This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R0366
Council Regulation (EC) No 366/2006 of 27 February 2006 amending Regulation (EC) No 1676/2001 imposing a definitive anti-dumping duty on imports of polyethylene terephthalate (PET) film originating, inter alia , in India
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 366/2006 tas- 27 ta’ Frar 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1676/2001 u jimponi dazju anti-dumping definittiv ta’ dwar l-importazzjoni ta’ film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġina, inter alia, fl-Indja
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 366/2006 tas- 27 ta’ Frar 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1676/2001 u jimponi dazju anti-dumping definittiv ta’ dwar l-importazzjoni ta’ film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġina, inter alia, fl-Indja
ĠU L 68, 8.3.2006, p. 6–14
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 08/03/2011
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32001R1676 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 09/03/2006 |
8.3.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 68/6 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 366/2006
tas-27 ta’ Frar 2006
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1676/2001 u jimponi dazju anti-dumping definittiv ta’ dwar l-importazzjoni ta’ film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġina, inter alia, fl-Indja
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjoni li hi l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), partikolarment l-Artikolu 11(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta preżentata mill-Kummissjoni wara li kkonsultat mal-Kumitat ta’ Konsulenza,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Miżuri eżistenti u investigazzjonijiet konklużi dwar l-istess prodott
(1) |
Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 2597/1999 (2), impona dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjoni ta’ film tal-polyethylene terephthalate (“PET”) li jaqa’ taħt il-kodiċi CN ex 3920 62 19 u ex 3920 62 90 u li joriġina fl-Indja (“il-miżuri kompensatorji definittivi”). Il-miżuri ħadu l-forma ta’ dazju ad valorem ta’ bejn 3,8 % u 19,1 % impost fuq l-importazzjoni minn esportaturi msemmija individwalment, b’dazju residwali ta’ 19,1 % impost fuq l-importazzjoni mill-kumpaniji l-oħra kollha. |
(2) |
Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1676/2001 (3), impona dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjoni ta’ film tal-PET li joriġina, inter alia, fl-Indja (il-miżuri definittivi anti-dumping). Ġew applikati kampjuni lill-produtturi Indjani li jesportaw, u ġew imposti dazji individwali ta’ bejn 0 % u 62,6 % fuq il-kumpaniji tal-kampjun, filwaqt illi kumpaniji oħra li kkoperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun ingħataw dazju bbażat fuq il-medja tal-marġini tad-dumping ta’ 57,7 % imnaqqsa bil-marġini tas-sussidju individwali fuq l-esportazzjoni. Dazju ta’ 53.3 % ġie impost fuq il-kumpaniji l-oħra kollha. Il-perijodu oriġinali ta’ l-investigazzjoni kien mill-1 ta’ April 1999 sal-31 ta’ Marzu 2000 (“l-IP oriġinali”). |
(3) |
Fit-22 ta’ Awissu 2001, il-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni (2001/645/KE) (4), aċċettat garanziji offruti minn ħames produtturi Indjani: Ester Industries Limited (“Ester”), Flex Industries Limited (“Flex”), Garware Polyester Limited (“Garware”), MTZ Polyfilms Limited (“MTZ”), u Polyplex Corporation Limited (“Polyplex”). Fis-17 ta’ Frar 2005, il-Kummissjoni ħabbret il-bidla fl-isem ta’ MTZ permezz ta’ avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (5). |
(4) |
Il-Kunsill, permezz tar-Regolamenti (KE) Nru 1975/2004 u 1976/2004, estenda l-miżuri definittivi kompensatorji u ta’ l-anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ film tal-PET li joriġina fl-Indja, għall-importazzjoni ta’ l-istess prodott konsenjat mill-Brażil u l-Iżrael, kemm jekk dikjarat bħala li joriġina fil-Brażil jew l-Iżrael kif ukoll jekk le. |
(5) |
Fit-28 ta’ Ġunju 2002 (6), il-Kummissjoni nidiet reviżjoni temporanja parzjali tar-Regolament (KE) Nru 2597/1999 limitata għall-forma tal-miżuri kompensatorji u, partikolarment għall-eżami ta’ l-aċċettabilità ta’ garanzija offruta minn produttur Indjan li jesporta, skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. Din l-investigazzjoni ġiet konkluża permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 365/2006 (7). |
(6) |
Fit-22 ta’ Novembru 2003 (8), il-Kummissjoni nidiet reviżjoni temporanja parzjali tar-Regolament (KE) Nru 1676/2001 limitata għall-forma tal-miżuri definittivi ta’ l-anti-dumping. Din l-investigazzjoni ġiet konkluża permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 365/2006, li emenda r-Regolament KE Nru 1676/2001. |
(7) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2004 (9), il-Kummissjoni bdiet reviżjoni ta’ l-iskadenza tal-miżuri kompensatorji definittivi. Din l-investigazzjoni ġiet konkluża permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 367/2006 (10) li żamm il-miżuri kompensatorji definittivi. |
(8) |
Fit-23 ta’ Awwisu 2005 (11), il-Kummissjoni bdiet reviżjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1975/2004 u 1976/2004 rigward l-applikazzjoni ta’ produttur Iżraeljan għal eżenzjoni mill-miżuri estiżi. Din l-investigazzjoni ġiet konkluża mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 101/2006 (12). |
