EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006L0128

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/128/KE tat- 8 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 346, 9.12.2006, p. 6–14 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 414–422 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/07/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/128/oj

1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

414


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/128/KE

tat-8 ta' Diċembru 2006

li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ma’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3)(a) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel u l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari (EFSA),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 94/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel (2), telenka dawk is-sustanzi li jistgħu jintużaw bħala ħlewwiet fil-prodotti ta’ l-ikel.

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/31/KE tal-5 ta’ Lulju 1995 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel (3), tistipula l-kriterji ta’ purità għall-ħlewwiet elenkati fid-Direttiva 94/35/KE.

(3)

Jeħtieġ li jiġu adottati kriterji speċifiċi għall-eritritol Eritritol E 968, addittiv ġdid ta’ l-ikel, awtorizzat mid-Direttiva 2006/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 li temenda d-Direttiva 95/2/KE dwar l-addittivi ta’ l-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwau d-Direttiva 94/35/KE dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel.

(4)

Uħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tad-Direttiva 95/31/KE fihom xi żbalji rigward is-sustanzi li ġejjin: l-E 954 sakkarina u l-imluħa tagħha tas-sodju, tal-potassju u tal-kalċju, sukralożju, melħ E 962 ta’ l-aspartame-acesulfame, E 965 (i) maltitol, E 966 lactitol. Dawn l-iżbalji jeħtieġ li jiġu kkoreġuti. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jitqiesu l-ispeċifikazjonijiet u t-tekniki analitiċi għall-addittivi kif stabbiliti fil-Codex Alimentarius kif imfassla mill-Kumitat Konġunt ta' Esperti FAO/WHO dwar l-Addittivi fl-Ikel (JECFA). B’mod partikolari fejn xieraq, il-kriterji speċifiċi ta’ purità ġew adattati biex jirriflettu l-limiti ta’ metalli tqal individwali ta’ interess. Għal raġunijiet ta’ ċarezza t-test kollu rigward dawn is-sustanzi għandu jinbidel.

(5)

L-EFSA fl-opinjoni xjentifika tagħha tad-19 ta' April 2006 kkonkludiet li l-kompożizzjoni tax-xropp (ġulepp) tal-maltitol ibbażata fuq metodu ġdid ta’ produzzjoni se tkun simili għal dik tal-prodott eżistenti u se tkun konformi ma’ l-ispeċifikazzjoni eżistenti. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi emendata d-definizzjoni ta’ l-E 965 (ii) ġulepp tal-maltitol E 965 (ii) stipulata fid-Direttiva 95/31/KE għall-E 965 billi tinkludi dan il-metodu ġdid ta’ produzzjoni.

(6)

Id-Direttiva 95/31/KEE għandha għalhekk tiġi emendata u kkoreġuta.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 95/31/KE huwa emendat u kkoreġut skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-15 ta' Frar 2008. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif iridu li ssir din ir-riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 8 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 237, 10.9.1994, p. 3. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/52/KE (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 10).

(3)  ĠU L 178, 28.7.1995, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/46/KE (ĠU L 114, 21.4.2004, p. 15).


ANNESS

L-Anness tad-Direttiva 95/31/KEE qed jiġi emendat u kkoreġut kif ġej:

1.

It-test li ġej rigward l-eritritol E 968 huwa mdaħħal wara l-E 967 xylitol:

“E 968 ERITRITOL

Sinonimi

Meso-eritritol, tetraidroksibutan, eritrite

Definizzjoni

Miksub mill-fermentazzjoni ta’ sors ta’ karboidrat permezz ta’ ħmira ożmofilika sikura u adattata bħall-Moniliella pollinis jew Trichosporonoides megachilensis, segwita mill-purifikazzjoni u t-tnixxif

Isem kimiku

1,2,3,4-Butanetetrol

Einecs

205-737-3

Formula kimika

C4H10O4

Piż molekolari

122,12

Analiżi kimika

Mhux anqas minn 99 % wara t-tnixxif

Deskrizzjoni

Kristalli bojod, bla riħa, mhux igroskopiċi u stabbli fis-sħana bi ħlewwa ta’ madwar 60-80 % dik tas-sukrożju.

