu miżuri għal perijodu addizzjonali ta’ sentejn biss.

    (115)

    Min-naħa l-oħra, probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping li jagħmel ħsara kienet stabbilita abbażi tal-fatti li (i) id-dumping mill-produtturi li jesportaw ta’ l-Istati Uniti kompla irrispettivament mill-miżuri fis-seħħ, u (ii) hemm stennija ta’ importazzjonijiet miżjudin fil-Komunità minħabba l-kapaċità ta’ produzzjoni eċċessiva ta’ 90 000 tunnellata li teżisti fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika li ser tkun operattiva mill-ġdid sa l-aħħar ta’ l-2006 u meta jiġi kunsidrat li m’hemm l-ebda domanda domestika korrispondenti biex tassorbi din il-kapaċità fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika. Barra minn hekk, il-produttur ewlieni ta’ l-Istati Uniti mhux kooperanti li bħalissa huwa soġġett għall-ogħla dazju anti-dumping u għalhekk għandu l-ogħla inċentiv biex jirritorna lejn is-suq Komunitarju fil-każ li l-miżuri jiskadu, diġà jagħmel użu min-netwerk ta’ distribuzzjoni meħtieġ għaliex ibigħ prodotti kimiċi oħrajn fis-suq Komunitarju.

    (116)

    Min-naħa l-oħra, il-kapaċità eċċessiva ta’ l-Istati Uniti hija mistennija li tisparixxi gradwalment mhux aktar tard mill-2010 u l-espansjonijiet ta’ kapaċità ppjanati minn wieħed mill-produtturi li jesportaw ta’ l-Istati Uniti kooperanti fil-Komunità huma skedati li jibdew jaħdmu sa l-aħħar ta’ l-2008, jiġifieri sentejn oħra. Il-konsiderazzjonijiet aħħarin, ikkombinati ma’ l-inċertezza li tkompli dwar l-influwenza ta’ l-evoluzzjoni tal-prezzijiet taż-żejt fuq il-qligħ ta’ l-industrija Komunitarja, jiġġustifikaw il-limitazzjoni taż-żamma tal-miżuri għal sentejn.

    (117)

    Wara dan il-perijodu ta’ sentejn, il-Kummissjoni ser tibda, jekk ikun il-każ, investigazzjoni ta’ reviżjoni ġdida skond l-Artikolu 11 tar-Regolament bażiku ex officio,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   B’dan huwa impost dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ etanolamini li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 2922 11 00 (monoetanolamina) (Kodiċi TARIC 2922110010), ex 2922 12 00 (dietanolamina) (Kodiċi TARIC 2922120010) u 2922 13 10 (trietanolamina), li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

    2.   Ir-rata ta’ dazju anti-dumping definittiv għandha tkun applikabbli għall-prezz nett, liberu, fil-fruntiera Komunitarja qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti hawn fuq u manifatturati mill-kumpanniji hawn isfel u għandha tkun kif ġej:

    Pajjiż

    Kumpannija

    Dazju fiss speċifiku

    Stati Uniti ta’ l-Amerika

    The Dow Chemical Corporation

    2030 Dow Center

    Midland, Michigan 48674, USA

    (Kodiċi addizzjonali TARIC A115 )

    EUR 59,25 għal kull tunnellata

    INEOS Americas LLC

    7770 Rangeline Road

    Theodore, Alabama 36582, USA

    (Kodiċi addizzjonali TARIC A145 )

    EUR 69,40 għal kull tunnellata

    Huntsman Chemical Corporation

    3040 Post Oak Boulevard

    PO Box 27707

    Houston, Texas 77056

    (Kodiċi addizzjonali TARIC A116 )

    EUR 111,25 għal kull tunnellata

    Il-kumpanniji l-oħrajn kollha

    (Kodiċi addizzjonali TARIC A999 )

    EUR 111,25 għal kull tunnellata

    3.   Sakemm mhuwiex speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ rigward id-dazji doganali.

    4.   Fil-każijiet fejn il-merkanzija ġarrbet ħsara qabel daħlet f’ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz imħallas jew pagabbli tabilħaqq huwa mqassam biex jiġi stabbilit il-valur doganali skond l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (8), l-ammont tad-dazju anti-dumping, kalkulat abbażi ta’ l-ammonti stabbiliti hawn fuq, għandu jitnaqqas b’perċentwali li tikkorrispondi għat-tqassim tal-prezz attwalment imħallas jew pagabbli.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u għandu jkun fis-seħħ għal perijodu ta’ sentejn.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, 23 ta’ Ottubru 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.-E. ENESTAM


    (1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

    (2)  ĠU L 28, 2.2.1994, p. 40.

    (3)  ĠU L 185, 25.7.2000, p. 1.

    (4)  ĠU C 306, 10.12.2002, p. 2.

    (5)  ĠU C 276, 11.11.2004, p. 2.

    (6)  ĠU C 183, 26.7.2005, p. 13.

    (7)  ĠU C 306, 10.12.2002, p. 2.

    (8)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


    Top