Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006E0708

    Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2006/708/PESK tas- 17 ta’ Ottubru 2006 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK dwar il-Missjoni Integrata ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-Istat ta' Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX

    ĠU L 291, 21.10.2006, p. 43–43 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 96–96 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2006/708/oj

    1.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    96


    AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2006/708/PESK

    tas-17 ta’ Ottubru 2006

    li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK dwar il-Missjoni Integrata ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-Istat ta' Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-12 ta' Ġunju 2006, wara reviżjoni tal-missjoni mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, il-Kunsill qabel li jestendi l-EUJUST LEX għal 18-il xahar ieħor wara l-iskadenza tal-mandat eżistenti, sal-31 ta' Diċembru 2007.

    (2)

    Fl-istess data, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/413/PESK li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK dwar il-Missjoni Integrata ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-Istat ta' Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX (1). Dik l-Azzjoni Konġunta tkopri l-ewwel fażi ta' din l-estensjoni sal-31 ta' Ottubru 2006.

    (3)

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tipprovdi l-bażi għat-tieni fażi ta' din l-estensjoni, sal-31 ta' Diċembru 2007.

    (4)

    L-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK (2) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

    Artikolu 1

    L-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

    1.

    L-Artikolu 11(3) għandu jiġi mibdul b' dan li ġej:

    “Minħabba s-sitwazzjoni ta' sigurtà partikolari fl-Iraq, is-servizzi f’Bagdad għandhom jiġu pprovduti permezz tal-kuntratti magħmula mir-Renju Unit mal-kumpanniji li jipprovdu dawn is-servizzi u joħorġu fattura għalihom. Il-baġit ta' l-EUJUST LEX għandu jkopri dawn l-ispejjeż sa mhux aktar minn EUR 2,4 miljun. Ir-Renju Unit għandu, f'konsultazzjoni mal-Kap tal-Missjoni, jirrapporta b' informazzjoni adegwata lill-Kunsill dwar dawn l-ispejjeż.”

    2.

    It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 14 għandu jiġi sostitwit b'li ġej:

    “Din għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2007.”

    Artikolu 2

    L-ammont finanzjarju ta' referenza maħsub sabiex ikopri n-nefqa addizzjonali relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2006 sal-31 ta' Diċembru 2007 għandu jkun EUR 11,2 miljun.

    Artikolu 3

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 4

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, 17 ta’ Ottubru 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. TUOMIOJA


    (1)  ĠU L 163, 15.6.2006, p. 17.

    (2)  ĠU L 62, 9.3.2005, p. 37.


    Top