This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006L0006
Commission Directive 2006/6/EC of 17 January 2006 amending Council Directive 91/414/EEC to include tolylfluanid as active substance (Text with EEA relevance)
2006/6/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/6/KE tas- 17 ta’ Jannar 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tat-tolyfluanid bħala sustanza attiva Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
2006/6/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/6/KE tas- 17 ta’ Jannar 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tat-tolyfluanid bħala sustanza attiva Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 12, 18.1.2006, p. 21–23
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 19–21
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31991L0414 | Emenda | anness 1 | 01/10/2006 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32008L0026 | Emenda | artikolu 1 | 21/03/2008 | |
Modified by | 32008L0026 | Tlestija | artikolu 1 | 21/03/2008 | |
Modified by | 32008L0026 | Sostituzzjoni | artikolu 17.4 | 21/03/2008 | |
Modified by | 32008L0026 | Sostituzzjoni | artikolu 16.5 | 21/03/2008 | |
Modified by | 32008L0026 | Tlestija | artikolu 8 | 21/03/2008 | |
Modified by | 32008L0026 | Sostituzzjoni | artikolu 17.3 | 21/03/2008 | |
Modified by | 32008L0026 | Tlestija | artikolu 6.10 | 21/03/2008 | |
Modified by | 32008L0026 | Emenda | artikolu 8 | 21/03/2008 | |
Modified by | 32008L0026 | Emenda | artikolu 6.10 | 21/03/2008 | |
Modified by | 32008L0026 | Żieda | artikolu 17;2 BI | 21/03/2008 |
28.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
19 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/6/KE
tas-17 ta’ Jannar 2006
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tat-tolyfluanid bħala sustanza attiva
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fuq is-suq ta' prodotti għall-protezzjoni ta’ pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) (KE) Nru 703/2001 (3) jistipolaw regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni stadju tal-programm tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu assessjati, bil-viżjoni ta’ l-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi l-tolylfluanid. |
(2) |
Għat-tolylfluanid l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew ivvalutati skond id-dispożizzjonijiet stipolati mir-Regolament (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 703/2001 għal medda ta’ użi proposti minn notifikanti. Aktar minn hekk, dawk ir-regolamenti jinnominaw lill-Istati Membri Rapporteur li għandhom iressqu ir-rapporti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. Għat-tolyfluanid l-Istat Membru Rapporteur kien il-Finlandja u kull informazzjoni rilevanti tressqet fit-13 ta’ Ġunju 2003. |
(3) |
Ir-rapport ta’ valutazzjoni ġie rivedut f’ kollaborazzjoni mill-Istati Membri u mill-EFSA fi ħdan l-Evalwazzjoni mill-Grupp ta’ Ħidma u ġie ppreżentat lill-Kummissjoni fl-14 ta’ Marzu 2005 fil-format tar-Rapport Xjentifiku EFSA għat-tolyfluanid (4). Dan ir-rapport ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali u ġie ffinalizzat fit-23 ta’ Settembru 2005 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għat-tolyfluanid. |
(4) |
Ħareġ ċar minn bosta eżaminazzjonijiet li saru li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-tolyfluanid jistgħu jissodisfaw, b’ mod ġenerali, il-kondizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari dwar l-użu għalihom li ġew eżaminati u imniżżla fid-dettal fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li t-tolyfluanid jiġi inkluż fl-Anness I, biex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza skond id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva. |
(5) |
Mingħajr preġudizzju għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li tinkiseb iktar informazzjoni dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KE jistipola li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi soġġetta għall-kondizzjonijiet. Għalhekk huwa xieraq li jinħtieġ li t-tolyfluanid ikun soġġett għal aktar testijiet għall-konferma tal-valutazzjoni tar-riskji fit-tul għall-mammiferi erbivori u li dawn l-istudji għandhom jiġu ppreżentati lin-notifikant. |
(6) |
Perjodu ta’ żmien raġonevoli għandu jiitħalla jgħaddi qabel is-sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jitħallew jagħmlu t-tħejjijiet sabiex jilħqu l-kondizzjonijiet ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni. |
(7) |
Mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet stipolati mid-Direttiva 91/414/KEE konsegwenza ta’ l-inklużjoni tas-sustanzi attivi fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jitħallew għal perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni li jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti eżistenti li fihom it-tolyfluanid sabiex jaċċertaw li l-kondizzjonijiet stipolati fid-Direttiva 91/414/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha u l-kondizzjonijiet rilevanti stipolati fl-Anness I, jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, kif xieraq, awtorizzazzjonijiet eżistenti, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. Permezz tad-deroga mil-limitu ta’ żmien stabilit hawn fuq, perjodu itwal għandu jiġi pprovdut għat-tressiq ta’ dossier komplut ta’ Anness III għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skond il-prinċipji uniformi stipolati fid-Direttiva 91/414/KEE. |
(8) |
L-esperjenza miksuba mill-inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE dwar sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 (5) uriet li jistgħu jinħolqu diffikoltajiet mill-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjonijiet eżistenti fl-ambitu ta’ l-aċċess għad-data. Sabiex jiġu evitati aktar diffikoltajiet jidher neċessarju li jiġu ċċarati d-dmirijiet ta’ l-Istati Membri, speċjalment id-dmir ta’ verifikar li d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li huwa f’ konformità mal-kondizzjonijiet ta’ l-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarfika ma timponix obbligi ġodda fuq Stati Membri jew detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sa issa li jemenda l-Anness I. |
(9) |
Huwa għalhekk xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata kif meħtieġ. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipolat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2007 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u d-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ April 2007.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha issir referenza bħal din.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom b’mod konformi mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-tolyfluanid bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Marzu 2007.