2. Talba għal reviżjoni
(9) |
Fil-5 ta’ Novembru 2004, talba għal reviżjoni temporanja parzjali tar-Regolament (KE) Nru 1676/2001, limitata għal-livell ta’ dumping ġiet ippreżentata mill-produtturi Komunitarji li ġejjin: Du Pont Teijin Films, Mitsubishi Polyester Film GmbH u Nuroll SpA (“l-applikanti”). L-applikanti jirrappreżentaw proporzjon maġġoritarja tal-produzzjoni tal-Komunità tal-film tal-PET. Toray Plastics Europe wera l-appoġġ tiegħu għat-talba, għalkemm ma kienx applikant formali. |
(10) |
L-applikanti allegaw illi fir-rigward ta’ l-importazzjoni ta’ film tal-PET mill-ħames produtturi Indjani li mingħandhom ġew aċċettati garanziji permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2001/645/KE, il-livell tal-miżuri eżistenti m’għadux suffiċjenti sabiex jikkuntrasta d-dumping inġurjuż. |
3. Investigazzjoni
(11) |
Wara li stabbiliet, wara konsultatazzjoni mal-Kumitat ta’ Konsulenza, illi teżisti evidenza biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu ta’ reviżjoni temporanja parzjali, il-Kummissjoni ħabbret fl-4 ta’ Jannar 2005, permezz ta’ Avviż ta’ tnedija ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (13), il-bidu ta’ reviżjoni temporanja parzjali, skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. |
(12) |
Ir-reviżjoni kienet limitata fil-firxa tagħha għall-eżami tad-dumping mill-ħames produtturi Indjani esportaturi li mingħandhom ġew aċċettati garanziji u għal-livell tad-dazju residwali, sabiex tiġi vvalutata l-ħtieġa għat-tkomplija, it-tneħħija jew tibdil tal-livell tal-miżuri eżistenti. Il-perijodu ta’ l-investigazzjoni kien mill-1 t’Ottubru 2003 sat-30 ta’ Settembru 2004. |
(13) |
Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-produtturi esportaturi, lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u lill-produtturi Komunitarji dwar it-tnedija tar-reviżjoni. Partijiet interessati ngħataw l-opportunità sabiex iniżżlu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu udjenza fit-terminu indikat fl-avviż ta’ tnedija. |
(14) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni meqjusa neċessarja għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi esportaturi konċernati, li kollha kkoperaw billi rrispondew għall-kwestjonarju. Żjajjar ta’ verika saru fil-bini tal-produtturi esportaturi fl-Indja li ġejjin:
|
B. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
1 Prodott Ikkonċernat
(15) |
Il-prodott ikkonċernat huwa, kif definit fl-investigazzjoni oriġinali, film tal-polyethylene terephthalate (“PET”) li joriġina fl-Indja, normalment dikjarat taħt il-kodiċi NM ex 3920 62 19 u ex 3920 62 90. |
2. Prodott simili
(16) |
Bħal ma kien il-każ fl-investigazzjoni oriġinali, instab illi l-film tal-PET magħmul u mibjugħ fis-suq domestiku ta’ l-Indja u l-film tal-PET esportat lejn il-Komunità mill-Indja għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi u l-istess użu. Għaldaqstant, huma prodotti simili għall-finijiet tat-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
Ċ. DUMPING
1. Valur normali
(17) |
Sabiex tistabbilixxi l-valur normali, l-ewwel ġie verifikat illi t-total tal-bejgħ domestiku ta’ kull wieħed mill-produttur esportaturi kien rappreżentattiv skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, i.e. illi jammontaw għal 5 % jew aktar tal-volum tal-bejgħ totali tal-prodott ikkonċernatli huwa esportat lejn il-Komunità. Għall-kumpaniji kollha, il-bejgħ totali instab li kien rappreżentattiv. |
(18) |
Imbagħad ġie aċċertat jekk it-total tal-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ prodott kienx jikkostitwixxi 5 % jew aktar tal-volum ta’ bejgħ ta’ l-istess tip esportat lejn il-Komunità. Għal żewġ kumpaniji nstab illi kienu biegħu film tat-tieni grad fis-suq domestiku imma mhux lill-Komunità. Peress illi l-film tat-tieni grad mhuwiex direttament paragunabbli mal-film ta’ l-ewwel grad, il-bejgħ ta’ film tat-tieni grad kien eskluż mill-kalkolu tal-valur normali. Kumpanija oħra biegħet tliet gradi differenti ta’ film fis-suq domestiku iżda biss dak ta’ l-aqwa kwalità lill-Komunità. Fil-bejgħ tat-tliet gradi ta’ film, il-kumpanija ta’ spiss biegħet il-films ta’ l-ewwel u t-tieni grad en masse mal-film tat-tielet grad. Dan kien spjegat bħala forma ta’ ħelsien mill-ħażna. Għal darb’oħra, dan il-bejgħ ġie eskluż mill-kalkolu. |
(19) |
Kumpanija waħda biegħet lin-negozjanti tas-suq domestiku merkanzija li kienet destinata għall-esportazzjoni. Il-merkanzija kienet faċilment identifikabbli bħala destinata għall-esportazzjoni, peress illi kienet soġġetta għal sistema ta’ taxxa differenti mill-bejgħ normali fis-suq domestiku. Il-kumpanija ma setgħetx tidentifika jekk id-destinazzjoni aħħarija tal-merkanzija kenitx se tkun il-Komunità jew pajjiż terz. Dan il-bejgħ kien għaldaqstant eskluż mill-kalkolu. |
(20) |