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall liberament fl-ilma, jinħall kemmxejn fl-etanol, ma jinħallx fl-eteru dietili.

B.

Medda ta’ tidwib

119-123 °C

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 0,2 % (70 °C, sitt sigħat, f’dessikatur b’vakum)

Irmied issulfat

Mhux aktar minn 0,1 %

Sustanzi ta’ riduzzjoni

Mhux aktar minn 0,3 % espress bħala D-glukożju

Ribitol u gliċerol

Mhux aktar minn 0,1 %

Ċomb

Mhux iktar minn 0.5mg/kg”

2.

It-test rigward l-E 954 sakkarina u l-imluħa tagħha tas-sodju, tal-potassju u tal-kalċju huwa mibdul b’li ġej:

“E 954 SAKKARINA U L-IMLUĦA Na, K u Ca

(I)   

SAKKARINA

Definizzjoni

Isem kimiku

1,1-diossidu ta’ 3-Oxo-2,3Diidrobenzo(d)isotiażol

Einecs

201-321-0

Formula kimika

C7H5NO3S

Massa molekolari relattiva

183,18

Analiżi kimika

Mhux anqas minn 99 % u mhux aktar minn 101 % ta’ C7H5NO3S fuq bażi anidra

Deskrizzjoni

Kristalli bojod, jew trab abjad kristallin, bla riħa jew bi ftit riħa aromatika, b’togħma ħelwa, anki f’soluzzjonijiet dilwiti ħafna. Approssimament bejn 300 u 500 darba ħelu daqs is-sukrożju

Identifikazzjoni

Solubilità

Jinħall kemmxejn fl-ilma, jinħall f’soluzzjonijiet bażiċi, jinħall ftit li xejn fl-etanol

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux iktar minn 1 % (105 °C, sagħtejn)

Medda ta’ tidwib

226 sa 230 °C

Irmied issulfat

Mhux aktar minn 0,2 % express fuq bażi anidra

Aċidu benżojku u saliċikliku

Għal 10 ml ta’ soluzzjoni 1 f’ 20, preċedentement aċidifikata b’ħames qatriet ta’ aċidu aċetiku, żid tliet qatriet ta’ soluzzjoni aprossimativament molari ta’ kloridu ferriku fl-ilma. Ma jidher ebda preċipitat jew kulur vjola

o-Toluenesulphonamide

Mhux aktar minn 10mg/kg express fuq bażi anidra

p-Toluenesulphonamide

Mhux aktar minn 10mg/kg express fuq bażi anidra

p-sulfonamide ta’ l-aċidu benżojku

Mhux aktar minn 25mg/kg express fuq bażi anidra

Sustanzi faċilment karbonizzabbli

Mhux preżenti

Arseniku

Mhux aktar minn 3mg/kg express fuq bażi anidra

Selenju

Mhux aktar minn 30mg/kg express fuq bażi anidra

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg express fuq bażi anidra

(II)   

SAKKARINA TAS-SODJU

Sinonimi

Sakkarina melħ tas-sodju tas-sakkarina

Definizzjoni

Isem kimiku

o-benzosulfimide tas-sodju, melħ tas-sodju ta’ 2,3-dihydro-3-oxobenzisosulphonazole, oxobenzisosulphonazole, 1,2-benzisothiazolin-3-one-1,1-dioxide sodium salt dihydrate

Einecs

204-886-1

Formula kimika

C7H4NNaO3S·2H2O

Massa molekolari relattiva

241,19

Analiżi kimika

Mhux anqas minn 99 % u mhux aktar minn 101 % ta’ C7H4NNaO3S fuq bażi anidra

Deskrizzjoni

Kristalli bojod, jew trab abjad kristallin efflorexxenti, bla riħa jew bi ftit riħa, b’togħma ħelwa intensa, anki f’soluzzjonijiet dilwiti ħafna. Approssimament bejn 300 u 500 darba ħelu daqs is-sukrożju

