Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0426

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 426/2006 tad- 9 ta' Marzu 2006 li jemenda l-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

    ĠU L 79, 16.3.2006, p. 1–1 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 335–335 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/426/oj

    29.9.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    335


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 426/2006

    tad-9 ta' Marzu 2006

    li jemenda l-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Fin-Nomenkaltura Magħquda li tidher fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (1), id-dazju doganali huwa sospiż, fuq bażi awtonoma u għal tul ta' żmien indeterminat, għal ċerta merkanzija tal-Kapitolu 27 meta tkun suġġetta għal proċessi speċifiċi, sakemm ikunu sodisfatti ċerti kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

    (2)

    Ċertu skart ta' żjut destinat għar-riċiklaġġ, klassifikat taħt il-kodiċi NM 2710 99 00, attwalment ma jgawdix minn din l-eżenzjoni.

    (3)

    Għal raġunijiet ambjentali konnessi mar-riċiklaġġ ta' żjut skart, għandu jingħata l-istess trattament tariffarju għal żjut skart u żjut mill-istess grupp, sakemm ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet tekniċi u legali. Għalhekk huwa fl-interess tal-Komunità li tissospendi, fuq bażi awtonoma u għal tul ta' żmien indeterminat, id-dazju doganali fuq tali prodotti.

    (4)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

    (5)

    Minħabba li l-emenda introdotta permezz ta' dan ir-Regolament għandha tiġi applikata mill-istess data ta' l-applikazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda għas-sena 2006, stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005 (3), jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih u li jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2006,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fit-Taqsima V, Kapitolu 27 tat-Tieni Parti (Tabella ta' Dazji Doganali) ta' l-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, fir-rigward ta' l-entrata għall-kodiċi NM 2710 99 00, l-entrata fit-tielet kolonna għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    “3,5 (*)

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, nhar id-9 ta' Marzu 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. PRÖLL


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2175/2005 (ĠU L 47, 17.2.2006, p. 1).

    (2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 883/2005 (ĠU L 38, 9.2.2006, p. 11).

    (3)  ĠU L 286, 28.10.2005, p. 1.


    Top