Għal dawk it-tipi ta’ prodott fejn il-bejgħ domestiku kkostitwixxa 5 % jew aktar tal-volum ta’ bejgħ ta’ l-istess tip esportat lejn il-Komunità, kien imbagħad investigat jekk kienx sar bejgħ suffiċjenti fl-andament ordinarju tal-kummerġ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Għal kull tip ta’ prodott fejn il-volum tal-bejgħ domestiku li sar bi prezz tal-bejgħ nett li huwa ekwivalenti għal jew iżjed mill-ispiża tal-produzzjoni rrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dak it-tip, u fejn il-prezz medju ta’ piż differenzjat ta’ dak it-tip kien ekwivalenti għal jew iżjed mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-prezz medju ta’ piż differenzjat attwalment imħallas għall-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ kienx bi qliegħ jew le. Għal dawk it-tipi ta’ prodott fejn il-volum ta’ bejgħ bi qliegħ kien ekwivalenti għal jew anqas minn 80 %, iżda mhux anqas minn 10 % tal-bejgħ, jew fejn il-prezz medju ta’ piż differenzjat ta’ dak it-tip kien taħt l-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz medju ta’ piż differenzjat attwalment imħallas għall-bejgħ domestiku bi qliegħ ta’ dak it-tip biss. |
(21) |
Għat-tipi ta’ prodott fejn il-prezzijiet domestiċi tal-produtturi li jesportaw ma setgħux jintużaw sabiex jistabilixxu valur normali minħabba rappreżentattività insuffiċjenti jew nuqqas ta’ bejgħ suffiċjenti fl-andament normali tal-kummerċ, il-valur normali nħadem abbażi ta’ l-ispiża tal-manifattura tat-tipi ta’ prodott esportati lejn il-Komunità li jkunu daħlu għaliha l-produturi esportaturi konċernati flimkien ma’ ammont raġjonevoli għal spejjeż ta’ bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“spejjeż SG&A”) u għall-qliegħ, skond l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku. |
(22) |
Bi qbil ma’ l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, l-ispejjeż SG&A kienu bbażati fuq dawk l-ispejjeż inkorsi mill-produtturi esportaturi fir-rigward tal-bejgħ domestiku tagħhom tal-prodott konċernat, li nstabu li kienu rappreżentattivi. Il-marġini tal-qliegħ ġie kalkolat abbażi tal-marġini medju ta’ piż differenzjat tal-qliegħ ta’ kull kumpanija għal dawk it-tipi ta’ prodott mibjugħin fis-suq domestiku fi kwantitajiet suffiċjenti fl-andament ordinarju tan-negozju. |
(23) |
Wara l-iżvelar, produttur ta’ esportazzjoni kkuntesta l-aġġustament li sar fil-prezz imħallas fir-rigward ta’ tip speċifiku ta’ materja prima. L-aġġustament ikkonstestat reġa’ ġie eżaminat, u wara l-livell ta’ l-aġġustament ġie rivedut u l-marġni tad-dumping reġgħet ġiet ikkalkulata. |
(24) |
Kumpanija oħra argumentat li film li mhux ta’ kwalità għolja għandu jkun inkluż fil-kalkulazzjoni u li l-aġġustamenti għandhom isiru biex il-film jitqabbel mal-livell ta’ film ta’ l-ewwel grad. Kien argumentat ukoll li apparti l-inklużjoni ta’ dawn it-tranżazzjonijiet, tkun meħtieġa kalkulazzjoni mill-ġdid tal-marġni ta’ profitt. |
(25) |
Il-volum tal-film fit-tieni u t-tielet grad eskluż mill-kalkulazzjoni jirrappreżenta anqas minn 3 % tal-bejgħ domestiku kollu. Fil-fatt huwa kkunsidrat li t-tranżazzjonijiet domestiċi li fadal huma rapreżentattivi biżżejjed għal kalkulazzjoni ta’ valur normali preċiż. Għalhekk ma tinħtieġ l-ebda kalkulazzjoni mill-ġdid tal-marġni ta’ profitt. |
(26) |
Il-produtturi li jesportaw irċevew l-iżvelar tal-kalkulazzjonijiet u ssottomettew ċerti kummenti. Il-Kummissjoni qieset dawk il-kummenti u irranġat il-kalkulazzjonijiet fejn instabu li kienu ġġustifikati. |
2. Prezz ta’ l-esportazzjoni
(27) |
Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-prezzijiet għall-esportazzjoni, għandu jiġi mfakkar illi l-investigazzjoni preżenti tfittex li tistabbilixxi jekk il-livelli tad-dumping inbidlux u jekk dawn il-bidliet jistgħux jiġu konsidrati bħala ta’ natura dewwiema. F’dak il-kuntest, id-determinazzjoni tal-prezzijiet għall-esportazzjoni ma tistax tkun limitata għall-eżami ta’ l-imġieba ta’ l-esportatur fl-imgħoddi, iżda għandha teżamina ukoll jekk il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ta’ l-imgħoddi humiex li wieħed jista’ joqgħod fuqhom bħala indikazzjoni ta’ prezzijiet probabbli ta’ l-esportazzjoni fil-futur. F’dan il-każ, u meta wieħed iqis il-fatt li ġew aċċettati l-garanziji, ġie eżaminat partikolarment jekk l-eżistenza ta’ garanziji bħal dawn influwenzatx il-prezzijiet għall-esportazzjoni tal-passat, sabiex tagħmilhom inaffidabbli għall-istabbiliment ta’ imġieba futura għall-esportazzjoni. |
(28) |
Sabiex teżamina jekk il-prezzijiet għall-esportazzjoni lejn il-Komunità kienux affidabbli u meta wieħed iqis l-eżistenza ta’ garanziji, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità kienu analizzati in konnessjoni mal-prezzijiet minimi ta’ l-importazzjoni (MIPs) fil-garanziji. Kien fil-fatt neċessarju li jiġi aċċertat jekk il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità kienux iffissati f’ċertu livell prinċipalment bħala effett ta’ l-eżistenza ta’ l-MIPs stabbilit mill-garanziji u għaldaqstant jekk kienux sostenibbli jew le. Kien għalhekk kunsidrat, abbażi ta’ medja ta’ piż differenzjat fil-livell ta’ kull kumpanija, jekk il-prezzijiet applikati għal bejgħ lis-suq tal-Komunità kienux sostanzjalment aktar mill-MIPs jew le, meta jittieħdu in kunsiderazzjoni l-partikolaritajiet tal-prodott ikkonċernatu s-swieq li fihom kien qed jinbiegħ matul l-IP, u kif dawn il-prezzijiet jirrelataw ma’ prezzijiet għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. Meta l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità kienu bħala medja ‘il fuq sew mill-MIPs f’livell ta’ kumpanija, ġie konsiderat illi dawn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu ffissati b’mod suffiċjentement indipendenti mill-garanziji, u kienu għalhekk affidabbli bħala indikazzjoni tal-prattiċi ta’ l-iffissar tal-prezzijiet li l-esportaturi kienu x’aktarx ser jużaw fil-futur. Għall-kuntrarju, meta l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità kienu bħala medja mhux suffiċjentement ‘il fuq mill-MIPs u barra minn hekk sinifikattivament ‘il fuq mill-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni għall-pajjiżi terzi, ta’ l-ewwel kienu konsiderati bħala influwenzati mill-garanziji u għaldaqstant mhux affidabbli biżżejjed sabiex jintużaw għall-kalkolu tad-dumping, skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, fil-kuntest ta’ reviżjoni temporanja. |