Identifikazzjoni

Solubilità

Jinħall liberament fl-ilma, jinħall ftit li xejn fl-etanol

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux iktar minn 15 % (120 °C, erba’ sigħat)

Aċidu benżojku u saliċikliku

Għal 10 ml ta’ soluzzjoni 1 f’ 20, preċedentement aċidifikata b’ħames qatriet ta’ aċidu aċetiku, żid tliet qatriet ta’ soluzzjoni approssimament molari ta’ kloridu ferriku fl-ilma. Ma jidher ebda preċipitat jew kulur vjola

o-Toluenesulphonamide

Mhux aktar minn 10mg/kg express fuq bażi anidra

p-Toluenesulphonamide

Mhux aktar minn 10mg/kg express fuq bażi anidra

p-sulfonamide ta’ l-aċidu benżojku

Mhux aktar minn 25mg/kg express fuq bażi anidra

Sustanzi faċilment karbonizzabbli

Mhux preżenti

Arseniku

Mhux aktar minn 3mg/kg express fuq bażi anidra

Selenju

Mhux aktar minn 30mg/kg express fuq bażi anidra

Ċomb

Mhux aktar minn 1mg/kg express fuq bażi anidra

(III)   

SAKKARINA TAL-KALĊJU

Sinonimi

Sakkarina, melħ tal-kalċju tas-sakkarina

Definizzjoni

Isem kimiku

Calcium o-benzosulphimide, melħ tal-kalċju ta’ 2,3-dihydro-3-oxobenzisosulfonazole, 1,2-benzisothiazolin-3-one-1,1-dioxide calcium salt hydrate (2:7)

Einecs

229-349-9

Formula kimika

C14H8CaN2O6S2·31/2H2O

Massa molekolari relattiva

467,48

Analiżi kimika

Mhux anqas minn 95 % ta’ C14H8CaN2O6S2 fuq bażi anidra

Deskrizzjoni

Kristalli bojod, jew trab abjad kristallin efflorexxenti, bla riħa jew bi ftit riħa, b’togħma ħelwa intensa, anki f’soluzzjonijiet dilwiti ħafna. Approssimament bejn 300 u 500 darba ħelu daqs is-sukrożju

Identifikazzjoni

Solubilità

Jinħall liberament fl-ilma, jinħall fl-etanol

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux iktar minn 13,5 % (120 °C, erba’ sigħat)

Aċidu benżojku u saliċikliku

Għal 10 ml ta’ soluzzjoni 1 f’ 20, preċedentement aċidifikata b’ħames qatriet ta’ aċidu aċetiku, żid tliet qatriet ta’ soluzzjoni approssimament molari ta’ kloridu ferriku fl-ilma. Ma jidher ebda preċipitat jew kulur vjola

o-Toluenesulphonamide

Mhux aktar minn 10mg/kg express fuq bażi anidra

p-Toluenesulphonamide

Mhux aktar minn 10mg/kg express fuq bażi anidra

p-sulfonamide ta’ l-aċidu benżojku

Mhux aktar minn 25 mg/kg express fuq bażi anidra

Sustanzi faċilment karbonizzabbli

Mhux preżenti

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg express fuq bażi anidra

Selenju

Mhux aktar minn 30 mg/kg express fuq bażi anidra

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg express fuq bażi anidra

(IV)   

SAKKARINA TAL-POTASSJU

Sinonimi

Sakkarina, melħ tal-potassju tas-sakkarina

Definizzjoni

Isem kimiku

Potassium o-benzosulphimide, melħ tal-potassju ta’ 2,3-dihydro-3-oxobenzisosulphonazole, potassium salt of 1,2-benzisothiazolin-3-one-1,1-dioxide monohydrate

