EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0853

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUPOL COPPS/2/2006 tal- 21 ta’ Novembru 2006 dwar il-ħatra tal-Kap ta’ Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

ĠU L 331, 29.11.2006, p. 21–21 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 217–217 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/853/oj

1.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

217


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUPOL COPPS/2/2006

tal-21 ta’ Novembru 2006

dwar il-ħatra tal-Kap ta’ Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

(2006/853/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/797/PESK ta' l-14 ta' Novembru 2005 dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 11(2) ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/707/PESK jipprovdi li l-Kunsill jawtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti skond l-Artikolu 25 tat-Trattat, inkluża d-deċiżjoni li jaħtar, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, Kap ta' Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija.

(2)

Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona l-ħatra tas-Sur Colin SMITH.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Colin SMITH huwa b'dan maħtur bħala Kap ta’ Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS), mill-1 ta' Jannar, 2007.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2007.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

T. TANNER


(1)  ĠU L 300, 17.11.2005, p. 65.


Top