(29) |
Għal żewġ esportaturi Indjani, Flex u Polyplex, instab illi l-prezzijiet tagħhom għall-esportazzjoni lejn il-Komunità kienu sostanzjalment ‘il fuq mill-MIPs. Għaldaqstant, dawn il-prezzijiet għall-esportazzjoni lejn il-Komunità kienu meqjusa affidabbli u ntużaw fil-kalkoli tad-dumping. |
(30) |
Għat-tliet produtturi esportaturi l-oħra, Ester, Garware u MTZ, instab illi l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità kienu qrib ħafna ta’ l-MIPs. Barra minn hekk, instab ukoll illi l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ta’ dawn it-tliet kumpaniji lejn pajjiżi terzi oħrajn kienu, meta konsiderati tip tip, konsiderevolment taħt il-prezzijiet lill-Komunità, u b’hekk jagħmluha probabbli li, fl-assenza ta’ garanziji, dawn il-prezzijiet lil-Komunità kienu jkunu fl-istess livell mal-prezzijiet li jingħataw għall-istess tipi lill-pajjiżi terzi oħra. Kien għaldaqstant konkluż illi l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ta’ dawn it-tliet kumpaniji lill-Komunità ma setgħux jintużaw sabiex jistabbilixxu prezzijiet affidabbli għall-esportazzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, fil-kuntest tar-reviżjoni temporanja preżenti. |
(31) |
Ġie kkunsidrat, madanakollu, illi n-nuqqas ta’ prezz affidabbli għal dawn it-tliet esportaturi Indjani, minħabba l-eżistenza tal-garanziji f’dan il-każ, m’għandux iwassal għall-konklużjoni tar-reviżjoni għal dawn l-esportaturi, jekk bidla dewwiema fiċ-ċirkostanzi fir-rigward ta’ l-imġieba tagħhom fid-dumping, partikolarment fir-rigward ta’ prezzijiet għall-esportazzjoni, setgħet minkejja dan tkun stabbilita mod ieħor. Għal dan l-għan u, peress illi l-produtturi esportaturi kienu qed ibiegħu l-prodott ikkonċernat fis-suq dinji, ġie deċiż illi l-prezz għall-esportazzjoni jkun stabbilit abbażi tal-prezzijiet attwalment imħallsin jew li għandhom jitħallsu lill-pajjiżi terzi kollha għal dawk il-mudelli mibjugħin lill-Komunità. |
(32) |
Wara l-iżvelar tal-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li fuqhom kien hemm l-intenzjoni li tkun ibbażata l-proposta għal emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1676/2001, għadd ta’ partijiet ressqu l-kummenti tagħhom. |
(33) |
Għadd ta’ produtturi ta’ l-esportazzjoni Indjani u l-Gvern Indjan sostnew li ma teżisti l-ebda bażi legali taħt l-Artikoli 2(8) jew 2(9) tar-Regolament bażiku biex il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni jiġu bbażati fuq dawk għal pajjiżi terzi. Huma saħqu li l-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità kienu jeżistu u li ma ntweriex b’mod sodisfaċenti li kien hemm bażi biżżejjed biex jiġi rrifjutat l-użu ta’ dawk il-prezzijiet ta’ esportazzjoni. Huma sostnew li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità kienu ta’ min joqgħod fuqhom u li għandhom jintużaw flok il-prezzijiet lejn il-pajjiżi terzi. |
(34) |
Rigward l-użu tal–prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi, irid ikun iddikjarat li l-għan ta’ din ir-reviżjoni skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku huwa li tiġi ddeterminata jekk l-impożizzjoni dejjiema tal-miżuri għadhiex meħtieġa biex tibbilanċja d-dumping. Fl-eżaminazzjoni tal-livell tad-dumping ta’ l-esportaturi kkonċernati, jinħtieġ li tiġi eżaminata l-bidla fil-livell ta’ dumping meta mqabbel mas-sejbiet oriġinali dwar id-dumping. Ta’ min jinnota li l-użu tal-prezzijiet lill-pajjiżi terzi flok dawk lill-Komunità fil-każ ta’ tliet produtturi ta’ esportazzjoni Indjani mhux ibbażat fuq l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 2(8) u 2(9) tar-Regolament bażiku. Kif spjegat fil-premessi (27) u (28), din hija ġġustifikata bil-bżonn li tiġi analizzata l-possibilità li dawn il-prezzijiet lill-Komunità jinżammu fil-ġejjieni u, għaldaqstant, il-possibilità li jerġa’ jkun hemm dumping. |
(35) |
Il-konklużjoni minn dan l-analiżi kienet li fil-każ tat-tliet produtturi ta’ esportazzjoni Indjani, il-prezzijiet tagħhom lill-Komunità kienu influwenzati mill-eżistenza ta’ l-MIPs, peress li kienu veru viċin ta’ l-MIPs. Għalhekk, ma kienux riżultat tal-forzi tas-suq biss u x’aktarx ma kinux se jinżammu fuq l-istess livell fil-ġejjieni. Għaldaqstant, tqies li ma kienx hemm prezzijiet lill-Komunità li setgħu jintużaw għal kalkulazzjoni ta’ dumping. Fin-nuqqas ta’ prezz ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità, tqies li l-prezzijiet tal-pajjiżi terzi ffurmaw bażi alternattiva preċiża u raġonevoli għall-ħolqien ta’ prezzijiet ta’ esportazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u għall-kalkulazzjoni ta’ dumping. |
(36) |
Produttur ta’ esportazzjoni Indjan saħaq li r-rifjut tal-prezzijiet tal-bejgħ tiegħu lill-Komunità u l-użu tal-prezzijiet tiegħu lill-pajjiżi terzi kienu diskriminazzjoni minħabba li kien trattat differenti minn dawk l-esportaturi li għalhom intużaw il-prezzijiet tal-bejgħ proprji tal-Komunità. |
(37) |