Einecs

 

Formula kimika

C7H4KNO3S·H2O

Massa molekolari relattiva

239,77

Analiżi kimika

Mhux anqas minn 99 % u mhux aktar minn 101 % ta’ C7H4KNO3S fuq bażi anidra

Deskrizzjoni

Kristalli bojod, jew trab abjad kristallin efflorexxenti, bla riħa jew bi ftit riħa, b’togħma ħelwa intensa, anki f’soluzzjonijiet dilwiti ħafna. Approssimament bejn 300 u 500 darba ħelu daqs is-sukrożju

Identifikazzjoni

Solubilità

Jinħall liberament fl-ilma, jinħall ftit li xejn fl-etanol

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux iktar minn 8 % (120 °C, erba’ sigħat)

Aċidu benżojku u saliċikliku

Għal 10 ml ta’ soluzzjoni 1 f’ 20, preċedentement aċidifikata b’ħames qatriet ta’ aċidu aċetiku, żid tliet qatriet ta’ soluzzjoni approssimament molari ta’ kloridu ferriku fl-ilma. Ma jidher ebda preċipitat jew kulur vjola

o-Toluenesulphonamide

Mhux aktar minn 10 mg/kg express fuq bażi anidra

p-Toluenesulphonamide

Mhux aktar minn 10 mg/kg express fuq bażi anidra

p-sulfonamide ta’ l-aċidu benżojku

Mhux aktar minn 25 mg/kg express fuq bażi anidra

Sustanzi faċilment karbonizzabbli

Mhux preżenti

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg express fuq bażi anidra

Selenju

Mhux aktar minn 30 mg/kg express fuq bażi anidra

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg express fuq bażi anidra”

3.

It-test li jikkonċerna l-sukralożju E 955 huwa mibdul b’dan li ġej:

“E 955 SUKRALOŻJU

Sinonimi

4,1’,6’-Triklorogalaktosukrożju

Definizzjoni

Isem kimiku

1,6-Dikloro-1,6-dideossi-β-D-fruktofuranosil-4-khloro-4-deossi-α-D-galaktopiranoside

Einecs

259-952-2

Formula kimika

C12H19Cl3O8

Piż molekolari

397,64

Analiżi kimika

Mhux anqas minn 98 % u mhux aktar minn 102 % ta’ C12H4KNO3S fuq bażi anidra

Deskrizzjoni

Trab kristallin abjad jew abjad maħmuġ, prattikament bla riħa.

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall liberament fl-ilma, fil-metanol u fl-etanol

Jinħall kemmxejn fl-aċetat etili

B.

Assorbiment infra-aħmar (infrared)

L-ispettru ta’ l-infra-aħmar ta’ dispersjoni tal-bromid tal-potassju tal-kampjun juri maxima relattivi fuq numri tal-mewġa simili bħal dawk murija fi spettru ta’ referenza mikusb bl-użu ta’ standard ta’ referenza għas-sukralożju.

C.

Kromatografija ta' saff irqiq

It-tebgħa ewlenija fis-soluzzjoni użata għat-test għandha l-istess valur Rf bħal dak tat-tebgħa ewlenija tas-soluzzjoni standard A msemmija fit-test għal disakkaridi klorinati oħra. Din is-soluzzjoni standard tinkiseb billi tinħall 1,0 g ta’ standard ta’ referenza tas-sukralożju f’10 ml ta’ metanol.

D.

Rotazzjoni speċifika

[α]20 D = + 84,0° to + 87,5° ikkalkulata fuq bażi anidra (10 % w/v soluzzjoni)

Purità

Ilma

Mhux aktar minn 2,0 % (metodu Karl Fischer)

Irmied issulfat

Mhux aktar minn 0,7 %

Disakkaridi kklorinati oħrajn

Mhux aktar minn 0,5 %

Monosakkaridi kklorinati

Mhux aktar minn 0,1 %

Ossidu tat-trifenilfosfina

Mhux aktar minn 150 mg/kg

Metanol

Mhux aktar minn 0,1 %

Ċomb

Mhux iktar minn 1 mg/kg”

4.

