This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R0640
Council Regulation (EC) No 640/2006 of 10 April 2006 repealing Regulations (EEC) No 3181/78 and (EEC) No 1736/79 concerning the European Monetary System
640/2006/KE: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 640/2006 ta' l- 10 ta’ April 2006 li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 3181/78 u (KEE) Nru 1736/79 dwar is-Sistema Monetarja Ewropea
640/2006/KE: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 640/2006 ta' l- 10 ta’ April 2006 li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 3181/78 u (KEE) Nru 1736/79 dwar is-Sistema Monetarja Ewropea
ĠU L 115, 28.4.2006, p. 1–1
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 426–426
(MT)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Repeal | 31978R3181 | ||||
| Repeal | 31979R1736 |
|
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
426 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 640/2006
ta' l-10 ta’ April 2006
li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 3181/78 u (KEE) Nru 1736/79 dwar is-Sistema Monetarja Ewropea
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3181/78 tat-18 ta' Diċembru 1978 dwar is-sistema monetarja Ewropea (3) jagħti lill-Fond Ewropew ta' Kooperazzjoni Monetarja (EMCF) is-setgħa li jirċievi riżervi mill-Istati Membri u li joħroġ ECUs. Il-kompiti ta' l-EMCF ttieħdu f'idejn l-Istitut Monetarju Ewropew u l-EMCF ġie xolt. Sussegwentement dawk il-kompiti ttieħdu f'idejn il-Bank Ċentrali Ewropew. Għaldaqstant, dak ir-Regolament m'għadux rilevanti u għandu jiġi revokat. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1736/79 tat-3 Awwissu 1979 dwar sussidji fuq l-interessi għal ċertu self mogħti taħt is-sistema monetarja Ewropea (4) jipprevedi li matul perijodu ta' ħames snin mid-data ta' applikazzjoni tiegħu l-Komunità tista' tagħti sussidji fuq l-interessi għal ċerti tipi ta' self (self mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment (BEI) għall-finanzjament ta' l-investimenti fl-Istati Membri inqas sinjuri, inter alia fl-infrastruttura). Dan il-perijodu ta' ħames snin, li ma ġiex estiż, skada fl-1984. Barra minn hekk, skond l-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament, Stat Membru kellu jipparteċipa fil-mekkaniżmu tas-sistema monetarja Ewropea sabiex jibbenefika mis-sussidji. Din il-kondizzjoni tissuġġerixxi wkoll li dak ir-Regolament m'għadux applikabbli. Dak is-self mogħti mill-BEI li bbenefika mis-sussidji, sa dak iż-żmien tħallas. Għaldaqstant, dak ir-Regolament m'għadux rilevanti u għandu jiġi revokat, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolamenti (KEE) Nru 3181/78 u (KEE) Nru 1736/79 huma b'dan revokati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, 10 ta’ April 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
U. PLASSNIK
(1) Opinjoni mogħtija fl-14 ta' Frar 2006 (għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 49, 28.2.2006, p. 35.
(3) ĠU L 379, 30.12.1978, p. 2. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3066/85 (ĠU L 290, 1.11.1985, p. 95).
(4) ĠU L 200, 8.8.1979, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2790/82 (ĠU L 295, 21.10.1982, p. 2).