F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li ma saret l-ebda diskriminazzjoni fil-ħolqien ta’ prezzijiet ta’ l-esportazzjoni peress li l-istess strateġija ntużat fir-rigward ta’ l-esportaturi Indjani kollha. Fir-rigward ta’ kull produttur ta’ esportazjoni, l-eżistenza ta’ prezzijiet xierqa lill-Komunità għall-għan tal-kalkulazzjoni tad-dumping ġiet vvalutata. Dan twettaq billi ġew imqabbla l-prezzijiet ta’ kull produttur ta’ esportazzjoni lill-Komunità ma’ l-MIPs sabiex jiġi stabbilit jekk jistgħux jitqiesu bħala li twaqqfu indipendentement mill-MIPs. Kif spjegat fil-premessa (28) hawn fuq, fil-każijiet fejn dawk il-prezzijiet kienu biżżejjed ‘il fuq mill-MIPs, ġie konkluż li ma kienux influwenzati mill-MIPs u li l-prezzijiet setgħu jintużaw għal kalkulazzjoni tad-dumping peress li kienu ta’ min joqgħod fuqhom bħala indikazzjoni ta’ l-aġir ta’ l-iffissar tal-prezzijiet li l-produttur ta’ esportazzjoni x’aktarx li juri fil-ġejjieni. |
(38) |
Fejn tqies li l-prezzijiet lill-Komunità kienu influwenzati mill-eżistenza ta’ l-MIPs, dawk il-prezzijiet ma tqisux li kienu ta’ min joqgħod fuqhom bħala indikazzjoni ta’ l-aġir ta’ l-iffissar tal-prezzijiet li l-esportatur x’aktarx juri fil-ġejjieni u ma ntużawx għal kalkulazzjoni ta’ dumping, il-prezzijiet għal pajjiżi terzi ntużaw bħala alternattiva. Għalhekk, il-fatt li ntużaw il-prezzijiet proprji ta’ l-esportazzjoni ta’ xi esportaturi, filwaqt li għal esportaturi oħrajn intużaw il-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, mhix diskriminazzjoni tat-trattament bejn l-esporaturi. |
(39) |
Numru ta’ produtturi ta’ esportazzjoni Indjani ma qablux mal-konklużjoni li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni tagħhom lejn il-Komunità kienu qrib ta’ l-MIPs u għalhekk ma setgħux jintużaw għall-kalkulazzjoni ta’ dumping. Huma qiesu li l-prezzijiet tagħhom kienu biżżejjed ‘l fuq mill-MIPs u ġibdu l-attenzjoni li taħt il-wegħda tal-prezz huma kienu biss mitluba li ma jbigħux taħt l-MIPs. Esportatur minnhom saħaq li l-paragun ma’ l-MIPs ma kienx bażi sodisfaċenti biżżejjed biex jiġi ddeterminat jekk il-prezzijiet lejn il-Komunità kienux raġonevoli jew ta’ min joqgħod fuqhom, iżda paragun mal-prezzijiet ta’ produtturi ta’ esportazzjoni Indjani oħrajn jew ma’ l-industrija tal-Komunità tkun aktar xierqa. |
(40) |
F’dan ir-rigward, kif spjegat fil-premessa (30) hawn fuq, l-istituzzjonijiet Komunitarji sabu li l-prezzijiet tat-tliet produtturi ta’ esportazzjoni ma kienux biżżejjed ‘l fuq mil-livell ta’ l-MIPs sabiex juru li kienu tpoġġew indipendentement mill-MIPs. Għalhekk, dawn il-prezzijiet ma kienux bażi xierqa għal kalkulazzjoni tad-dumping. Il-fatt li, skond il-wegħda tal-prezzijiet, il-produtturi ta’ esportazzjoni ntalbu biss li ma jbigħux anqas mill-MIPs, kien għalhekk mhux biss mhux ikkontestat iżda irrelevanti għal din it-tip ta’ analiżi. |
(41) |
Fil-kuntest tal-kunsiderazzjoni ta’ jekk il-prezzijiet lejn il-Komunità kinux influwenzati mill-eżistenza ta’ l-MIPs, ta’ min jinnota li meta hemm il-wegħdiet jinħtieġ li jitqies jekk il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni humiex ta’ min joqgħod fuqhom u jifformawx bażi propja għall-kalkulazzjoni tal-marġni ta’ dumping. Meta l-prezzijiet lill-Komunità huma influwenzati b’fatturi oħra barra l-forzi tas-suq, bħall-MIPs imwiegħda, dawk il-prezzijiet huma kkunsidrati bħala li mhumiex raġonevoli jew ta’ min joqgħod fuqhom. F’dan il-każ, ta’ min jinnota li l-paragun mal-prezzijiet ta’ kull produttur ta’ esportazzjoni lill-pajjiżi terzi, kif imsemmi fil-premessa (28), kien ikkunsidrat aktar xieraq biex jiddetermina l-imġieba ta’ l-issettjar tal-prezz ta’ produttur ta’ esportazzjoni partikolari, milli għal paragun mal-prezzijiet ta’ produtturi ta’ esportazzjoni Indjani oħrajn jew l-industrija tal-Komunità, peress li pprovdiet intuwitu aħjar fl-aġir individwali tan-negozju tal-produttur ta’ l-esportazzjoni. |
(42) |
L-industrija tal-Komunità saħqet li fid-dawl ta’ l-effett li jfixkel ta’ l-MIPs imwiegħda, prezzijiet proprji tal-bejgħ lill-Komunità kellhom ikunu rrifjutati u minflok kellhom jintużaw il-prezzijiet lejn il-pajjiżi terzi fil-każ tal-produtturi ta’ esportazzjoni Indjani kollha. Huma wkoll esprimew tħassib li dawk il-produtturi ta’ esportazzjoni Indjani b’marġni baxxa ta’ dumping ikkalkulata bl-użu ta’ prezzijiet ta’ l-esportazzjoni tal-Komunità, ma jkomplux iżommu l-prezzijiet tagħhom fuq l-istess livell fil-ġejjieni. |
(43) |
Fir-rigward ta’ dan l-argument, kif spjegat fil-premessa (32), l-istess strateġija kienet adottata fir-rigward tal-produtturi ta’ esportazzjoni Indjani kollha. L-użu jew in-nuqqas ta’ użu tal-prezzijiet ta’ kull esportatur lejn il-Komunità kien ibbażat fuq ir-riżultat tal-valutazzjoni ta’ jekk dawk il-prezzijiet kinux influwenzati jew le mill-eżistenza ta’ l-MIPs u mid-differenza bejn il-prezzijiet tagħhom lejn il-Komunità u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, kif spjegat fil-premessa (28). |
(44) |
L-industrija tal-Komunità wkoll sostniet li l-paragun bejn il-bażi tal-medja mwieżna tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ma’ l-MIPs, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-prezzijiet lejn il-Komunità kinux rappreżentattivi ta’ l-aġir fil-ġejjieni u kinux ta’ min joqgħod fuqhom għall-valutazzjoni tad-dumping, kienet kontradittorja mas-sejbiet tar-reviżjoni tal-forma tal-miżuri li l-MIPs ma kienux aktar xierqa. |
(45) |