It-test li jikkonċerna l-E 962 melħ ta’ l-aspartame-acesulfame huwa mibdul b’dan li ġej:

“E 962 MELĦ TA’ L-ASPARTAME-ACESULFAME

Sinonimi

Aspartame-acesulfame, melħ ta’ l-aspartame-acesulfame

Definizzjoni

Il-melħ huwa ppreparat billi jissaħħan l-aspartame u l-acesulfame K f’relazzjoni ta’ 2:1 (w/w) f’soluzzjoni b’ph aċiduż, u titħalla sseħħ il-kristalizzazzjoni. Il-potassju u l-indewwa huma eliminati. Il-prodott huwa aktar stabbli mill-aspartame waħdu.

Isem kimiku

Melħ tat-2,2-diossidu ta’ 6-metil-1,2,3-ossiatażina-4(3H)-one ta’ l-aċidu aspartiku L-fenilalanil-2-methil-L-α-

Formula kimika

C18H23O9N3S

Piż molekolari

457,46

Analiżi kimika

63,0 % sa 66,0 % aspartame (bażi xotta) u 34,0 % sa 37 % acesulfame (forma aċida fuq bażi xotta)

Deskrizzjoni

Trab kristallin abjad u bla riħa

Identifikazzjoni

SA.

olubilità

Jinħall ftit li xejn fl-ilma, idub kemmxejn fl-etanol

B.

Trażmissjoni

It-trażmissjoni ta’ 1 % soluzzjoni fl-ilma ddeterminata f’ċellula ta’ 1 ċm b’430 nm bi spettrofotometru xieraq li juża l-ilma bħala referenza, mhuwiex inqas min 0,95, ekwivalenti għal assorbenza ta’ mhux aktar min madwar 0,022.

C.

Rotazzjoni speċifika

[α]D 20 = + 14,5° sa + 16,5°

Iddetermina l-konċentrazzjoni ta’ 6,2 g f’ 100 ml aċidu formiku (15N) fi żmien 30 min mit-tħejjija tas-soluzzjoni Iddividi r-rotazzjoni speċifika kkalkulata b’ 0,646 sabiex tikkoreġi l-kontenut ta’ l-aspartame tal-melħ ta’ l-aspartame acesulfame

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux iktar minn 0,5 % (120 °C, erba’ sigħat)

Aċidu 5-benzil-3,6-diosso-2-piperazinaċetiku

Mhux aktar minn 0,5 %

Ċomb

Mhux iktar minn 1 mg/kg”

5.

It-test li jikkonċerna l-E 965 (i) maltitol huwa mibdul b’dan li ġej:

“E 965 (i) MALTITOL

Sinonimi

D-Maltitol, maltożju idroġenat

Definizzjoni

Isem kimiku

(α)-D-Glukopiranosil-1,4-D-glukitol

Einecs

209-567-0

Formula kimika

C12H24O11

Massa molekolari relattiva

344,31

Analiżi kimika

Kontenut ta’ mhux anqas minn 98 % ta’ D-maltitol

C12H24O11 fuq bażi anidra

Deskrizzjoni

Trab kristallin abjad, b’togħma ħelwa

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall ħafna fl-ilma, idub kemmxejn fl-etanol

B.

Medda ta’ tidwib

148 sa 151 °C

C.

Rotazzjoni speċifika

[α]D 20 = + 105,5° sa + 108,5° (5 % w/v soluzzjoni)

Purità

Ilma

Mhux aktar minn 1 % (metodu Karl Fischer)

Irmied issulfat

Mhux aktar minn 0,1 % express fuq bażi ta’ piż xott

Zokkrijiet li jirriduċu

Mhux aktar minn 0,1 % express bħala glukożju fuq bażi ta’ piż xotta

Kloridi

Mhux aktar minn 50 mg/kg express fuq bażi ta’ piż xott

Sulfati

Mhux aktar minn 100 mg/kg express fuq bażi ta’ piż xott

Nikil

Mhux aktar minn 2 mg/kg express fuq bażi ta’ piż xott

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg express fuq bażi ta’ piż xott

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg express fuq bażi ta’ piż xott”

6.

