Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006L0120

    Direttiva tal-Kummissjoni 2006/120/KE tas- 27 ta’ Novembru 2006 li tikkoreġi u temenda d-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/30/KE li temenda, għall-finijiet ta’ l-addattament tagħhom għall-progress tekniku, id-Direttivi 97/24/KE u 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 330, 28.11.2006, p. 16–17 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 362–363 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Impliċitament imħassar minn 32013R0168

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/120/oj

    1.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    362


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/120/KE

    tas-27 ta’ Novembru 2006

    li tikkoreġi u temenda d-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/30/KE li temenda, għall-finijiet ta’ l-addattament tagħhom għall-progress tekniku, id-Direttivi 97/24/KE u 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1997 dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta' vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2002 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta u li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/30/KE fiha xi żbalji li jridu jiġu kkoreġuti.

    (2)

    Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat b'effett retroattiv li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2005/30/KE jikkonċerna konverturi katalitiċi ġodda ta’ sostituzzjoni li jikkonformaw mad-Direttiva 97/24/KE kif emendata bid-Direttiva 2005/30/KE.

    (3)

    Għandhom isiru wkoll xi tiswijiet editorjali fl-Anness I tad-Direttiva 2005/30/KE.

    (4)

    Barra minn hekk, jeħtieġ li jkun iċċarat, permezz ta’ dispożizzjoni ġdida, li l-bejgħ jew l-installar fuq vettura ta’ konvertituri katalitiċi ta’ sostituzzjoni li mhumiex ta’ tip li dwaru tkun ingħatat approvazzjoni tat-tip b'konformità mad-Direttiva 97/24/KE, kif emendata bl-2005/30/KE, huwa pprojbit wara ċertu perjodu ta’ tranżizzjoni.

    (5)

    Id-Direttiva 2005/30/KE għaldaqstant għandha tiġi kkorreġuta u emendata skond dan.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 2005/30/KE hija korretta kif ġej:

    1.

    L-Artikolu 3, huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   B’seħħ mit-18 ta’ Mejju 2006, l-Istati Membri, fir-rigward ta’ konverturi katalitiċi ġodda ta’ sostituzzjoni li jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 97/24.KE kif emendata b’din id-Direttiva u li huma maħsuba biex jitwaħħlu f’vetturi li t-tip tagħhom ġie approvat skond id-Direttiva 97/24/KE, m’għandhomx:

    (a)

    jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/24/KE;

    (b)

    jipprojbixxu l-bejgħ jew l-istallazzjoni tagħhom fuq vettura”.

    2.

    Fl-Anness 1, it-“taqsima 5 ta' l-Anness VI” qed tinbidel b'“taqsima 4a ta' l-Anness VI” fit-test kollu.

    Artikolu 2

    L-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva 2005/30/KE huwa emendat kif ġej:

    Jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   B'seħħ mill-1 ta' Jannar 2009, l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw il-bejgħ jew l-installar fuq vetturi ta' konverturi katalitiċi ta' sostituzzjoni li mhumiex ta' tip li fir-rigward tiegħu tkun ingħatat approvazzjoni tat-tip b'konformità mad-Direttiva 97/24/KE, kif emendata b'din id-Direttiva.”

    Artikolu 3

    1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2007. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Günter VERHEUGEN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 226, 18.8.1997, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/27/KE (ĠU L 66, 8.3.2006, p. 7).

    (2)  ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/30/KE (ĠU L 106, 27.4.2005, p. 17).


    Top