F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-kwistjoni fil-proċess ta’ reviżjoni tal-forma tal-miżuri anti-dumping kien jekk il-wegħdiet tal-prezzijiet kinux għadhom xierqa jew rilevanti (fis-sens li kien ikollhom l-istess effett bħall-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping) għal prodotti li qegħdin jiġu esportati taħthom (ara l-premessa (8) tar-Regolament (KE) Nru 365/2006). F’dik ir-reviżjoni nstab li għal xi ġabriet ta’ prodotti, il-firxa tal-prezzijiet proprji għall-KE kienet inbidlet (jew mwessgħa jew imdejqa) b’mod sinjifikanti mill-investigazzjoni oriġinali u ġie konkluż li l-MIPs speċifiċi bbażati fuq il-prezzijiet oriġinali ma kienux xierqa biex ippattu għad-dannu li jagħmel id-dumping fir-rigward tal-bejgħ attwali. Skond ir-reviżjoni attwali, il-kwistjoni kienet jekk il-prezzijiet lejn il-Komunità kienux influwenzati mill-eżistenza ta’ l-MIPs imwiegħda, i.e. jekk kienux dejjiema. Huwa sostnut li fejn il-prezzijiet huma sostanzjalment ‘l fuq mill-MIPs, dawk il-prezzijiet mhumiex influwenzati mill-MIPs. Dan japplika irrespettivament mill-fatt jekk il-wegħdiet tal-prezzijiet humiex xierqa għall-prodott. F’dan il-każ, il-prezzijiet huma għalhekk stabbiliti mill-forzi tas-suq u jiffurmaw bażi xierqa għall-valutazzjoni ta’ l-aġir tad-dumping. Dan l-argument huwa għalhekk irrifjutat. |
3. Paragun
(46) |
Il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni kienu mqabblin qabel ma ġew inklużi x-xogħlijiet. Tħalla spazju fil-forma ta’ modifiki għad-differnzi li jaffettwaw il-prezz u kif jiġu mqabbla l-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Bl-istess mod, saru aġġustamenti għal differenzi fl-iskonti, it-tnaqqis fil-prezz, it-trasport, l-assigurazzjoni, l-ipproċessar, it-tagħbija u spejjeż relatati, l-ippakkjar, il-kreditu u l-kummissjonijiet, fejn applikabbli u fejn kien hemm evidenza verifikata. Aġġustamenti għall-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni saru ukoll għal xi mudelli ta’ Ester, Garware u MTZ, f’dak li jirrigwarda d-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott mibjugħ lil swieq terzi vis-à-vis l-prodott mibjugħ lill-Komunità, skond l-Artikolu 2(10)(a) tar-Regolament bażiku. |
(47) |
Żewġ produtturi esportaturi talbu ukoll, għal numru limitat ta’ prodotti esportati, aġġustament fil-prezz ta’ l-esportazzjoni skond l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku, ibbażat fuq l-ammont ta’ benefiċċji rċevuti ma’ l-esportazzjoni taħt l-Iskema tal-Ktieb dwart id-Dritt għad-Dazju. (DEPB) wara l-esportazzjoni. F’dan ir-rigward, instab illi taħt din l-iskema, il-krediti rċevuti meta l-prodott in kwistjoni kien jiġi esportat setgħu jintużaw sabiex jaqtgħu d-dazji. Dovuti fuq l-improtazzjoni ta’ xi merkanzija jew setgħu liberament jinbiegħu lil kumpaniji oħra. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda rabta illi l-prodotti improtati għandhom jintużaw biss fil-produzzjoni tal-prodott esportat. Il-produtturi għaldaqstant ma wrewx illi l-benefiċċju taħt l-iskema DEPB wara l-esportazzjoni affettwa l-paragunabilità tal-prezz u, partikolarment, illi l-klijenti konsistentement ħallsu prezzijiet differenti fis-suq domestiku minħabba l-benefiċċji tal-DEPB. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda. |
4. Marġini tad-dumping
(48) |
Il-marġini tad-dumping ġiet stabbilita abbażi ta’ paragun bejn il-valur normali medju ta’ piż differenzjat ma’ prezz medju ta’ piż differenzjat ta’ l-esportazzjoni, skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku. Fejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu bbażati fuq prezzijiet lil pajjiżi terzi, valuri adegwati ta’ CIF kienu kkalkolati billi żdied l-prezz mingħajr ix-xogħol lil pajjiżi terzi bid-differenza medja ta’ piż differenzjat, skond it-tip ta’ prodott, bejn il-prezzijiet mingħajr ix-xogħol u l-livell ta’ CIF lill-Komunità. |
(49) |
Meta wieħed iqis it-tnaqqis konsiderevoli tal-marġini tad-dumping individwali meta mqabbel mal-miżuri inizjali, kien ukoll ikkonsiderat propizju illi jiġi modifikat id-dazju residwali. Dan ta’ l-aħħar kien stabbilit, skond l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, abbażi ta’ l-ogħla marġini ta’ l-istabbilità tad-dumping għall-ħames produtturi Indjani li jesportaw soġġetti għal din ir-reviżjoni, peress illi l-ħames kumpaniji konċernati kienu meqjusa bħala rappreżentattivi tal-produtturi li qed jikkoperaw fil-kampjun f’termini ta’ volumi ta’ esportazzjoni li l-bażi tagħhom ġie kalkolat id-dazju residwali inizjali. |
(50) |
Il-marġini tad-dumping, espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
D. NATURA DEWWIEMA TAĊ-ĊIRKOSTANZI MIBDULA
(51) |
Skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, saret analiżi sabiex tistabbilixxi jew it-tibdil fiċ-ċirkostanzi fir-rigward tad-dumping setax raġjonevolment jingħad illi kien ta’ natura dewwiema. |
(52) |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat illi l-valur normali ġie stabbilit abbażi ta’ l-ispejjeż u l-prezzijiet ta’ l-applikanti. L-esportaturi għandhom suq domestiku sostanzjali għall-prodott konċernat, u l-prezzijiet domestiċi żdiedu meta mqabblin ma’ l-investigazzjoni oriġinali. Ma setgħu jinstabu ebda indikazzjonijiet illi l-valur normali stabbilit matul ir-reviżjoni preżenti ma setax jiġi konsiderat li huwa ta’ natura dewwiema. |
(53) |