Sa dik id-data huma għandhom b’ mod partikolari jivverifikaw li l-kondizzjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva li jikkonċernawit-tolyfluanid bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tad-daħla li jikkonċernaw dik is-sustanza attiva, u li d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni jkollu f’ idejh, jew li jkollu aċċess għal, dossier li jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ l-Anness II ta’ dik id-Direttiva skond il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.
2 B’deroga minn paragrafu 1, għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih it-tolyfluanid bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li huma kollha elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2006, l-Istati Membri ser jerġgħu jevalwaw mill-ġdid il-prodott skond il-prinċipji uniformi li hemm imsemmija fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ l-Anness III ta’ dik id-Direttiva u tittieħdet in konsiderazzjoni l-parti B tad-daħla fl-Anness I ta’ dik-id-Direttiva li tikkonċerna t-tolyfluanidl. Fuq bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, huma jridu jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfa l-kondizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.
Wara li jiddeterminaw dak, l-Istati Membri jridu:
(a) |
fil-każ ta’ prodott li jkun fih it-tolyfluanid bħala l-unika sustanza attiva, fejn hemm il-ħtieġa, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2010; jew |
(b) |
fil-każ ta’ prodott li fih it-tolyfluanid bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn hu meħtieġ, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta’ Settembru 2010 jew sad-data ffissata, għal tali emendament jew l-irtirar fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li kien ġabu fis-seħħ l-inklużjoni tas-sustanza jew tas-sustanzi in kwistjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skond liema waħda hi l-iktar reċenti. |
Artikolu 4
Din id-Direttiva ser tidħol fis-seħħ nhar il-1 ta’ Ottubru ta’ l-2006.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, nhar is-17 ta’ Jannar 2006
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
(2) ĠU L 55, tal-31.1.1998, p. 25. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1044/2003 (ĠU L 151, tad-19.6.2003, p. 32).
(3) ĠU L 98, tal-31.1.1998, p. 6.
(4) Rapport Xjentifiku EFSA (2005) 29, 1-76, Konklużjonijiet dwar ir-reviżjoni kollaborattiva tat-tolyfluanid (iffinalizzat; l-14 ta’ Marzu 2005)
(5) ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10. Regolament kif l-aħħar emendat bir- Regolament (KE) Nru 2266/2000 (ĠU L 259, 15.10.2000, p. 27).
ANNESS
Li ġej għandu jiġi inkluż fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KE.
Nru |
Isem Komuni, Numri ta' identifikazzjoni, |
Isem IUPAC |
Purezza (1) |
Dħul fis-seħħ |
Skadenza ta’ żmien għall-inklużjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||
|
“Tolylfluanid CAS No 731-27-1 CIPAC No 275 |
N-dichlorofluoromethylthio-N’, N’-dimethyl-N-p-tolylsulfamide |
960 g/kg |
1 ta’ Ottubru 2006 |
30 ta’ Settembru 2016 |
PARTI A Użu bħala fungiċida biss jista’ jiġi awtorizzat PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ evalwazzjoni dwar it-tolyfluanid, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-23 ta’ Settembru 2005 għandhom jiġu kkunsidrati. Dwar din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu:
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu s-sottomissjoni ta’ iktar studji sabiex jikkonfermaw il-valutazzjoni tar-riskju fil-mammiferi erbivori (riskju għaż-żmien fit-tul). Għandhom jaċċertaw li n-notifikanti li fuq talba tagħhom il-tolyfluanid ġie inkluż f’ dan l-Anness jipprovdu tali studji lill-Kummissjoni fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.” |
(1) ĠU L 366, tal-15.12.1992, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2266/2000 (ĠU L 259, tat-13.10.2000, p. 27).