Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0801

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta' Novembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/432/KE li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika u ċ-certifikati mudell għall-importazzjonijiet tal-prodotti tal-laħam għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 97/41/KE, 97/221/KE u 97/222/KE (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5444) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 329, 25.11.2006, p. 26–33 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 619–626 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2007; Impliċitament imħassar minn 32007D0777

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/801/oj

    5.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    619


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-17 ta' Novembru 2006

    li temenda d-Deċiżjoni 2005/432/KE li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika u ċ-certifikati mudell għall-importazzjonijiet tal-prodotti tal-laħam għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 97/41/KE, 97/221/KE u 97/222/KE

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5444)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2006/801/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tipprovdi għal rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f'regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A(1) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, id-Direttiva 90/425/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 (2) (c) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(4)(b) u (c) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ċerti referenzi għad-definizzjonijiet fid-Deċiżjoni 2005/432/KE (3) għandhom jiġu aġġornati.

    (2)

    Billi r-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene ta' l-affarijiet ta' l-ikel, ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta-29 ta' April 2004 li jistipula regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali u maħsuba għall-konsum mill-bniedem, huma issa applikabbli, jeħtieġ li jiġu emendati u aġġornati il-kundizzjonijiet Komunitarji tas-saħħa u l-ħtiġijiet ta' ċertifikazzjoni għall-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti tal-laħam li jiġu minn bovini, porċini, ovini, kaprini, solipedi domestiċi, annimali tal-kaċċa mrobbija, fniek domestiċi u annimali tal-kaċċa salvaġġi.

    (3)

    Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa għandu jiġi emendat biex jiffaċilita l-ħidma ta' TRACES stabbilita skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/623/KE tad-19 ta' Awissu 2003 li tikkonċerna l-iżvilupp ta' sistema veterinarja kkompjuterizzata integrata magħrufa bħala Traces (4).

    (4)

    Huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu ta' tranżizzjoni li matulu ċertifikati maħruġa taħt ir-regoli ta' qabel jistgħu jkomplu jintużaw.

    (5)

    Id-Deċiżjoni 2005/432/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2005/432/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    L-Artikoli 2 u 3 huma mibdula b'dan li ġej:

    “Artikolu 2

    Definizzjoni ta' prodotti tal-laħam

    Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, għanda tapplika d-definizzjoni ta' prodotti tal-laħam kif stabbilita fil-punt 7.1 ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

    Artikolu 3

    Kunidizzjonijiet li jikkonċernaw l-ispeċi u l-annimali

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kunsinni tal-prodotti tal-laħam importati fil-Komunità huma ġejjin mil-laħam jew mill-prodotti tal-laħam mill-ispeċijiet jew mill-annimali li ġejjin:

    (a)

    tjur domestiċi ta' l-ispeċijiet li ġejjin: tjur domestiċi, dundjani, tiġieġ tal-kina, wiżż u papri;

    (b)

    annimali domestiċi ta' l-ispeċijiet li ġejjin: annimali bovini, inklużi l-Bubalus bubalis u l-Bison bison, il-ħnieżer, in-nagħaġ, il-mogħoż u s-solipedi;

    (ċ)

    annimali tal-kaċċa mrobbija u fniek domestiċi kif definiti fil-punt 1.6 ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (d)

    annimali tal-kaċċa salvaġġi kif definiti fil-punt 1.5 ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.”

    (2)

    L-Anness III jinbidel bit-test ta' l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

    (3)

    L-Anness IV jinbidel bit-test li hemm fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta' Marzu 2007.

    Madankollu, ċertifikati dwar is-saħħa pubblika u saħħet l-annimali maħruġa qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni jistgħu jintużaw sa l-1 ta' Ġunju 2007.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, 17 ta' Novembru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 62 tal-15.3.1993, p. 49. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, tat-30.4.2004, p. 33). verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

    (2)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (3)  ĠU L 151, 14.6.2005, p. 3. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/330/KE (ĠU L 121, 6.5.2006, p. 43).

    (4)  ĠU L 216, 28.8.2003, p. 58.


    ANNESS I

    'ANNESS III

    (Iċ-ċertifikat mudell dwar saħħet l-annimali u s-saħħa pubblika għall-prodotti tal-laħam maħsuba għall-kunsinna lill-Komunità Ewropea minn pajjiżi terzi)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS II

    'ANNESS IV

    (Transitu u/jew ħażna)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Top