It-test li jikkonċerna l-E 965 (ii) ġulepp tal-maltitol huwa mibdul b’dan li ġej:

“E 965 (i) ĠULEPP TAL-MALTITOL

Sinonimi

Ġulepp tal-maltożju-glukożju idroġenat ta’ kwalità għolja, ġulepp tal-glukożju idroġenat

Definizzjoni

Taħlita li tikkonsisti prinċipalment mill-maltitol bis-sorbitol u oligo- u polisakkaridi idroġenati. Manifatturat mill-idroġenazzjoni katalitika ta’ xropp tal-glukożju b’kontenut għoli ta’ maltożju jew mill-idroġenazzjoni tal-komponenti individwali tiegħu segwit mit-taħlit (blending) Dan l-oġġett għall-kummerċ huwa fornut sew bħala ġulepp sew bħala prodtt solidu.

Analiżi kimika

Kontenut mhux inqas minn 90 % tas-sakkaridi idroġenati totali fuq bażi anidra u mhux inqas minn 50 % ta’ maltitol fuq bażi anidra

Deskrizzjoni

Likwidi viskużi ċari, bla lewn u bla riħa, jew mases kristallini bojod

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall ħafna fl-ilma, idub kemmxejn fl-etanol

B.

Kromatografija ta' saff irqiq

Jgħaddi mit-test

Purità

Ilma

Mhux aktar minn 31 % (Karl Fischer)

Zokkrijiet li jirriduċu

Mhux aktar minn 0,3 % espress (bħala glukożju)

Irmied issulfat

Mhux aktar minn 0,1 %

Kloridi

Mhux aktar minn 50 mg/kg

Sulfat

Mhux aktar minn 100 mg/kg

Nikil

Mhux aktar minn 2 mg/kg

Ċomb

Mhux iktar minn 1 mg/kg”

7.

It-test li jikkonċerna l-E 966 lactitol huwa mibdul b’dan li ġej:

“E 966 LAKTITOL

Sinonimi

Laktit, laktositol, laktobiosit

Definizzjoni

Isem kimiku

4-O-β-D-Galaktopiranosil-D-glukitol

Einecs

209-566-5

Formula kimika

C12H24O11

Massa molekolari relattiva

344,32

Analiżi kimika

Mhux anqas minn 95 % fuq il-bażi ta’ piż xott

Deskrizzjoni

Trab kristallin b’togħma ħelwa jew soluzzjonijiet bla kulur. Prodotti kristallini li jidhru f’forom xotti, monoidrati u diidrat

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall ħafna fl-ilma

B.

Rotazzjoni speċifika

[α]D 20 = + 13o sa + 16o kkalkulata fuq il-bażi anidra (10 % w/v soluzzjoni ilmija)

Purità

Ilma

Prodotti kristallini; mhux aktar minn 10,5 % (metodu Karl Fischer)

Polioli oħra

Mhux aktar minn 2,5 % fuq il-bażi anidra

Zokkrijiet li jirriduċu

Mhux aktar minn 0,2 % express bħala glukożju fuq bażi ta’ piż xott

Kloridi

Mhux aktar minn 100 mg/kg express fuq bażi ta’ piż xott

Sulphates

Mhux aktar minn 200 mg/kg express fuq bażi ta’ piż xott

Irmied issulfat

Mhux aktar minn 0,1 % express fuq bażi ta’ piż xott

Nikil

Mhux aktar minn 2 mg/kg express fuq bażi ta’ piż xott

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg express fuq bażi ta’ piż xott

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg express fuq bażi ta’ piż xott”


Top