Jista’ jiġi argumentat illi l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materja prima, relatati ħafna mal-prezzijiet taż-żejt, jistgħu jkollhom influwenza sinifikanti fuq il-valur normali. Madanakollu kien konsiderat illi peress illi l-materja prima huma komoditajiet li l-prezz tagħhom jiġi stabbilit internazzjonalment, l-effett taż-żieda fil-prezz ser teffettwa l-partijiet kollha fi-suq u għaldaqstant ser ikollha impatt kemm fuq il-valur normali kif ukoll fuq il-prezz ta’ l-esportazzjoni. |
(54) |
Kif diġà ssemma fil-premessi 22 u 23, meta wieħed iqis l-eżistenza tal-garanziji, sabiex jiġi eżaminat jekk il-prezzijiet għall-esportazzjoni lejn il-Komunità setgħux jiġu konsiderati bħala ta’ natura dewwiema jew le, dawn ta’ l-aħħar iridu jiġu analizzati in relazzjoni mal- MIPs imniżżla fil-garanziji. Barra minn hekk, sar paragun tal-prezz bejn il-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Komunità u għall-esportazzjoni lil pajjiżi terzi matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni. Kif ġie spjegat fil-premessa (23), kien konsiderat illi meta l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lill-Komunità ma kienux suffiċjentement ‘il fuq mill-MIPs u kienu sostanzjalment ‘il fuq mill-prezzijiet għall-esportazzjoni lil pajjiżi terzi, ta’ l-ewwel ma tqiesux bħala indikazzjoni affidabbli ta’ l-imġieba għall-iffissar ta’ prezzijiet li x’aktarx ser ikunu qed juru l-esportaturi fil-futur. Minflok, il-prezzijiet għall-esportazzjoni lil pajjiżi terzi intużaw sabiex jiddeterminaw il-prezzijiet futuri għall-esportazzjoni li jitgħu jitqiesu bħala dewwiema. |
(55) |
Abbażi ta’ dan, qed jiġi konkluż illi ċ-ċirkostanzi mibdulin fir-rigward ta’ l-investigazzjoni oriġinali dwar id-dumping jistgħu raġjonevolment jitqiesu bħala ta’ natura dewwiema, bil-partikolarità illi għal tliet esportaturi Indjani, kif konkluż fil-premessa 26, il-bidla dewwiema fiċ-ċirkostanzi li jirrigwardaw l-imġieba tagħhom fid-dumping, partikolarment fir-rigward ta’ prezzijiet għall-esportazzjoni, kellha tiġi stabbilita abbażi tal-prezzijiet attwalment imħallsin jew li għandhom jitħallsu lil pajjiżi terzi oħrajn għal dawk il-mudelli mibjugħin lill-Komunità minflok abbażi tal-prezz ta’ l-esportazzjoni tagħhom lill-Komunità. |
(56) |
It-tnaqqis konsiderevoli tal-marġini individwali tad-dumping tal-kumpaniji fil-kampjun, meta mqabbla mal-miżuri inizjali, u n-natura dewwiema tagħhom, jistgħu jkunu meqjusa bħala rappreżentattivi tal-kumpaniji l-oħra kollha wkoll. Għalhekk, id-dazju residwali kellu jiġi modifikat skond il-bżonn, kif spjegat fi premessa 30. |
E. KONKLUŻJONI
(57) |
Meta wieħed iqis il-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping u n-natura dewwiema taċ-ċirkostanzi mibdula, u meta wieħed jieħ f’kunsiderazzjoni l-konklużjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 365/2006 fir-rigward tal-forma tal-miżuri ta’ l-anti-dumping (irtirar tal-garanziji fis-seħħ), il-miżuri kontra d-dumping fuq l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat li joriġina fl-Indja, għandhom jiġu emendati sabiex jirriflettu l-marġini tad-dumping il-ġodda li nstabu. |
(58) |
Peress illi, skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku, l-ebda prodott m’għandu jkun soġġett għal dazji ta’ l-anti-dumping u dazji kompensatorji għall-finijiet ta’ l-istess sitwazzjoni li tirriżulta mid-dumping jew mis-sussidju għall-esportazzjoni, id-dazju kompensatorju fis-seħħ li jikkorrespondi mas-sussidji għall-esportazzjoni għandu jitnaqqas mid-dazju ta’ l-anti-dumping applikabbli. Għad-dazju residwali, it-tnaqqis jikkorrispondi għall-marġini tas-sussidju għall-esportazzjoni tal-kumpanija li abbażi tagħha ġie stabbilit il-marġini residwali tad-dumping. |
(59) |
Abbażi ta’ dan t’hawn fuq, u meta jittieħdu f’kunsiderazzjoni is-sejbiet tar-reviżjoni fl-iskadenza tad-dazji kompensatorji definittivi (Regolament Nru 367/2006), l-ammonti ta’ dazju proposti, espressi skond il-prezz tas-CIF fil-fruntiera tal-Komunità, dazju doganali mhux imħallas, huma kif ġej:
|
(60) |
Kif enfasizzat il-premessa (4), il-miżuri ta’ l-anti-dumping fis-seħħ kienu estiżi biex ikopru wkoll l-importazzjonijet tal-film PET ikkunsinjati mill-Brażil u l-Iżrael, kemm jekk iddikjarati bħala li oriġinaw mill-Brażil jew l-Iżrael u kemm jekk le. Il-miżuri ta’ anti-dumping emendati, kif stipulati fil-premessa (59), għandhom ikomplu jiġu estiżi għall-importazzjonijiet tal-film PET ikkunsinjat mill-Brażil jew l-Iżrael, sew jekk iddikjarat bħala li oriġina mill-Brażil jew l-Iżrael u sew jekk le. Il-produtturi ta’ l-esportazzjoni Brażiljani u Iżraeljani li kienu eżenti mill-miżuri kif estiżi mir-Regolament (KE) Nru 1975/2004 u emendat mir-Regolament (KE) Nru 101/2006 għandhom ukoll ikunu eżentati mill-miżuri kif emendati b’dan ir-Regolament. |
(61) |
Il-partijiet kollha kkonċernati kienu infurmati bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien hemm il-ħsieb li tiġi proposta emenda għal Regolament (KE) Nru 1676/2001 u ngħataw l-opportunità li jikkumentaw. |
(62) |
Ir-rati ta’ dazju ta’ l-anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-regolament kienu stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ l-investigazzjonijiet preżenti. Għaldaqstant jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (bil-kontra tad-dazju applikabbli mal-pajjiż kollu fil-każ tal-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk esklussivament applikabbli għall-importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat u magħmulin mill-kumpaniji u għaldaqstant mill-entitajiet legali msemmija. Prodotti importati magħmulin minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija b’isimha u bl-indirizz fil-parti operattiva tar-Regolament, inklużi entitajiet konnessi ma’ dawk speċifikament imsemmija, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli lill-“pajjiżi l-oħra kollha”. |
(63) |
Kull talba li ssir għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju ta’ l-anti-dumping ta’ dawn il-kumpaniji individwali, per eżempju wara bidla fl-isem ta’ l-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda ta’ produzzjoni jew bejgħ, għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni minnufih flimkien ma’ l-informazzjoni kollha relevanti, partikolarment kull modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija konnessi mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u l-bejgħ għall-esportazzjoni assoċjati ma’, per eżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew bejgħ. Jekk xieraq, ir-Regolament (KE) Nru 1676/2001 ser bl-istess mod ikun emendat billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jibbenefikaw minn dazji individwali. |
(64) |
Sabiex jiġi assigurat infurzar propizju tad-dazju ta’ l-anti-dumping, il-livell residwali tad-dazju m’għandux japplika biss għall-esportaturi li ma jikkoperawx, iżda wkoll għall dawk il-kumpaniji li ma kellhomx esportazjoni matul l-IP. |
(65) |
Għandu jiġi osservat illi l-esportatur Indjan MTZ biddel l-indirizz tiegħu b’effett minn Lulju 2005, b’ebda bidliet oħra fis-sidien tal-kumpanija jew fl-istruttura jew l-operat. |
(66) |
Għall-finijiet tat-trasparenza u wara li jiġi kunsidrat Regolament (KE) Nru 365/2006, addottat fl-istess jum ta’ dan ir-Regolament, u li wkoll jikkonċerna reviżjoni tal-miżuri definittivi kontra d-dumping, verżjoni konsolidata ġdida ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1676/2001 għandha tiġi inkluża fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament. |
ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1676/2001 kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 365/2006 ser jiġi mibdul minn dan li ġej:
“Artikolu 1
1. Dazju definittiv ta’ l-anti-dumping qiegħed b’dan jiġi impost fuq l-importazzjoni ta’ film tal-polyethylene terephthalate PET li jaqa’ taħt dak li kien il-kodiċi tan-NM ex 3920 62 19 (kodiċi TARIC 3920621903, 3920621906, 3920621909, 3920621913, 3920621916, 3920621919, 3920621923, 3920621926, 3920621929, 3920621933, 3920621936, 3920621939, 3920621943, 3920621946, 3920621949, 3920621953, 3920621956, 3920621959, 3920621963, 3920621969, 3920621976 u 3920621994) u ex 3920 62 90 (kodiċi TARIC 3920629033 u 3920629094) u li joriġina fl-Indja u r-Repubblika tal-Korea.
2. Ir-rata tad-dazju definittiv ta’ l-anti-dumping applikabbli għal-prezz nett u ħieles minn xkiel fil-fruntiera, qabel id-dazju, ser ikun kif ġej għal prodotti li joriġinaw fi:
Pajjiż |
Kumpanija |
Dazju Definittiv (%) |
Kodiċi Addizzjonali tat-TARIC |
||||||
l-Indja |
|
17,3 % |
A026 |
||||||
l-Indja |
|
0,0 % |
A027 |
||||||
l-Indja |
|
17,4 % |
A028 |
||||||
l-Indja |
|
0,0 % |
A030 |
||||||
l-Indja |
|
18,0 % |
A031 |
||||||
l-Indja |
|
0,0 % |
A032 |
||||||
l-Indja |
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
17,3 % |
A999 |
||||||
Il-Korea |
|
0,0 % |
A244 |
||||||
Il-Korea |
|
7,5 % |
A224 |
||||||
Il-Korea |
|
0,0 % |
A222 |
||||||
Il-Korea |
|
7,5 % |
A226 |
||||||
Il-Korea |
|
7,5 % |
A225 |
||||||
Il-Korea |
|
7,5 % |
A223 |
||||||
Il-Korea |
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
13,4 % |
A999 |
3. Fejn xi parti tipprovdi evidenza suffiċjenti lill-Kummissjoni:
— |
illi ma esportatx il-merkanzija deskritta fl-Artikolu 1(1) matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni oriġinali |
— |
illi mhijiex konnessa ma’ xi esportatur jew produttur li huwa soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament u |
— |
illi esportat il-merkanzija konċernatat wara l-perijodu ta’ l-investiugazzjoni, jew li daħlet f’obbligazzjoni kontrattwali irrevokabbli biex tesporta kwantità sostanzjali lejn il-Komunità, |
il-Kunsill, billi jaġixxi b’maġġoranza sempliċi fuq proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta’ Konsulenza, jista’ jemenda l-Artikolu 1(2) billi jżid lil dik il-parti mal-lista ta’ kumpaniji soġġetti għal miżuri ta’ l-anti-dumping kif jidher fit-tabella fl-Artikolu 1(2).
4. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali għandhom japplikaw.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-27 ta’ Frar 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
U. PLASSNIK
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).
(2) ĠU L 316, 10.12.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1076/2004 (ĠU L 342, 18.11.2004, p. 8).
(3) ĠU L 227, tat-23.8.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1875/2004 (ĠU L 342, 18.11.2004, p. 1).
(4) ĠU L 227, 23.8.2001, p. 56.
(6) ĠU C 154, 28.6.2002, p. 2.
(7) Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(8) ĠU C 281, 22.11.2003, p. 4.
(9) ĠU C 306, 10.12.2004, p. 2.
(10) Ara paġna 15 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(11) ĠU L 218, 23.8.2005, p. 3.
(12) ĠU L 17, 21.1.2006, p. 1.
(14) Għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju finali ta’ l-anti-dumping għall-“kumpaniji l-oħra kollha”, ittieħed f’kunsiderazzjoni l-marġini tas-sussidju fuq l-esportazzjoni tal-kumpanija li fuqu huwa bbażat il-marġini tad-dumping tal-“kumpaniji l-oħra kollha”.